<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-9/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0009</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:962">EU:C:2017:962</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez-Bordona — Kawża C-9/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Tirkkonen</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez-Bordona</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑9/17</HT></P><P>Maria Tirkkonen</P><P><HT TYPE="NORMAL">bl-intervent ta</HT><HT TYPE="NORMAL">’:</HT></P><P>Maaseutuvirasto</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Domanda preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi konsultattivi agrikoli</KEYWORD><KEYWORD>Eżistenza ta’ kuntratt pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Sistema ta’ akkwist ta’ servizzi permezz ta’ kuntratti rregolati minn ftehim qafas u miftuħa għal kull operatur ekonomiku li jissodisfa kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel</KEYWORD><KEYWORD>Sistema mhux miftuħa sussegwentement lil operaturi ekonomiċi oħrajn</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fost l-għajnuniet għall-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hemm dawk intiżi għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza lill-bdiewa. L-awtoritajiet nazzjonali jagħżlu l-konsulenti li għandhom jagħtu pariri professjonali lil dawn il-bdiewa permezz ta’ proċeduri miftuħa, bħala prinċipju, għal dawk li jissodisfaw ir-rekwiżiti xierqa għal dan il-kompitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-qafas ta’ waħda minn dawn il-proċeduri tal-għażla, Maria Tirkkonen ressqet l-applikazzjoni tagħha sabiex tinħatar konsulent rurali, billi mliet il-formola meħtieġa. Madankollu, hija naqset milli timla l-punt fejn kellha tindika jekk taċċettax il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>kundizzjonijiet li jinsabu fl-abbozz tal-kuntratt qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, li wassal sabiex il-kandidatura tagħha tiġi miċħuda mill-awtorità kontraenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, dan in-nuqqas jiġi rrimedjat jekk tiġi applikata l-liġi nazzjonali li tirregola r-relazzjonijiet bejn l-amministrazzjoni pubblika u l-applikanti. Madankollu, peress li huwa rregolat mil-liġi nazzjonali dwar il-kuntratti pubbliċi, jidher li l-iżball ma jistax jitranġa. Dak hu li għall-inqas ġie ddikjarat kemm mill-amministrazzjoni Finlandiża kif ukoll mill-qorti tal-ewwel istanza li kkonfermat id-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja) tixtieq tkun taf, finalment, jekk il-mekkaniżmu ta’ għażla tal-konsulenti rurali li huwa s-suġġett tat-tilwima jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fir-risposta għad-domandi tagħha, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, relatata ma’ dan is-suġġett, li tirriżulta mill-kawża Falk Pharma<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160602">2 ta’ Ġunju 2016</DATE> (<NO.CASE>C‑410/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:399">EU:C:2016:399</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) (iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>sentenza Falk Pharma<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</P></NOTE> li, fil-fehma tiegħi, tagħti biżżejjed indikazzjonijiet sabiex tinstab soluzzjoni għal din it-tilwima.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2004/18</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> huma kuntratti għall-interess tal-flus konklużi bil-miktub bejn wieħed jew aktar operaturi ekonomiċi u li għandhom bħala objettiv tagħhom l-esekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-disposizzjoni tas-servizzi fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Qafas ta’ ftehim<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> huwa ftehim bejn wieħed jew aktar mill-awtoritajiet kuntrattwali u wieħed jew aktar mill-operaturi ekonomiċi, fejn l-għan huwa li jiġu stabbiliti t-termini li jirregolaw l-kuntratti li jiġu mgħotija f’ċertu perjodu stabbilit, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn huma xierqa, il-kwantità prevvista.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 32 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kwadri ta’ ftehim [Ftehim qafas]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="032.001"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-[għan] li jiġi konkluż kwadri ta’ ftehim [ftehim qafas], awtoritajiet kontrattwanti għandhom isegwu r-regoli ta’ proċedura li sar riferiment għalihom f’din id-Direttiva għall-fażijiet kollha sal-għoti tal-kuntratti bbażati fuq dak il-kwadru ta’ ftehim. Il-partijiet f’dan il-kwadru ta’ ftehim għandhom ikunu magħżula billi jiġu applikati l-kriterji mniżżlin skond l-Artikolu 53.</ALINEA><ALINEA>Kuntratti ibbażati fuq kwadru ta’ ftehim għandhom ikunu mogħtija skond il-proċeduri imniżżlin fil-paragrafi 3 u 4. Dawn il-proċeduri jistgħu jkunu applikati biss bejn l-awtoritajiet kontrattwanti u l-operaturi ekonomiċi oriġinarjament imsieħba fil-kwadru ta’ ftehim.</ALINEA><ALINEA>Meta se jingħataw kuntratti ibbażati fuq kwadru ta’ ftehim, il-partijiet taħt l-ebda ċirkonstanza ma jistgħu jagħmlu tibdiliet sostanzjali fit-termini imniżżlin f’dak il-kwadru ta’ ftehim, partikolarment fil-każ li sar riferiment għalih fil-paragrafu 3.</ALINEA><ALINEA><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="032.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn kwadru ta’ ftehim hu konkluż ma’ diversi operaturi ekonomiċi, dawn ta’ l-aħħar iridu jkunu mill-inqas tlieta fin-numru, safejn ikun hemm numru biżżejjed ta’ operaturi eknonomiċi biex jissodisfaw l-kriterji ta’ għażla u/jew ta’ offerti ammissibli li huma xierqa għall-kriterji ta’ għotja.</ALINEA><ALINEA><P>Kuntratti ibbażati fuq kwadri ta’ ftehim konklużi ma’ diversi operaturi ekonomiċi jistgħu jkunu mogħtija jew:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>b’applikazzjoni tat-termini mniżżlin fil-kwadru ta’ ftehim mingħajr ma’ terġa’ tinfetaħ kompetizzjoni, jew;</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>fejn mhux it-termini kollha jkunu imniżżlin fil-kwadru ta’ ftehim, meta l-partijiet huma mill-ġdid f’kompetizzjoni fuq il-bażi ta’ l-istess u, jekk meħtieġ, termini formulati b’aktar preċiżjoni, u, fejn xieraq, termini oħra li sar riferiment għalihom fl-ispeċifikazzjonijiet fil-kwadru ta’ ftehim, skond il-proċedura li ġejja:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għal kull kuntratt li se jingħata, awtoritajiet kontrattwanti għandhom jikkonsultaw bil-miktub mal-operaturi ekonomiċi kapaċi li jwettqu l-kuntratt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>awtoritajiet kontrattwanti għandhom jiffisaw limitu ta’ żmien li jkun twil biżżejjed li jippermetti offerti għal kull kuntratt speċifiku li għandu jkun sottomess, jieħdu akkont fatturi bħall-kumplessità tal-kontenut suġġettiv u ż-żmien meħtieġ sabiex jintbagħtu l-offerti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-offerti għandhom jintbagħtu bil-miktub, u l-kontenut tagħhom għandu jibqa’ kunfidenzali sakemm il-limitu ta’ żmien stipulat għal tweġiba ikun skada;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>awtoritajiet kontrattwanti għandhom jagħtu kull kuntratt lil dak li jkun issottometta l-aħjar offerta fuq il-bażi tal-kriterji ta’ għotja imniżżlin fl-ispeċfikazzjonijiet tal-kwadru ta’ ftehim.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 53 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Kriterji ta’ għotja ta’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jindika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għal liġijiet nazzjonali, regolamenti jew disposizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw il-ħlas għal ċerti servizzi, il-kriterji li fuqhom l-awtoritajiet kontrattwanti għandhom jibbażaw l-għotja ta’ kuntratti pubbliċi għandhom ikunu jew:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta l-għotja tingħata lil offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament skond l-opinjoni ta’ l-awtoritajiet kontrattwanti, kriterji varji marbutin mal-kontenut suġġettiv tal-kuntratt pubbliku in kwistjoni, per eżempju, kwalità, prezz, mertu tekniku, karatteristiċi estetiċi u funzjonali, karattersitiċi ambjentali, spejjeż rikorrenti, effett ta’ spiża, servizz ta’ wara l-bejgħ u għajnuna teknika, data tal-konsenja u perjodu ta’ konsenja jew perjodu ta’ tlestija, jew;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-aktar prezz baxx biss.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-disposizzjonijiet tat-tielet sub-paragrafu, fil-każ li sar riferiment għalih f’paragrafu 1(a) l-awtorità kontrattwanti għandha tispeċifika fl-avviż ta’ kuntratt jew fid-dokumenti tal-kuntratt jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv fid-dokument deskrittiv, il-piż relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula biex tiġi determinata l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Dawk il-piżijiet jistgħu jkunu espressi billi jiġi provdut rank b’firxa massima xierqa.</P><P>Fejn, fl-opinjoni ta’ l-awtorità kontrattwanti ma jkunx possibbli li jingħata piż għal raġunijiet dimostrabbli, l-awtorità kontrattwanti għandha tindika fl-avviż tal-kuntratt jew dokumenti tal-kuntratt jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, il-kriterji f’ordni għan-niżla ta’ importanza.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="487" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 487</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(3) jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-awtoritajiet jew il-korpi magħżula biex jipprovdu pariri għandu jkollhom ir-riżorsi adatti fil-forma ta’ persunal imħarreġ regolarment u kkwalifikat, u esperjenza u affidabbiltà fir-rigward tal-oqsma li dwarhom huma jagħtu pariri. Il-benefiċjarji taħt din il-miżura għandhom jintgħażlu permezz ta’ sejħiet għall-offerti. Il-proċedura tal-għażla għandha tkun irregolata mil-liġi dwar l-akkwist pubbliku [il-kuntratti pubbliċi] u għandha tkun miftuħa għal korpi kemm pubbliċi kif ukoll dawk privati. Din għandha tkun oġġettiva u għandha teskludi kandidati b’kunflitti ta’ interess.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014, tas-<DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="227" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 227, p. 18</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Is-sejħiet għall-offerti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għandhom isegwu r-regoli tal-akkwist pubbliku [kuntratti pubbliċi] nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. Dawn għandhom jikkunsidraw kif xieraq il-livell ta’ kisba mill-applikanti tal-kwalifiki msemmijin f’dak l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC"><HT TYPE="BOLD">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/18 ġiet trasposta fil-Finlandja permezz tal-Liġi dwar il-kuntratti pubbliċi (il-Liġi 348/2007).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 45(1) tal-Liġi dwar l-implementazzjoni ta’ għajnuniet agrikoli (il-Liġi 192/2003, kif emendata bil-Liġi 501/2014), il-konsulenti jintgħażlu konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar il-kuntratti pubbliċi u għal perijodu ta’ żmien li jintemm mal-iskadenza tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali tal-Finlandja Kontinentali 2014-2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-istess artikolu, għall-għażla u l-approvazzjoni tal-konsulent, huwa essenzjali li l-konsulent ikollu biżżejjed għarfien tekniku dwar il-kontenut u l-portata tal-konsulenza li għandha tingħata. Bl-istess mod, huwa għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà rikjesti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20140916">16 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-Maaseutuvirasto (l-Aġenzija Finlandiża għaż-Żoni Rurali, iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) nediet sejħa għal offerti, fi proċedura miftuħa taħt il-forma ta’ ftehim qafas, għal servizz ta’ konsulenza lill-ażjendi agrikoli għall-perijodu 2015-2020.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-avviż kien jiddikjara li l-proċedura kienet miftuħa għal konsulenti pubbliċi u privati u li l-għan tagħha kien li jinstabu fornituri tas-servizzi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Nru 1305/2013 u tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE>, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="549" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 549</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, minbarra li jkollhom esperjenza konsultattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Is-sistema tal-għażla kienet ibbażata fuq ftehim qafas, konformement mal-Liġi dwar il-kuntratti pubbliċi, b’tali mod li l-fornituri tas-servizz kienu inklużi fih permezz tal-proċedura miftuħa skont l-Artikolu 65 ta’ din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-ftehim qafas kien jinkludi l-kundizzjonijiet essenzjali għall-provvista tas-servizz. Il-kuntratti sussegwenti jiġu allokati mingħajr proċedura speċifika ta’ għoti, b’tali mod li l-bidwi/operatur agrikolu li jitlob dan, jirċievi l-konsulenza li, fl-opinjoni tiegħu, tissodisfa l-bżonnijiet tiegħu bl-aħjar mod. Bħala prinċipju, huwa jirrikorri għas-servizzi offruti fl-ambjent immedjat, u jista’ juża konsulenti oħra f’każijiet iġġustifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Ir-remunerazzjoni tal-konsulenti tiddependi fuq il-ħinijiet ta’ servizz u tkun ipprovduta mill-Aġenzija (eskluża l-VAT, li jħallasha l-bidwi li jkun ingħata l-parir).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fid-dawl tad-domanda eżistenti għal konsulenza, il-konsulenti kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u l-kundizzjonijiet minimi stabbiliti fl-annessi tal-ftehim qafas jiġu aċċettati. Barra minn hekk, il-kandidati għandhom jgħaddu minn eżami speċifiku, bħala parti mill-proċedura tal-għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, l-Aġenzija rrifjutat l-applikazzjoni ta’ M. Tirkkonen, minħabba li ma kinitx imliet il-paragrafu 7 tal-formola <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Konformità mar-rekwiżiti formali tal-offerta u r-rekwiżiti ta’ sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> (Anness 2 tas-sejħa għal offerti). F’dak il-paragrafu hija kellha tindika, billi timmarka l-kaxxa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>iva<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>le<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jekk kienet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>taċċetta l-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti inklużi fl-abbozz tal-kuntratt qafas<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>M. Tirkkonen ikkontestat id-deċiżjoni tal-Aġenzija quddiem il-Markkinaoikeus (il-Qorti għal kwistjonijiet ekonomiċi), bl-argument li din ma kinitx proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku. Għalhekk, ma kinitx applikabbli l-Liġi dwar il-kuntratti pubbliċi, iżda l-Liġi dwar l-amministrazzjoni pubblika, li tobbliga lill-Aġenzija teħtieġ li din timla d-dokumenti għall-offerta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Wara li t-talba tagħha ġiet miċħuda, fis-<DATE ISO="20150907">7 ta’ Settembru 2015</DATE>, mill-Markkinaoikeus (il-Qorti għal kwistjonijiet ekonomiċi), M. Tirkkonen appellat quddiem il-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja), li tagħmel id-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont id-digriet tar-rinviju, għandu jiġi ċċarat jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>is-sistema ta’ servizzi ta’ konsulenza [tal-Aġenzija] tikkostitwixxix kuntratt pubbliku li jaqa’ fil-kampa ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18 u, għaldaqstant, tal-liġi nazzjonali dwar il-kuntratti pubbliċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Il-qorti <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT> tirrimarka li r-rinviju ma għandux l-iskop li jivverifika jekk l-Aġenzija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>aġixxietx skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (punt 8 tad-digriet tar-rinviju). Fi kwalunkwe każ, wieħed għandu jsemmi li, jekk id-Direttiva 2004/18 kienet applikabbli, ikun jirriżulta li l-awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi, taċċetta l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet formali li ma jinvolvux il-preżentazzjoni ta’ offerta ġdida jew ma jbiddlux it-termini inizjali b’mod sinjifikattiv. Għal dan il-għan, nirreferi għall-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>M.A.T.I. SUD u DUEMMESGR</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑523/16 u C‑536/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:868">EU:C:2017:868</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Id-domanda preliminari fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat li jfisser li d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/> fis-sens ta’ din id-direttiva tinkludi sistema</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>li permezz tagħha organu pubbliku jkollu l-intenzjoni li jikseb servizzi fis-suq matul perijodu limitat bil-quddiem, billi jikkonkludi kuntratti, suġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ ftehim qafas anness mas-sejħa għal offerti, mal-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi fil-fajl ta’ sejħa għal offerti fir-rigward tal-kapaċità tal-fornituri u tas-servizz ipprovdut, u li jgħaddu minn eżami deskritt iktar preċiżament fis-sejħa għal offerti, u</P></ITEM><ITEM><P>li tul il-perijodu ta’ validità tal-kuntratt ma jkunx iktar possibbli li ssir aderazzjoni magħha?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-pożizzjoni tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet fir-reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20170109">9 ta’ Jannar 2017</DATE>. Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn M. Tirkkonen, il-Gvern Finlandiż u l-Kummissjoni. Ma tqiesx li kien neċessarju li ssir seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>M. Tirkkonen issostni li, mit-tliet stadji f’kull sejħa għal offerti (verifika tal-adegwatezza tal-offerenti, evalwazzjoni tal-konformità tal-offerti mas-sejħa; għażla ta’ offerta fuq il-kriterju tal-iktar prezz baxx jew tar-relazzjoni tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji), f’din il-proċedura ma sarx it-tielet stadju minħabba li l-offerti ma ġewx ipparagunati bejniethom u l-għażla tal-fornitur tas-servizz kienet tal-bidwi. B’mod partikolari, hija tinnota li l-140 konsulent magħżula inizjalment ġew eżaminati u għaddew 138 minnhom, mingħajr ma ġew ikklassifikati skont il-mertu f’dan l-eżami. In-nuqqas ta’ għażla bejn l-offerti rċevuti jeskludi l-eżistenza ta’ kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Gvern Finlandiż jenfasizza r-rilevanza tal-ġurisprudenza stabbilita fis-sentenza Falk Pharma, u jinnota, madankollu, li f’dan il-każ is-sistema ma hijiex miftuħa b’mod permanenti għal offerenti ġodda. Fil-fehma tiegħu, il-fatt li l-awtorità kontraenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>timponi fuq diversi rekwiżiti speċifiċi li ma humiex ibbażati fil-leġiżlazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Punt 22 tal-osservazzjonijiet bil-miktub.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> iwassal sabiex dik is-sistema titqarreb lejn il-kunċett ta’ kuntratt pubbliku. L-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi tkun iġġustifikata mill-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kriterji tal-għażla ma jiġux stabbiliti b’mod diskriminatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-Gvern Finlandiż jallega, ukoll, li mill-163 offerta rċevuta, 140 biss ġew aċċettati kundizzjonalment, u 138 minnhom ġew finalment aċċettati. Din l-informazzjoni turi n-natura selettiva tal-proċedura u l-intenzjoni tal-awtorità kontraenti li taċċetta biss l-aħjar offerti, kif ukoll in-natura dissważiva tal-kundizzjonijiet mitluba lill-offerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Finalment, għall-Gvern Finlandiż, it-terminu ta’ sitt snin tal-perijodu ta’ validità tas-sistema jimplika li, matul dan iż-żmien, ma jistgħux jiġu aċċettati konsulenti ġodda, u dan jagħmel il-proċedura kkontestata differenti minn sempliċi sistema ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni temmen li r-rekwiżiti speċifiċi tas-sejħa għal offerti dwar l-eliġibbiltà tal-offerent u dwar is-servizz, kif stabbilit mill-qorti tar-rinviju, ma jikkostitwixxux kriterju ta’ għoti, iżda sempliċiment kriterju ta’ għażla.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għall-Kummissjoni, il-proċedura ma kinitx tinkludi kriterji ta’ għoti u l-Aġenzija ma tistax teskludi jew tirrifjuta lil konsulent kompetenti magħżul minn bidwi. Fil-qosor, fil-proċedura ntużaw biss kriterji ta’ għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni tiżgura li l-kawża hija simili għal dik deċiża fis-sentenza Falk Pharma, li l-ġurisprudenza tagħha ġiet ikkorroborata bid-Direttiva 2014/14/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Direttiva 2014/14/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE>, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Fl-opinjoni tagħha, ma huwiex importanti li s-sistema ma hijiex miftuħa b’mod permanenti għall-partijiet interessati, minħabba li n-nuqqas ta’ għażla hija raġuni biżżejjed sabiex ma tiġix ikklassifikata bħala kuntratt pubbliku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-amministrazzjoni Finlandiża nediet programm ibbażat fuq ir-Regolament Nru 1305/2013, li l-Artikolu 15(3) tiegħu jiddikjara li l-proċedura ta’ għażla tal-fornituri ta’ servizzi ta’ konsulenza għandha tkun irregolata mil-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, id-domanda preliminari għandha tingħata risposta fuq il-bażi tal-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Nemmen li dan ir-riferiment għal-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proċedura ta’ għażla tal-konsulenti rurali għandha tkun konformi mal-prinċipji (ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza) li jirregolaw dan is-settur tal-ordinament ġuridiku. Fl-opinjoni tiegħi, dan ma huwiex rekwiżit li jimplika li tiġi adottata kull waħda mid-dispożizzjonijiet tad-direttivi tal-Unjoni dwar il-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT> tixtieq tkun taf jekk sistema bħal dik preżenti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Nixtieq infakkar li, skont din, huwa maħsub li jkun hemm numru indeterminat ta’ persuni li għandhom jipprovdu pariri agrikoli lill-bdiewa, li jiġu magħżula permezz ta’ proċedura, suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim qafas, li jistgħu jipparteċipaw fiha dawk li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u li jgħaddu minn eżami. Is-sistema hija valida għal terminu ta’ żmien limitat, li matulu hija eskluża l-ħatra ta’ konsulenti ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li, kif tosserva l-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Punti 27 u 28 tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Kummissjoni.</P></NOTE>, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, jidhru li jiġu sodisfatti l-karatteristiċi tipiċi tal-kuntratti ddefiniti mill-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18. Dan huwa, fil-fatt, kuntratt, irregolat minn ftehim qafas, li huwa konkluż bil-miktub bejn operatur ekonomiku (il-konsulent) u awtorità kontraenti (l-Aġenzija), li l-għan tiegħu huwa l-provvista ta’ servizzi bi ħlas. Dan l-aħħar punt, b’mod partikolari, minħabba li, skont il-qorti tar-rinviju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Punt 56 tad-digriet tar-rinviju: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>jista’ jitqies li l-azzjoni msemmija mis-servizzi inkwistjoni tipprovdi benefiċċju ekonomiku dirett lill-aġenzija<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></NOTE>, is-servizzi ta’ konsulenza huma ta’ benefiċċju, ovvjament, għall-bidwi li jirċevihom, iżda wkoll għall-Aġenzija li tħallashom u li jipprovduhom f’isimha, fil-firxa tal-kompetenzi amministrattivi tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, wieħed ma għandux jinsa li, għall-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[l]-għażla ta’ offerta, u għaldaqstant ta’ offerent magħżul, għalhekk tidher bħala li hija element intrinsikament marbut mar-regolamentar tal-kuntratti pubbliċi permezz ta’ […] id-direttiva [2004/18] u, konsegwentement, mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>kunratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tagħha<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza Falk Pharma, punt 38.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li dan l-approċċ tas-sentenza Falk Pharma huwa riduttiv wisq. Permezz tiegħu, qed jiġi indikat li, fl-aħħar mill-aħħar, fil-kuntratti pubbliċi suġġetti għad-Direttiva 2004/18 għandu jkun hemm offerent magħżul, li jkun ippreferut mill-bqija tal-kompetituri tiegħu skont il-kwalitajiet tal-offerta tiegħu. U dan l-element ewlieni huwa prevedibbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>[g]ħal kull kuntratt, kwadru ta’ ftehim [kull ftehim qafas], u kull stabbiliment ta’ sistema ta’ xiri dinamiku<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, li fir-rigward tiegħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>l-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu rapport bil-miktub li jinkludi <HT TYPE="ITALIC">isem l-offerent magħżul u l-ġustifikazzjoni għall-għażla tal-offerta tiegħu</HT><QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> [ittra e tal-Artikolu 43(1) tad-Direttiva 2004/18, enfasi miżjuda]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 39.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, fis-sistema li qed tiġi diskussa ma huwiex possibbli li tiġi identifikata l-eżistenza ta’ <HT TYPE="ITALIC">kriterji għall-allokazzjoni jew għoti</HT> ta’ kuntratti għal servizzi ta’ konsulenza, iżda biss <HT TYPE="ITALIC">kriterji ta’ għażla</HT> ta’ operaturi ekonomiċi mħarrġa sabiex joffru dawk is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Kif fakkar l-Avukat Ġenerali Wathelet fil-konklużjonijiet ippreżentati fil-kawża Ambisig<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑601/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2474">EU:C:2014:2474</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, hemm żewġ tipi ta’ kriterji li l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet distinzjoni bejniethom. Hemm differenza bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>il-verifika tal-kapaċità tal-offerenti li jeżegwixxu l-kuntratti li ser jingħataw<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, minn naħa, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>l-għoti tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> bħala tali, min-naħa l-oħra. <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Filwaqt li s-selezzjoni ta’ offerent tirrigwarda s-sitwazzjoni personali tiegħu u l-kapaċità tiegħu li jwettaq l-attività professjonali inkwistjoni, il-kuntratt jingħata lill-offerent li jippreżenta l-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti [Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18] jew li tipproponi l-iktar prezz baxx [paragrafu 1 (b) tal-istess artikolu]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, jekk permezz tal-kriterji <HT TYPE="ITALIC">tal-għażla</HT> l-<HT TYPE="ITALIC">offerenti</HT> jiġu evalwati skont il-ħiliet tagħhom, permezz tal-kriterji <HT TYPE="ITALIC">ta’ għoti</HT> għandha tiġi identifikata u magħżula l-iktar <HT TYPE="ITALIC">offerta</HT> xierqa fost dawk magħmulin mid-diversi offerenti. Peress li huwa mixtieq li jsir <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[i]l-bidu tal-kisba għall-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Premessa 2 tad-Direttiva 2004/18.</P></NOTE>, l-operaturi ekonomiċi għandhom jikkompetu ma’ xulxin, bħala rivali, sabiex jingħataw il-kuntratt għall-provvista tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jiena naħseb li, minn din il-perspettiva, id-dikjarazzjoni tal-qorti tar-rinviju hija kruċjali, fis-sens li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>fil-proċedura tas-sejħa għal offerta ma humiex stabbiliti kriterji ta’ għoti li jippermettu li l-offerti jiġu mqabbla ma’ xulxin, u l-[Aġenzija] ma evalwatx jew qabblet l-offerti skont punteġġ<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, iżda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>l-offerenti kollha li ssodisfaw ir-rekwiżiti tas-sejħa għal offerta, b’mod partikolari fir-rigward ta’ taħriġ u esperjenza professjonali, ġew ammessi fil-ftehim qafas, sakemm ikunu għaddew mill-eżami deskritt f’iktar dettall fis-sejħa għal offerta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Id-digriet tar-rinviju, punt 59.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Gvern Finlandiż isostni li l-kriterji ta’ ammissjoni taw lill-proċedura natura verament selettiva. Minn naħa, il-fatt li saret pubblika minn qabel seta’ jinfluwenza lill-partijiet interessati sabiex jaħsbu li ma kinux jissodisfawhom kieku ma pproponewx offerta. Min-naħa l-oħra, il-kundizzjonijiet tant kienu stretti li mhux kulħadd seta’ jissodisfahom, u għalhekk il-proċedura kienet tkun limitata, fir-realtà, għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>grupp magħżul<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Punt 38 tal-osservazzjonijiet bil-miktub tal-Gvern Finlandiż. Fih huwa jenfasizza li, minn total ta’ 163 offerta, ġew aċċettati provviżorjament 140 minnhom u, finalment ġew aċċettati 138, li jirrappreżenta 85 % tal-applikazzjonijiet.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Għalhekk, in-natura selettiva tal-proċedura tagħmilha indispensabbli, għall-Gvern Finlandiż, li l-istabbiliment tal-kriterji li jagħtu din il-kwalità ma jsirx b’mod diskriminatorju, li jwassal sabiex tiġi implementata l-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li l-ħtieġa ta’ ċerti kundizzjonijiet ta’ kwalifika u mertu għall-aċċess għas-sistema inkwistjoni tinvolvi ċertu mekkaniżmu ta’ għażla. Madankollu, l-element deċiżiv, f’termini tal-kuntratti suġġetti għad-Direttiva 2004/18, ma huwiex il-verifika tal-kapaċità tal-offerenti sabiex jipprovdu s-servizz ta’ konsulenza (kriterju ta’ għażla), iżda l-kuntrast bejn l-offerti ta’ dawk l-offerenti, ladarba jitqiesu kapaċi, bil-ħsieb li finalment jiġi magħżul min jibbenefika minn dak is-servizz (kriterju ta’ għoti).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti għall-aċċess għas-sistema ta’ konsulenza agrikola bbażati fuq il-kapaċità teknika (li fosthom hemm li wieħed irid ikun għadda minn eżami) jippermettu, ovvjament, li jiġu magħżula l-applikanti, b’riferiment għal limitu stabbilit minn qabel. Madankollu l-għażla rilevanti, għall-finijiet tal-kunċett ta’ kuntratt pubbliku tad-Direttiva 2004/18, hija dik li tirriżulta mill-kuntrast bejn il-kapaċitajiet u l-merti tal-offerti tal-kandidati differenti. Jiġifieri, dak li huwa deċiżiv huwa <HT TYPE="ITALIC">l-għoti</HT> finali, komparattiv jew kuntrastanti, lill-aħjar offerta, u mhux <HT TYPE="ITALIC">l-għażla</HT> inizjali magħmula fir-rigward ta’ limitu li jekk jiġi ssuperat ma jimplikax kompetizzjoni fost il-kandidati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-kawża Ambisig<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑601/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:204">EU:C:2015:204</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li fiha ġie ddikjarat li l-kompetenzi u l-esperjenza tal-membri ta’ tim li għandu l-intenzjoni li jeżegwixxi kuntratt li l-għan tiegħu kien li jipprovdi servizzi ta’ taħriġ u konsulenza huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>determinanti biex tiġi evalwata l-kwalità professjonali ta’ dan it-tim<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> u li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>[d]in il-kwalità tista’ tkun karatteristika intrinsika tal-provvista u tkun relatata mas-suġġett tal-kuntratt, fis-sens tal-Artikolu 53(1)(a) tad-Direttiva 2004/18<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 33.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, b’tali mod li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>din il-kwalità tista’ tiġi inkluża bħala kriterju ta’ għoti tal-kuntratt fl-avviż tal-kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet ikkonċernati<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 34.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja saret f’kuntest fejn l-awtorità kontraenti għażlet wieħed mill-offerenti li kienu qed jikkompetu u eskludiet ieħor, billi użat, korrettament, il-kwalità tat-timijiet rispettivi tagħhom bħala kriterju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, għall-kuntrarju, il-qorti tar-rinviju tiżgura li, l-Aġenzija ma llimitatx <HT TYPE="ITALIC">ab initio</HT> n-numru ta’ fornituri tas-servizzi possibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Skont il-qorti <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT>, l-aġenzija ddikjarat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>huwa neċessarju li jkun hemm l-ikbar grupp ta’ fornituri possibbli sabiex jiġi ggarantit li dawk li jirċievu s-servizzi jirċievu s-servizz li jeħtieġu<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> (punt 50 tad-digriet tar-rinviju).</P></NOTE>, u lanqas ma qabblet l-offerti bejniethom jew għamlet għażla finali ta’ wieħed jew diversi minnhom, abbażi ta’ evalwazzjoni komparattiva tal-kontenut rispettiv tagħhom, bl-esklużjoni tal-oħrajn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Barra minn hekk, l-għażla <HT TYPE="ITALIC">finali</HT> tal-fornitur tas-servizz, fi kwalunkwe każ, lanqas ma hija tal-aġenzija, iżda hija tal-bdiewa li jużaw is-sistema ta’ konsulenza. Dawn tal-aħħar jistgħu jagħżlu l-konsulent li l-aħjar jaqdi l-bżonnijiet tagħhom, anki jekk l-għażla tagħti prijorità lil dawk li jagħtu l-pariri tagħhom fl-ambjent l-iktar qrib, peress li dejjem jistgħu jintużaw konsulenti oħra f’każijiet iġġustifikati. Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 14 tad-digriet tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, quddiemna jinsab każ li għalih tapplika l-ġurisprudenza stabbilita fil-kawża Falk Pharma, skont liema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>meta entità pubblika tipprova tikkonkludi kuntratti ta’ provvista mal-operaturi ekonomiċi kollha li jkunu jixtiequ jipprovdu l-prodotti kkonċernati bil-kundizzjonijiet indikati minn din l-entità, l-assenza ta’ ħatra ta’ operatur ekonomiku li tingħatalu l-esklużività ta’ kuntratt għandha l-konsegwenza li ma tkunx teżisti l-ħtieġa li l-azzjoni ta’ din l-awtorità kontraenti tiġi rregolata permezz ta’ regoli preċiżi tad-Direttiva 2004/18 b’mod li jxekkilha milli tagħti kuntratt billi tiffavorixxi lill-operaturi nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 35 ta’ dik is-sentenza, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>l-għan tad-Direttiva 2004/18 huwa li teskludi r-riskju li tingħata preferenza lill-offerenti jew lill-kandidati nazzjonali waqt kwalunkwe għoti ta’ kuntratt imwettaq mill-aworitajiet kontraenti<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Ir-riskju li ġie indikat hawn taħt (punt 36) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>huwa marbut mill-qrib ħafna mal-għażla li l-awtorità kontraenti jkollha l-intenzjoni twettaq fost l-offerti ammissibbli u mal-esklużività li tirriżulta mill-għoti tal-kuntratt meqjus lill-operatur li l-offerta tiegħu tkun intgħażlet, jew lill-operaturi ekonomiċi li l-offerti tagħhom ikunu ntgħażlu fil-każ ta’ ftehim qafas, u dan jikkostitwixxi l-għan ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Kemm il-Gvern Finlandiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Skont il-Gvern Finlandiż, dak il-fattur jiddistingwi din il-proċedura minn sistema ta’ sempliċi awtorizzazzjoni u jagħmilha eqreb lejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens tad-Direttiva 2004/2018.</P></NOTE> kif ukoll il-qorti tar-rinviju jaqblu dwar ir-rilevanza tal-ġurisprudenza li għadni kif semmejt għal din il-kawża. L-uniku dubju tagħhom, li fil-każ tal-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema) jidher li kien dak li wassal sabiex issir id-domanda preliminari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Għall-qorti <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT>, id-domanda tixtieq issolvi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>jekk il-karatteristika […] li ma tkunx miftuħa għal operaturi ekonomiċi ġodda tippermettix li jiġi konkluż li hija kuntratt pubbliku għall-finijiet tal-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> (digriet tar-rinviju, punt 63).</P></NOTE>, huwa bbażat fuq il-fatt li, b’differenza minn dak li ġara fis-sentenza Falk Pharma, is-sistema maħsuba mill-Aġenzija ma hijiex miftuħa b’mod permanenti għall-operaturi ekonomiċi interessati kollha matul il-validità tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Huwa veru li, b’mod strett, meta s-sistema tal-kuntratti pubbliċi matul il-perijodu ta’ validità tagħha, tkun limitata għall-operaturi ekonomiċi ammessi inizjalment mill-Aġenzija (li jipprekludi l-aċċess ulterjuri għal konsulenti ġodda) tkun qed tiġi imposta ċerta restrizzjoni kwantitattiva. Madankollu dan jirriżulta mil-limitazzjoni pura u rigoruża fiż-żmien tas-sistema ta’ għajnuna għall-konsulenza, b’mod parallel għal dik tal-programm ta’ żvilupp rurali tal-Finlandja Kontinentali 2014/2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-riferiment tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Falk Pharma għall-ftuħ permanenti tas-sistema ta’ kuntratti pubbliċi għal offerenti ġodda, fil-fehma tiegħi, ma kinitx ir-<HT TYPE="ITALIC">ratio decidendi</HT> ta’ dik is-sentenza, iżda pjuttost dikjarazzjoni magħmula <HT TYPE="ITALIC">ad abundantiam</HT>. Dak li kien deċiżiv kien, għalhekk, il-fatt li l-awtorità kontraenti ma tatx il-kuntratt, esklussivament, lil wieħed mill-offerenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza Falk Pharma, punt 38.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, bħal fil-każ ta’ Falk Pharma, ukoll ma kien hemm ebda element ta’ kompetizzjoni reali bejn il-kandidati, sabiex jiġi evalwat liema waħda mill-offerti tagħhom hija l-aħjar waħda u, fl-istess ħin, tissostitwixxi l-bqija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja f’dik l-istess sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 40.</P></NOTE>, dan il-fattur ewlieni issa huwa espress b’mod espliċitu fil-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>akkwist<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> tad-Direttiva 2014/24, li n-nuqqas ta’ applikabbiltà tiegħu għall-każ <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> xorta jippermetti li jsir ir-riferiment għalih, anki jekk b’mod li jesprimi biss ir-rieda tal-leġiżlatur li jagħti, b’mod espliċitu, karatteristika tal-kuntratti pubbliċi li, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, hija inerenti fin-natura tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Skont l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2014/14, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>l-akkwist huwa akkwist permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand operaturi ekonomiċi <HT TYPE="ITALIC">magħżula</HT> minn dawk l-awtoritajiet kontraenti, sew jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi huma maħsuba għal skop pubbliku u sew jekk le.<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> Enfasi miżjuda.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Ir-rilevanza, pożittiva u negattiva, ta’ dan il-fattur hija ċara meta, fil-premessa 4 tad-Direttiva 2014/24, huwa spjegat li s-sitwazzjonijiet li fihom l-operaturi kollha li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet huma awtorizzati sabiex iwettqu kompitu, mingħajr selettività, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>ma għandhomx jitqiesu bħala akkwist [kuntratti pubbliċi]<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta lill-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja) kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema ta’ għażla ta’ fornituri<?PAGE NO="11"?> tas-servizzi ta’ konsulenza rurali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha entità pubblika taċċetta lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ kapaċità u li jgħaddu minn eżami, mingħajr ma tagħti l-provvista tas-servizz, esklussivament, lil wieħed minn dawn il-konsulenti jew uħud minnhom skont is-sistema tal-kompetizzjoni ma tikkostitwixxix kuntratt pubbliku skont din id-direttiva. Għal dawn ir-raġunijiet, huwa irrilevanti l-fatt li s-sistema għandha validità limitata, li matulha ma jsirux ħatriet ġodda.<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>