2003D0634 — MT — 13.10.2006 — 006.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-28 ta’ Awissu 2003 li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ rziezet approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut (notifikata bid-dokument numru K(2003) 3101) (Test b’relevanza għall-ŻEE) (ĠU L 220, 3.9.2003, p.8) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 340 |
69 |
24.12.2003 |
||
|
L 104 |
129 |
8.4.2004 |
||
|
L 27 |
55 |
29.1.2005 |
||
|
L 141 |
29 |
4.6.2005 |
||
|
L 291 |
33 |
5.11.2005 |
||
|
L 282 |
44 |
13.10.2006 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Awissu 2003
li tapprova programmi li għandhom l-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żoni approvati u ta’ rziezet approvati f’żoni li m’humiex approvati fir-rigward ta’ viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN) fil-ħut
(notifikata bid-dokument numru K(2003) 3101)
(Test b’relevanza għall-ŻEE)
(2003/634/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ( 1 ) ta’ l-akwakultura, l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/45/KE(2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 ( 2 ) tagħha,
Billi:|
(1) |
Skond id-Direttiva 91/67/KEE Stat Membru jista’ jissottometti lill-Kummissjoni programm maħsub biex jippermettilu sussegwentement jibda l-proċeduri biex żona jew farm f’żona li m’hix approvata jiksbu l-istatus ta’ żona approvata jew farm approvat f’żona mhux approvata, fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) and infectious haematopoietic necrosis (IHN). |
|
(2) |
Ċerti Stati Membri issottomettew programmi bħal dawn, li ġew approvati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/304/EC ( 3 ), l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/376/KE ( 4 ). |
|
(3) |
B’ittri iddatati t-12 ta’ Marzu 2003 u t-12 ta’Ġunju 2003, l-awtorità veterinarja tal-Finlandja talbet emenda għall-programm elenkat fl-Anness I(6B) tad-Deċiżjoni 2002/304/KE. Sabiex tipproteġi l-ispeċi vulnerabbli tas-salamun Baltiku (Salmo salar), it-trota tal-baħar (Salmo trutta m trutta) u l-ispeċi fil-ġeneru Coregonus (Coregonus lavaretus lavaretus), l-istokkjar mill-ġdid fix-Xmara Kymijoki u fix-Xmara Summanjoki huwa neċessarju. Il-Finlandja ssottomettiet emendi għall-programm tagħha li jipprovdu għat-trasferiment ta’ bajd ħaj minn ħut salvaġġ miż-żona ta’ restrizzjoni Pyhtää sakemm jittieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-bajd huwa ħieles mill-VHS u IHN. Id-delimitazzjoni taż-żona stabbilita fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni 2002/304/KE ma titbiddilx. |
|
(4) |
B’ittra ddatata l-4 ta’ Marzu 2003, l-awtorità veterinarja ta’ l-Italja proponiet emenda għall-programm indikat f’punt 5.1 ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2002/304/KE. Sabiex tgħolli l-livell ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ ħut fiż-żona koperta mill-programm, troti ħajjin u ħut ieħor destinat għal ristoranti għal konsum dirett u troti ta’ ħafna kuluri maħsubin biex jiġu introdotti f’ċerti lagi artifiċjali jew ilmijiet tas-sajd, iridu jiġu minn farms jew żoni rikonoxxuti bħala ħielsa mill-VHS u IHN. Id-delimitazzjoni taż-żona stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2002/304/KE ma titbiddilx. |
|
(5) |
L-emendi sottomessi instabu konformi ma’ l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/67/KEE u għalhekk għandhom jiġu approvati. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2002/304/KE ġiet emendata diversi drabi.. Fl-interess ta’ ċarezza u razzjonalità, din għandha tiġi revokata u sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjono tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta’ l-Ikel u s-saħħa ta’ l-Annimali, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-programmi elenkati fl-Anness I, sottomessi skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 91/67/KEE għall-għan li jinkiseb l-istatus ta’ żona approvata fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut viral haemorrhagic septicaemia (VHS) u infectious haematopoietic necrosis (IHN), huma b’dan approvati.
2. Il-programmi elenkati fl-Anness II, sottomessi skond l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 91/67/KEE għall-għan li jinkiseb l-istatus ta’ farm approvat f’żona mhux approvata fir-rigward ta’ waħda jew aktar mill-mardiet tal-ħut VHS u IHN, huma b’dan approvati.
Artikolu 2
L-stati Membri konċernati għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d- dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw mal-programmi approvati.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 2002/304/KE hija abrogata permezz ta’ din Deciżjoni.
Referenzi għad-Deċiżjoni abrogata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
PROGRAMMI SOTTOMESSI BL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA' ŻONA APPROVATA B'RABTA MA' WAĦDA MILL-MARDIET TAL-ĦUT JEW AKTAR TAL-VHS U L-IHN
1. ID-DANIMARKA
IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MID-DANIMARKA FIT-22 TA' MEJJU 1995 LI JKOPRU:
— Il-wesgħa ta' FISKEBÆK Å
— IL-PARTIJIET KOLLHA TA' JUTLAND in-nofsinhar u l-punent tal-wesgħat ta' Storåen, Karup å, Gudenåen and Grejs å
— Iż-żoni kollha tal-GŻEJJER DANIŻI
2. IL-ĠERMANJA
IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ĠERMANJA FIL-25 TA' FRAR 1999 LI JKOPRI:
— Żona fil-wesgħa ta' l-ilma ta' “OBERN NAGOLD”
3. L-ITALJA
3.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA AWTONOMA TA' BOLZANO FIS-6 TA' OTTUBRU 2001 EMENDAT B'ITTRA TAS-27 TA' MARZU 2003, LI JKOPRI:
ZONA PROVINĊJA DI BOLZANO
— Iż-żona tinkludi l-wesgħa ta' l-ilma kollha fil-Provinċja ta' Bolzano.
— Iż-żona tinkludi l-parti tan-naħa ta' fuq taż-ZONA VAL DELL'ADIGE jiġifieri l-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Adige mill-bidu tagħha fil-Provinċja ta' Bolzano sal-limiti tal-Provinċja ta' Trento.
—
(NB: Il-parti ta' isfel li jibqa' taż-ZONA VAL DELL-ADIGE hija koperta fil-programm approvat tal-Provinċja Awtonoma ta' Trento. Il-partijiet ta' naħa ta' fuq u ta' isfel ta' din iż-żona għandhom jitqiesu bħala unità epidemoloġika waħda.)
3.2. IL-PROGRAMMI SOTTOMESSI MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA AWTONOMA TA' TRENTO FIT-23 TA' DIĊEMBRU 1996 U FL-14 TA' LULJU 1997 LI JKOPRU:
ZONA VAL DI SOLE U VAL DI NON
— Il-wesgħa ta' l-ilma mill-għajn tax-xmara Noce sa l-ilqugħ ta' S.Giustina.
ZONA VAL DELL'ADIGE – il-parti ta' isfel
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Adige u l-għejjun tagħha li jinsabu fit-territorju tal-Provinċja Awtonoma ta' Trento, mit-tarf tal-Provinċja ta' Bolzano sa l-ilqugħ ta' Ala (l-impjant ta' l-enerġija idroelettrika).
—
(NB: Il-parti ta' fuq li jibqa' taż-ZONA VAL DELL-ADIGE hija koperta fil-programm approvat għall-Provinċja ta' Bolzano. Il-partijiet tan-naħa ta' fuq u ta' isfel ta' din iż-żona għandhom jitqiesu bħala unità epidemoloġika waħda.)
ZONA TORRENTE ARNÒ
— Il-wesgħa ta' l-ilma mill-bidu tax-xmajra Arnò għall-ilqugħ iktar 'l isfel, ħdejn il-ponta fejn ix-xmajra Arnò tferragħ fix-xmara Sarca.
ZONA VAL BANALE
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmajra Ambies sa l-ilqugħ idroelettriku.
ZONA VARONE
— Il-wesgħa ta' l-ilma mill-bidu tax-xmajra Magnone sal-kaskata
ZONA ALTO E BASSO CHIESE
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Chiese mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ Condino, barra l-wesgħat tax-xmajra Adanà u Palvico.
ZONA TORRENTE PALVICO
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmajra Palvico sa l-ilqugħ tal-konkrit u tal-ġebla
3.3. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-VENETO FIL-21 TA' FRAR 2001 LI JKOPRI:
IŻ-ZONA TORRENTE ASTICO
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Astico, mill-bidu tagħha (fil-Provinċja Awtonoma ta' Trento u fil-Provinċja ta' Vicenza, ir-Reġjun tal-Veneto) sa l-ilqugħ li jinsab qrib il-pont Pedescala fil-Provinċja ta' Vicenza.
— Il-parti ta' isfel tax-xmara Astico, bejn l-ilqugħ qrib il-pont Pedescala u l-ilqugħ ta' Pria Maglio, għandha titqies bħala żona ta' protezzjoni.
3.4. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TA' L-UMBRIA FL-2O TA' FRAR 2002 LI JKOPRI:
ZONA FOSSO DE MONTERIVOSO: Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Monterivoso, mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ ta' Ferentillo.
3.5. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIJA FIT-23 TA' DIĊEMBRU LI JKOPRI:
IŻ-ZONA VALLE DE TORRENTE VENINA:
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Vjenna mill-bidu tagħha sal-limiti li ġejjin:
— fil-Punent: il-wied ta' Livrio
— fin-Nofsinhar: L-Alpi Orobie mill-Passaġġ ta' Publino sal-Quċċata ta' Redorta
— Il-widien ta' Armisa (in-naħa tal-Lvant) u Armisola
3.6. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAT-TOSKANA FIT-23 TA' SETTEMBRU 2004 LI JKOPRI:
IŻ-ZONA VALLE DI TOSI:
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Vicano di S. Ellero mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ f'Il Greto ħdejn ir-raħal ta' Raggioli
3.7. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAT-TOSKANA FIT-22 TA' NOVEMBRU 2005 LI JKOPRI:
Il-BACINO DEL TORRENTE TAVERONE:
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Taverone, mill-bidu tagħha sa' l-ilqugħ 'l isfel mill-istabbiliment ta' l-akkwakultura “Il-Giardino”
3.8. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-PIEMONTE FIT-2 TA' FRAR 2006 LI JKOPRI:
IŻ-ZONA VALLE SESSERA:
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Sessera mill-bidu tagħha sa' l-ilqugħ “Ponte Granero” filo-muniċipalità ta' Coggiola
3.9. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIA FIL-21 TA' FRAR 2006 LI JKOPRI:
IŻ-ZONA VALLE DEL TORRENTE BONDO:
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Bondo, mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ ta' Vesio
3.10. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦAR-REĠJUN TAL-LOMBARDIA FIT-22 TA' MEJJU 2006 LI JKOPRI:
IŻ-ZONA FOSSO MELGA – BAGOLINO:
— Il-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Fosso Melga mill-bidu tagħha sa l-ilqugħ fejn Fosso Melga titbattal fix-xmara Caffaro
4. IL-FINLANDJA
4.1. IL-PROGRAMM GĦALL-ĦELSIEN MILL-VHS ( 5 ) INKLUŻI MIŻURI TA' QERDA SOTTOMESSI MILL-FINLANDJA FID-29 TA' MEJJU 1995, KIF EMENDAT BL-ITTRI TAS-27 TA' MARZU U TA' L-4 TA' ĠUNJU 2002, TAT-12 TA' MARZU, TAT-12 TA' ĠUNJU, TA' L-20 TA' OTTURBRU 2003 U TAS-17 TA' MEJJU 2005 LI JKOPRI:
— Iż-żoni tal-kosta kollha tal-FINLANDJA b'miżuri speċjali ta' qerda fi:
—— il-Provinċja ta' Åland
— iż-żona ta' restrizzjoni f'Pyhtää
— Iż-żona ta' restrizzjoni li tkopri l-ibliet ta' Uusikaupunki, Pyhäranta u Rauma
ANNESS II
PROGRAMMI SOTTOMESSI BL-GĦAN LI JINKISEB L-ISTATUS TA' STABBILIMENTI TA' AKKWAKULTURA APPROVATI F'ŻONI LI MHUMIEX APPROVATI B'RABTA MA' WAĦDA MILL-MARDIET TAL-ĦUT JEW AKTAR TAL-VHS U L-IHN
1. L-ITALJA
1.1. IL-PROGRAMM SOTTOMESS MILL-ITALJA GĦALL-PROVINĊJA TA' UDINE FIR-REĠJUN TAL-FRIULI VENEZIA GIULIA, FIT-2 TA' MEJJU 2000 LI JKOPRI:
Stabbilimenti ta' akkwakultura fil-wesgħa ta' l-ilma tax-xmara Tagliamento:
— Azienda Vidotti Giulio s.n.c., Sutrio
( 1 ) ĠU L 189, tat-03.07.98, p. 12.
( 2 ) ĠU L 189, tat-03.07.98, p. 12.
( 3 ) ĠU L 104, ta’ l-20.04.02, p. 37.
( 4 ) ĠU L 130, tas-27.05.03, p. 21.
( 5 ) Il-programm ġie fi tmiemu bid-Deċiżjoni 2005/770/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-IHN, li għalih inkiseb l-istatus ta' żona approvata.