European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3810

12.6.2024

Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward it-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3810)

Stat Membru

Franza

Rotot ikkonċernati

Strasburgu – Amsterdam

Strasburgu – Madrid

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2025, jew mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2025, sat-8 ta’ April 2028, fir-rigward tas-servizzi tal-ajru fuq ir-rotta bejn Strasburgu u Amsterdam;

Mid-9 ta’ April 2025 sat-8 ta’ April 2028 fir-rigward tas-servizzi tal-ajru fuq ir-rotta bejn Strasburgu u Madrid.

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

l-14 ta’ Awwissu 2024, qabel il-ħamsa ta’ wara nofsinhar, ħin ta’ Pariġi (Franza)

Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test tas-sejħa għall-offerti u kull informazzjoni u/jew dokumenti rilevanti b’rabta mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili

Id-Direttorat għat-Trasport bl-Ajru

Subdirettorat għas-Servizzi tal-Ajru (SDS1)

50, rue Henry Farman

75720 Paris cedex 15

FRANZA

Telefon +33 388594141

Faks +33 388594146

Email: https://www.ecologie.gouv.fr

Indirizz tal-profil tax-xerrej: https://www.marches-publics.gouv.fr


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3810/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)