|
17.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 465/170 |
P9_TA(2021)0030
Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amaro
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Frar 2021 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amaro (2019/2150(IMM))
(2021/C 465/18)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Álvaro Amaro, imressqa fis-17 ta' Ottubru 2019 mit-Tribunal Judicial da Comarca da Guarda, Juízo Local Criminal da Guarda – Juiz 2 (il-Qorti Distrettwali ta' Guarda, il-Qorti Kriminali Lokali ta' Guarda, it-2 Imħallef), u mħabbra fis-seduta plenarja fit-13 ta' Novembru 2019, |
|
— |
wara li sema' lil Álvaro Amaro, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, |
|
— |
wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011, fis-17 ta' Jannar 2013 u fid-19 ta' Diċembru 2019 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 157(2) u (3) tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża u l-Artikolu 11 tal-Liġi 7/93 tal-1 ta' Marzu 1993 li tirregola l-Istatut għad-Deputati tal-Assemblea tar-Repubblika Portugiża, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0009/2021), |
|
A. |
billi l-imħallef kompetenti tat-Tribunal Judicial da Comarca da Guarda ppreżenta talba għat-tneħħija tal-immunità parlamenari ta' Álvaro Amaro fir-rigward ta' akkuża relatata ma' reat ta' serq ta' fondi, previst u sanzjonat permezz tal-Artikolu 11 tal-Liġi 34/87 tas-16 ta' Lulju 1987, kif emendata mil-Liġi Portugiża Nru 41/2010 tat-3 ta' Settembru 2010 (konkors formali mar-reat ta' interess privat f'kariga pubblika, previst u sanzjonat permezz tal-Artikolu 23(1) u r-reat ta' approprjazzjoni indebita, previst u sanzjonat permezz tal-Artikolu 20(1) tal-istess att leġiżlattiv), u konkors reali ta' reati ta' frodi fil-ksib ta' sussidju jew sovvenzjoni, previst u sanzjonat permezz tal-Artikolu 36(1)(a) u (c), l-Artikolu 36(2), l-Artikolu 36(5)(a) u (b), u l-Artikolu 36(8)(b), tal-Digriet Liġi Nru 28/84 tal-20 ta' Jannar 1984; |
|
B. |
billi Álvaro Amaro qeda d-dmirijiet ta' sindku ta' Guarda mill-2013, kariga li għaliha reġa' ġie elett fl-2017 biex jokkupaha sal-11 ta' April 2019; billi, fil-qadi ta' dawk id-dmirijiet, huwa kien responsabbli għat-tmexxija politika u l-ġestjoni amministrattiva tal-muniċipalità ta' Guarda; billi s-suġġett tal-investigazzjoni huwa t-trattament favorevoli, permezz ta' proċedura ta' akkwist, li l-muniċipalità ta' Guarda huwa allegat li għamlet favur il-kooperattiva u grupp teatrali fil-bidu tal-2014 fl-organizzazzjoni annwali tal-festi tal-karnival ta' din is-sena; |
|
C. |
billi Álvaro Amaro ġie elett fil-Parlament Ewropew f'Mejju 2019; |
|
D. |
billi l-allegat reat ma jikkonċernax opinjonijiet jew voti mitfugħa minn Álvaro Amaro fil-qadi ta' dmirijietu, f'konformità mal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; |
|
E. |
billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom; |
|
F. |
billi huwa l-Parlament waħdu li jiddeċiedi jekk ineħħix l-immunità f'każ partikolari jew le; billi l-Parlament jista' b'mod raġonevoli jqis il-pożizzjoni tal-Membru meta jiddeċiedi jekk ineħħix l-immunità tiegħu jew le (2); billi waqt is-seduta ta' smigħ tiegħu, Álvaro Amaro indika li kien favorevoli għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tiegħu; |
|
G. |
billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma' attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u inseparabbli minn dawn l-attivitajiet; |
|
H. |
billi r-reati li Álvaro Amaro huwa akkużat bihom seħħew qabel l-elezzjoni tiegħu fil-Parlament Ewropew; |
|
I. |
billi, f'dan il-każ, il-Parlament ma rnexxilux jistabbilixxi l-eżistenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri elementi tal-fatt li jindikaw li l-proċeduri ġudizzjarji inkwistjoni nbdew bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru u għalhekk tal-Parlament Ewropew; |
|
J. |
billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta' proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat” (3); |
|
1. |
Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Álvaro Amaro; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Portugiżi u lil Álvaro Amaro. |
(1) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta' Diċembru 2019, Junqueras Vies, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.
(2) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440, punt 28;
(3) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2019, Briois vs il-Parlament, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.