11.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/10


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8944 — Liberty Global/De Vijver Media u Liberty Global (SBS)/Mediahuis/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 368/08)

1.   

Fit-3 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Telenet Group Holding NV (il-Belġju), ikkontrollata minn Liberty Global Plc (ir-Renju Unit)

—

De Vijver Media NV (il-Belġju) ikkontrollata b’mod konġunt minn Telenet Group Holding NV, Mediahuis NV u Waterman&Waterman.

—

Mediahuis NV (il-Belġju), ikkontrollata b’mod konġunt minn Corelio NV, Concentra NV, u VP Exploitatie NV

—

joint venture (JV) maħluqa ġdida (il-Belġju)

Telenet Group Holding NV, takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ De Vijver Media NV kollha kemm hi (“it-tranżazzjoni ta’ DVM”). Barra minn hekk, Telenet Group Holding NV u Mediahuis NV, jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ joint venture li għadha kemm inħolqot (“it-tranżazzjoni tal-JV”).

It-tranżazzjoni ta’ DVM hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. It-tranżazzjoni tal-JV hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Telenet Group Holding NV hija operatur ta’ netwerk bil-cable fil-Belġju li tispeċjalizza fil-provvista ta’ internet broadband, telefonija fissa u mobbli servizzi u televiżjoni bil-cable għal klijenti fil-Fjandri kollha u Brussell. Hija topera wkoll għadd ta’ stazzjonijiet televiżivi bi ħlas, bħal Sporting Telenet u PRIME. Telenet hija kkontrollata minn Liberty Global plc, kumpanija ewlenija internazzjonali kumpanija ta’ cable, b’operazzjonijiet tat-TV, il-broadband, l-internet u t-telefonija bil-vuċi fi 12-il pajjiż fl-Ewropa u fl-Amerika Latina.

—

De Vijver Media NV hija kumpanija azzjonarja finanzjarja Belġjana ta’ grupp ta’ kumpaniji attivi fx-xandir televiżiv tal-FTA u servizzi relatati tal-VOD, bejgħ tal-midja u u produzzjonijiet televiżivi.

—

Mediahuis NV hija kumpanija multi-medjali fil-Belġju u n-Netherlands.

—

Il-JV se tkun dar iddedikata għall-bejgħ ta’ riklami permezz tal-vidjow kemm għas-sidien prinċipali tagħha u kemm għas-sidien tal-inventarju ta’ terzi persuni, ikkumplimentata b’kapaċità li tfassal u tbigħ kampanji transmedjali (360°).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8944 — Liberty Global/De Vijver Media u Liberty Global (SBS)/Mediahuis/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).