|
18.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 216/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/976
tal-4 ta’ Ġunju 2021
li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi taċ-ċiklossidim, tal-mepiquat, tar-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola u tal-proeżadjon f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi tar-residwi (MRLs) tal-proeżadjon ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. L-MRLs taċ-ċiklossidim u tal-mepiquat ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. Ma ġewx stabbiliti MRLs speċifiċi għar-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola u dik is-sustanza ma ddaħħlitx fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, għaldaqstant japplika l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) tiegħu. |
|
(2) |
Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva ċiklossidim fuq il-frawli, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 biex jinbidel l-MRL eżistenti. |
|
(3) |
Rigward il-mepiquat, tressqet applikazzjoni għaż-żrieragħ tal-qoton. Rigward il-proeżadjon, tressqet applikazzjoni għaż-żrieragħ tal-kittien, għaż-żrieragħ tal-peprin, għaż-żrieragħ tal-ġirasol, għaż-żerriegħa tal-kolza, għaż-żerriegħa tal-mustarda u għaż-żerriegħa tal-gold of pleasure (Camelina sativa). |
|
(4) |
Bi qbil mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-Istati Membri kkonċernati u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, (“l-Awtorità”), ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat l-opinjonijiet motivati dwar l-MRLs proposti (2). L-Awtorità għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u qegħdithom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. |
|
(6) |
Rigward il-mepikwat, l-Awtorità rrakkomandat li jinżiedu l-MRLs għal ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali bl-istess mod kif tintuża s-sustanza fuq iż-żrieragħ tal-qoton. |
|
(7) |
Rigward l-applikazzjonijiet l-oħra kollha, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-data ġew issodisfati u li, abbażi tal-evalwazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp ta’ konsumaturi speċifiċi Ewropej, il-modifiki tal-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumatur. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista’ jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum kbir tal-prodotti rilevanti ma wrew li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(8) |
Fil-kuntest tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva r-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola, iddaħħlet applikazzjoni għal MRL fid-dossier sommarju f’konformità mal-Artikolu 8(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). F’konformità mal-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament, dik l-applikazzjoni ġiet evalwata mill-Istat Membru kkonċernat. L-Awtorità vvalutat l-applikazzjoni u tat il-konklużjoni tagħha dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskji tal-pestiċida (4). F’dak il-qafas, l-Awtorità ma setgħetx tilħaq konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju fuq id-dieta tal-konsumaturi billi ma kinitx disponibbli ċerta informazzjoni u kien hemm ħtieġa li l-maniġers tar-riskju jkomplu jistudjaw din is-sustanza. Il-ħtieġa li jitkompla dan l-istudju kien rifless fir-rapport ta’ rieżami (5) li kkonkluda li l-organiżmu mhuwiex patoġeniku għall-bnedmin u li mhuwiex mistenni li jkun hemm tossini jew metaboliti tossiċi fl-ikel wara l-użu tas-sustanza attiva. Fid-dawl ta’ dawk il-konklużjonijet, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jkun xieraq li r-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola tiddaħħal fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(9) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/832 (6) ġie ffissat MRL temporanju għall-mepiquat fiż-żrieragħ tal-qoton fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 li jibqa’ validu sat-30 ta’ Ġunju 2021. Fl-interess taċ-ċertezza legali, jixraq li l-MRLs previsti minn dan ir-Regolament jibdew japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2021. |
|
(10) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità, u filwaqt li tqiesu l-fatturi rilevanti għall-kwistjoni kkunsidrata, l-emendi x-xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu għandu jibda japplika mill-1 ta’ Lulju 2021 rigward l-MRLs għall-mepiquat.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA jinsabu online fuq: http://www.efsa.europa.eu:
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue level for cycloxidim in strawberries. EFSA Journal 2018;16(8):5404.
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for mepiquat in cotton seeds and animal commodities. EFSA Journal 2018;16(10):5428.
Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for prohexadione in various oilseeds. EFSA Journal 2018;16(8):5397.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
(4) Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Metschnikowia fructicola strain NRRL Y-27328. EFSA Journal 2017; 15(12):5084.
(5) Review report for the active substance Metschnikowia fructicola strain NRRL Y-27328 (SANTE/10472/2018 Rev. 2).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/832 tal-5 ta’ Ġunju 2018 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-livelli massimi ta’ residwi għaċ-ċjantraniliprol, iċ-ċimoksanil, id-deltametrin, id-difenokonażol, il-fenamidon, il-flubendiammid, il-fluwopikolid, il-folpet, il-fosetil, il-mandestrobin, il-mepikwat, il-metażaklor, il-propamokarb, il-propargit, il-pirimetanil, is-sulfoksaflor u t-trifloksistrobin f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 140, 6.6.2018, p. 38).
ANNESS
L-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness II, il-kolonna tal-proeżadjon hija sostitwita b’dan li ġej: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
|
(2) |
Fil-Parti A tal-Anness III, il-kolonni taċ-ċiklossidim u tal-mepikwat huma sostitwiti b’dan li ġej: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
Fl-Anness IV, tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika: “ir-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola”. |
(*1) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.”
(*2) Limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(2) Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I.