Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0058 - 0059
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness XX (L-ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/121/KE tal-11 ta' Frar 2003 li tistabblixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni ta' l-eko-tikketta Komunitarja lill-magni tat-tindif bil-vakwu [2], trid tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness XX għandu jiġi emendat kif ġej: Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 2ev (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/272/KE): "2ew. it-32003 D 0121: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/121/KE tal-11 ta' Frar 2003 li tistabblixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-konċessjoni ta' l-eko-tikketta Komunitarja lill-magni tat-tindif bil-vakwu (ĠU L 47, tal-21.2.2003, p. 56)." Artikolu 2 Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tad-Direttiva 2003/121/KE fl-ilsien Islandiż u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajet Ewropej. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE tiegħu. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein [1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 29. [2] ĠU L 47, tal-21.2.2003, p. 56. [3] Ma huma indikati l-ebda ħtiġiet kostituzzjonali. --------------------------------------------------