02013D0776 — MT — 05.10.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

li tistabbilixxi “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE

(2013/776/UE)

(ĠU L 343 19.12.2013, p. 46)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1716 tat-13 ta' Novembru 2018

  L 286

33

14.11.2018




▼B

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Diċembru 2013

li tistabbilixxi “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE

(2013/776/UE)



Artikolu 1

Stabbiliment u terminu

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn ‘il quddiem magħrufa bħala “l-Aġenzija”), li l-istatut tagħha huwa rregolat bir-Regolament (KE) Nru 58/2003 hija b’dan stabbilita għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2024.

Artikolu 2

Lokalità

L-Aġenzija għandha tkun lokalizzata fi Brussell.

Artikolu 3

Għanijiet u kompiti

1.  L-Aġenżija hija b’dan fdata bl-implimentazzjoni ta’ ċerti partijiet mill-programmi tal-Unjoni li ġejjin:

(a) Erasmus+;

(b) Il-Programm Ewropa Kreattiva;

(c) Il-Programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini”;

(d) Il-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja — EU Aid Volunteers;

(e) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja skont l-istrumenti għall-kooperazzjoni esterna li ġejjin:

— Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) ( 1 );

— Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat ( 2 );

— Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp ( 3 );

— Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ( 4 );

— Ir-Regolament tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp ( 5 );

▼M1

(f) Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

L-Aġenzija hija inkarigata wkoll bil-forniment ta' servizzi lil programmi oħra tal-Unjoni li jikkontribwixxu lejn l-objettivi tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li jissemmew fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas legali għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ( 6 ).

▼B

L-ewwel subparagrafu għandu japplika soġġett għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kull wieħed minn dawn il-programmi.

2.  L-Aġenżija hija b’dan fdata bl-implimentazzjoni tal-legati ta’ ċerti partijiet mill-programmi tal-Unjoni li ġejjin:

(a) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna ekonomika favur ċerti pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (Phare), kif previst fir-Regolament (KEE) Nru 3906/89;

(b) Il-programm li jixpruna l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II - Żvilupp u Distribuzzjoni) (1996-2000), stabbilit bid-Deċiżjoni 95/563/KE;

(c) Il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-industrija tal-programm awdjoviżiv Ewropew (MEDIA II — Taħriġ) (1996-2000), approvat bid-Deċiżjoni 95/564/KE;

(d) It-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-edukazzjoni, “Socrates” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE;

(e) It-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali tal-Komunità “Leonardo da Vinci” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni 1999/382/KE;

(f) Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità “Żgħażagħ” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1031/2000/KE;

(g) Il-programm “Kultura 2000” (2000-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE;

(h) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna lill-Istati sieħba fl-Ewropa tal-Lvant u tal-Asja ċentrali (2000-2006), kif stabbilit bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 99/2000;

(i) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-assistenza għall-Albanija, il-Bosnija-Ħerżegovina, il-Kroazja, Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u l-Kosovo (UNSCR 1244) (2000-2006), approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 2666/2000/KE;

(j) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar il-miżuri finanzjarji u tekniċi li jakkumpanjaw (MEDA) ir-riforma tal-istrutturi ekonomiċi u soċjali fil-qafas tas-sħubija Ewro-Mediterranja, approvati bir-Regolament (KE) Nru 2698/2000;

(k) It-tielet fażi tal-iskema ta’ kooperazzjoni trans-Ewropea għall-edukazzjoni ogħla (Tempus III) (2000-2006), approvata bid-Deċiżjoni 1999/311/KE;

(l) Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jirrinova programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (2001-2005), approvati bid-Deċiżjoni 2001/196/KE;

(m) Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jirrinova l-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u t-taħriġ (2001-2005), approvat bid-Deċiżjoni 2001/197/KE;

(n) Il-programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA Plus – Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni 2000/821/KE;

(o) Il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-programmi awdjoviżivi Ewropea (MEDIA-Taħriġ) (2001-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE;

(p) Il-programm multiannwali għall-integrazzjoni effettiva ta’ teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni (TIK) f’sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ fl-Ewropa (eProgrammi ta’ Tagħlim - e-learning) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni 2318/2003/KE;

(q) Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea attiva (parteċipazzjoni taċ-ċittadini) (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni 2004/100/KE;

(r) Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam taż-żgħażagħ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 790/2004/KE;

(s) Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ korpi attivi fil-livell Ewropew u għall-appoġġ ta’ attivitajiet speċifiċi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 791/2004/KE;

(t) Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità għall-promozzjoni ta’ korpi attivi fil-livell Ewropew fil-qasam tal-kultura (2004-2006), approvat bid-Deċiżjoni Nru 792/2004/KE;

(u) Il-programm għat-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta’ fehim interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi (Erasmus Mundus) (2004-2008), approvat bid-Deċiżjoni Nru 2317/2003/KE;

(v) Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika li jġedded il-programm ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u l-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ (2006-2013), approvati bid-Deċiżjoni 2006/910/KE;

(w) Il-proġetti eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada li jistabbilixxi qafas ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ (2006-2013), approvat bid-Deċiżjoni 2006/964/KE;

(x) Il-programm ta’ azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE;

(y) Il-programm “Kultura” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE;

(z) Il-programm “Europe for Citizens” li għandu l-għan li jippromwovi ċ-ċittadinanza Ewropea attiva (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE;

(aa) Il-programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE;

(bb) Il-programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (2007-2013), approvat bid-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE;

(cc) Il-programm ta’ azzjoni Erasmus Mundus (II) 2009-2013 għat-titjib tal-kwalità fl-edukazzjoni għolja u għall-promozzjoni tal-komprensjoni interkulturali permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, approvat bid-Deċiżjoni Nru 1298/2008/KE;

(dd) Il-programm ta’ kooperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus) (2011-2013), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE;

(ee) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ għajnuna għall-kooperazzjoni ekonomika mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-Asja, approvati skont ir-Regolament (KEE) Nru 443/92;

(ff) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA), stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1085/2006;

(gg) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni primarja, sekondarja u għolja u ż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1638/2006;

(hh) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1905/2006;

(ii) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u ż-żgħażagħ eliġibbli għall-finanzjament skont id-dispożizzjonijiet tal-istrument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 1934/2006;

(jj) Il-proġetti fil-qasam tal-edukazzjoni għolja eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, skont il-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (id-Deċiżjoni 2003/159/KE), kif emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (id-Deċiżjoni 2005/599/KE).

3.  L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti segwenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-programmi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2:

(a) Il-ġestjoni tal-istadji kollha ta’ implimentazzjoni tal-programmi u tal-fażijiet kollha tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi abbażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(b) L-adozzjoni tal-istrumenti għall-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-ħruġ ta’ finanzi u t-twettiq tal-operazzjonijiet kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm, fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega;

(c) Tipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni tal-programm fejn il-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan fl-istrument tad-delega, inkluż appoġġ fl-attivitajiet tad-distribuzzjoni, fejn ikun rilevanti b’kooperazzjoni mal-aġenziji nazzjonali;

(d) L-implimentazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, tan-netwerk ta’ informazzjoni dwar l-edukazzjoni fl-Ewropa (Eurydice) u l-attivitajiet bl-għan li jtejbu l-fehim u l-għarfien tal-qasam taż-żgħażagħ:

(e) L-implimentazzjoni, fil-livell tal-Unjoni, ta’ attivitajiet bl-għan li jtejbu l-fehim u l-għarfien fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

4.  L-Aġenzija tista’ tkun responsabbli għall-forniment tas-servizzi ta’ appoġġ amministrattiv u loġistiku jekk stipulat fl-istrument tad-delega, għall-benefiċċju tal-korpi li jimplimentaw il-programm u fil-kamp tal-applikazzjoni tal-programmi msemmija fih.

Artikolu 4

Tul tal-ħatriet

1.  Il-membri tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għandhom jinħatru għal perjodu ta’ sentejn.

2.  Id-Direttur għandu jinħatar għal perjodu ta’ erba’ snin.

Artikolu 5

Rekwiżit dwar is-superviżjoni u r-rapportaġġ

L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għas-superviżjoni mill-Kummissjoni u għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, li għalihom hi responsabbli, bi qbil mal-arranġamenti u l-intervalli stipulati fl-istrument tad-delega.

Artikolu 6

L-Implimentazzjoni tal-baġit operattiv

L-Aġenzija għandha timplimenta l-baġit ta’ operattiv tagħha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 ( 7 ).

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u li jħassru

1.  Id-Deċiżjoni Nru 2009/336/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

2.  L-Aġenzija għandha titqies bħala s-suċċessur legali tal-Aġenzija Eżekuttiva stabbilita bid-Deċiżjoni Nru 2009/336/KE.

3.  Mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni tal-klassifikazzjoni tal-uffiċjali ssekondati prevista mill-istrument ta’ delega, din id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta’ persunal impjegat mill-Aġenzija, inkluż id-Direttur tagħha.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2014.



( 1 ) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 838 dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II).

( 2 ) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 839 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinati (ENI).

( 3 ) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 840 li jistabbilixxi strument ta’ finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp.

( 4 ) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill COM(2011) 843 li jistabbilixxi Strument ta’ Sħubija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi.

( 5 ) Proposta għal Regolament tal-Kunsill COM(2013) 445 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

( 6 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1288/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 u d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE (ĠU L 250, 4.10.2018, p. 1).

( 7 ) ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.