13.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/9


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ April 2022

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska

(BĊE/2022/16)

(2022/C 160/02)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-2017, Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023 (1).

(3)

Il-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 (2), u Národná banka Slovenska estenda l-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. għas-sena finanzjarja 2021.

(4)

L-estensjoni tal-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2021 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1169 (3).

(5)

Národná banka Slovenska biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. għas-snin finanzjarji 2022 u 2023. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn Národná banka Slovenska u Deloitte Audit s.r.o.,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Deloitte Audit s.r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2022 u 2023.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 5 ta’ April 2022.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Rakkomandazzjoni BĊE/2017/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Settembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (ĠU C 310, 19.9.2017, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 tal-10 ta’ Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (ĠU L 264, 13.10.2017, p. 5).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1169 tat-13 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (ĠU L 255, 16.07.2021, p. 1).