|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2386 |
10.9.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2386
tas-6 ta’ Settembru 2024
li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri rigward it-trażmissjoni tal-istatistika relatata mal-input u l-output agrikoli skont ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1538 u (UE) 2023/1579
(notifikata bid-dokument C(2024) 6243)
(It-testi bil-Ġermaniż, bil-Grieg u bis-Sloven biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-istatistika dwar l-input u l-output agrikoli, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009 u (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (“il-Ġermanja”), ir-Repubblika Ellenika (“il-Greċja”), ir-Repubblika ta’ Ċipru (“Ċipru”), ir-Repubblika tal-Awstrija (“l-Awstrija”) u r-Repubblika tas-Slovenja (“is-Slovenja”) issottomettew talbiet biex jingħataw derogi temporanji, skont l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2022/2379, fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 (2) u (UE) 2023/1579 (3), sabiex ikun hemm aktar żmien biex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda tal-istatistika skont ir-Regolament (UE) 2022/2379 jew mal-miżuri ta’ implimentazzjoni jew delegati tiegħu. |
|
(2) |
F’konformità mal-informazzjoni provduta f’dawk it-talbiet, il-Kummissjoni jidhrilha li huma meħtieġa adattamenti maġġuri għas-sistemi nazzjonali tal-istatistika tal-Istati Membri konċernati. Id-derogi mitluba huma għalhekk ġustifikati u għandhom jingħataw lill-Ġermanja, lill-Greċja, lil Ċipru, lill-Awstrija u lis-Slovenja. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi mir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1538 u (UE) 2023/1579 stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jingħataw lill-Istati Membri elenkati fih għall-perjodi ta’ referenza rispettivi elenkati fih.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Ellenika, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Awstrija u lir-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Paolo GENTILONI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 315, 7.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2379/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1538 tal-25 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel (ĠU L 187, 26.7.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1538/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1579 tal-31 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2379 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istatistika dwar il-prezzijiet agrikoli (ĠU L 193, 1.8.2023, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1579/oj.
ANNESS
1. Il-Ġermanja
|
Regolament |
Sett(ijiet) ta’ data konċernat(i) |
Deskrizzjoni tad-deroga |
Perjodu/i ta’ referenza kopert(i) b’deroga |
Meta ssir l-ewwel trażmissjoni konformi |
||
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1538 dwar l-istatistika tal-produzzjoni tal-għelejjel |
Erja u produzzjoni tal-għelejjel
|
Deroga għat-trażmissjoni tal-varjabbli dwar: Erja ta’ produzzjoni organika ċertifikata ta’ għeneb u għeneb għall-inbid Produzzjoni organika ċċertifikata maħsuda ta’ għeneb u għeneb għall-inbid |
2025-2027 |
Settembru 2029 |
2. Il-Greċja
|
Regolament |
Sett(ijiet) ta’ data konċernat(i) |
Deskrizzjoni tad-deroga |
Perjodu/i ta’ referenza kopert(i) b’deroga |
Meta ssir l-ewwel trażmissjoni konformi |
||
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1538 dwar l-istatistika tal-produzzjoni tal-għelejjel |
Artijiet bil-ħaxix
|
Deroga għat-trażmissjoni tal-varjabbli |
2026 |
Settembru 2031 |
3. Ċipru
|
Regolament |
Sett(ijiet) ta’ data konċernat(i) |
Deskrizzjoni tad-deroga |
Perjodu/i ta’ referenza kopert(i) b’deroga |
Meta ssir l-ewwel trażmissjoni konformi |
||||
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1538 dwar l-istatistika tal-produzzjoni tal-għelejjel |
Erja u produzzjoni tal-għelejjel
|
Deroga għat-trażmissjoni tal-varjabbli tal-produzzjoni ta’: Art bil-ħaxix permanenti Bwar u mergħa permanenti, esklużi ragħi mhux ikkultivati Ragħi permanenti mhux ikkultivati |
2025-2026 |
Settembru 2028 |
||||
|
Bilanċi tal-għelejjel
|
Deroga għat-trażmissjoni tal-varjabbli |
2025-2027 |
Ġunju 2030 |
|||||
|
Artijiet bil-ħaxix
|
Deroga għat-trażmissjoni tal-varjabbli |
2026 |
Settembru 2031 |
|||||
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1579 dwar l-istatistika dwar il-prezzijiet agrikoli |
Prezzijiet u kirjiet tal-art agrikola
|
Deroga għat-trażmissjoni tal-varjabbli |
2025-2027 |
Settembru 2029 |
4. L-Awstrija
|
Regolament |
Sett(ijiet) ta’ data konċernat(i) |
Deskrizzjoni tad-deroga |
Perjodu/i ta’ referenza kopert(i) b’deroga |
Meta ssir l-ewwel trażmissjoni konformi |
||||||
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1579 dwar l-istatistika dwar il-prezzijiet agrikoli |
Prezzijiet tal-input assoluti
|
Deroga għat-trażmissjoni tal-varjabbli |
2025-2026 |
Mejju 2028 |
5. Is-Slovenja
|
Regolament |
Sett(ijiet) ta’ data konċernat(i) |
Deskrizzjoni tad-deroga |
Perjodu/i ta’ referenza kopert(i) b’deroga |
Meta ssir l-ewwel trażmissjoni konformi |
||
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1538 dwar l-istatistika tal-produzzjoni tal-għelejjel |
Artijiet bil-ħaxix
|
Deroga għat-trażmissjoni tal-varjabbli |
2026 |
Settembru 2031 |
||
|
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1579 dwar l-istatistika dwar il-prezzijiet agrikoli |
Prezzijiet tal-input assoluti
|
Deroga għat-trażmissjoni tal-varjabbli: Elettriku |
2025-2027 |
Settembru 2029 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2386/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)