IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.7.2021
COM(2021) 554 final
ANNESS
tal-Proposta għal
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/841 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, is-simplifikazzjoni tar-regoli tal-konformità, l-istabbiliment tal-miri tal-Istati Membri għall-2030 u l-impenn għall-kisba kollettiva tan-newtralità klimatika sal-2035 fis-settur tal-użu tal-art, tal-forestrija u tal-agrikoltura, u (UE) 2018/1999 fir-rigward tat-titjib fil-monitoraġġ, fir-rapportar, fit-traċċar tal-progress u fir-rieżami
{SEC(2021) 554 final} - {SWD(2021) 551 final} - {SWD(2021) 609 final} - {SWD(2021) 610 final}
ANNESS I
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/841, it-taqsima B hija sostitwita b’dan li ġej:
“B.
Raggruppamenti tal-karbonju kif imsemmi fl-Artikolu 5(4):
(a)
il-bijomassa ħajja;
(b)
il-mifrex;
(c)
l-injam mejjet;
(d)
il-materja organika mejta;
(e)
il-ħamrija minerali;
(f)
il-ħamrija organika;
(g)
il-prodotti tal-injam maħsud fil-kategoriji ta’ kontabbiltà tal-art tal-art afforestata u l-art forestali ġestita.”
ANNESS II
Jiddaħħal l-Anness IIa tar-Regolament (UE) 2018/841 li ġej:
“Anness IIa
Il-mira tal-Unjoni u l-miri nazzjonali tal-Istati Membri tal-assorbimenti netti tal-gassijiet serra skont l-Artikolu 4(2) li għandhom jinkisbu fl-2030
|
|
Stat Membru
|
Valur ta’ tnaqqis nett fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra f’kt ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fl-2030
|
|
|
Il-Belġju
|
-1 352
|
|
|
Il-Bulgarija
|
-9 718
|
|
|
Iċ-Ċekja
|
-1 228
|
|
|
Id-Danimarka
|
5 338
|
|
|
Il-Ġermanja
|
-30 840
|
|
|
L-Estonja
|
-2 545
|
|
|
L-Irlanda
|
3 728
|
|
|
Il-Greċja
|
-4 373
|
|
|
Spanja
|
-43 635
|
|
|
Franza
|
-34 046
|
|
|
Il-Kroazja
|
-5 527
|
|
|
L-Italja
|
-35 758
|
|
|
Ċipru
|
-352
|
|
|
Il-Latvja
|
-644
|
|
|
Il-Litwanja
|
-4 633
|
|
|
Il-Lussemburgu
|
-403
|
|
|
L-Ungerija
|
-5 724
|
|
|
Malta
|
2
|
|
|
In-Netherlands
|
4 523
|
|
|
L-Awstrija
|
-5 650
|
|
|
Il-Polonja
|
-38 098
|
|
|
Il-Portugall
|
-1 358
|
|
|
Ir-Rumanija
|
-25 665
|
|
|
Is-Slovenja
|
-146
|
|
|
Is-Slovakkja
|
-6 821
|
|
|
Il-Finlandja
|
-17 754
|
|
|
L-Iżvezja
|
-47 321
|
|
|
EU-27
|
-310 000
|
”
ANNESS III
Il-Parti 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 2018/1999 hija sostitwita b’dan li ġej:
“Data ta’ konverżjoni tal-użu tal-art ġeografikament espliċita skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006. L-inventarju tal-gassijiet serra għandu jopera abbażi ta’ bażijiet tad-data elettroniċi u sistemi ta’ informazzjoni ġeografika, u jinkludi:
(a) sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art għal art b’ħażna għolja ta’ karbonju, kif definit fl-Artikolu 29(4) tad-Direttiva 2018/2001;
(b) sistema għall-monitoraġġ ta’ unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għall-protezzjoni, definiti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:
-
Art b’valur għoli ta’ bijodiversità kif definita fl-Artikolu 29(3) tad-Direttiva 2018/2001;
-
Siti ta’ Importanza Komunitarja u Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE u unitajiet ta’ art barra minn dawn li huma soġġetti għal miżuri ta’ protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit;
-
Siti tat-tgħammir jew postijiet tal-mistrieħ tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE li huma soġġetti għal miżuri ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva;
-
Il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE li jinsabu barra mis-siti ta’ importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni u li jikkontribwixxu għal dawn il-ħabitats u l-ispeċijiet li jilħqu status ta’ konservazzjoni favorevoli skont l-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva jew li jistgħu jkunu soġġetti għal miżuri preventivi u ta’ rimedju skont id-Direttiva 2004/35/KE;
-
Żoni ta’ protezzjoni speċjali kklassifikati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-unitajiet tal-art barra minn dawn li huma soġġetti għal miżuri ta’ protezzjoni u konservazzjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KEE u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit;
-
Unitajiet tal-art li huma soġġetti għal miżuri għall-preservazzjoni tal-għasafar irrappurtati li mhumiex fi stat sigur skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/147/KE sabiex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(4) ta’ dik id-Direttiva li ssir ħidma biex jiġi evitat it-tniġġis jew id-deterjorazzjoni tal-ħabitats jew jiġi ssodisfat ir-rekwiżit skont l-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva li jiġu ppreżervati u mantnuti biżżejjed diversità u żoni ta’ ħabitats għall-ispeċijiet tal-għasafar;
-
Kwalunkwe ħabitat ieħor li l-Istat Membru jaħtar għal finijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttivi 92/42/KEE u 2009/147/KE;
-
Unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri meħtieġa biex jipproteġu u jiżguraw li ma jiddeterjorax l-istatus ekoloġiku ta’ dawk il-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(iii) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
-
Pjanuri tal-għargħar naturali jew żoni għaż-żamma tal-ilma tal-għargħar protetti mill-Istati Membri b’rabta mal-ġestjoni tar-riskju tal-għargħar skont id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(c) sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art soġġetti għar-restawr, iddefiniti bħala art koperta minn waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:
-
Siti ta’ importanza komunitarja, żoni ta’ konservazzjoni speċjali u żoni ta’ protezzjoni speċjali kif deskritt fil-punt (b) hawn fuq, flimkien mal-unitajiet tal-art barra minn dawn li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta’ restawr jew ta’ miżuri ta’ kumpens immirati biex jintlaħqu l-objettivi ta’ konservazzjoni tas-sit;
-
Il-ħabitats tal-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/147/KE jew elenkati fl-Anness I tagħha, li jinsabu barra miż-żoni ta’ protezzjoni speċjali u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta’ miżuri ta’ restawr għall-finijiet tad-Direttiva 2009/147/KE;
-
Il-ħabitats naturali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE u l-ħabitats tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE barra mis-siti ta’ importanza Komunitarja jew miż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni u li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta’ miżuri ta’ restawr għall-finijiet tal-kisba ta’ status ta’ konservazzjoni favorevoli skont id-Direttiva 92/43/KEE u/jew li ġew identifikati bħala fil-bżonn ta’ miżuri ta’ rimedju għall-finijiet tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/35/KE;
-
Żoni identifikati bħala fil-bżonn ta’ restawr skont pjan ta’ restawr tan-natura applikabbli fi Stat Membru;
-
Unitajiet tal-art soġġetti għall-miżuri meħtieġa biex jiġu restawrati għal status ekoloġiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 4(iii) tad-Direttiva 2000/60/KE, jew għall-miżuri meħtieġa biex dawn il-korpi jiġu restawrati għal status ekoloġiku tajjeb fejn meħtieġ bil-liġi;
-
Unitajiet tal-art soġġetti għal miżuri għar-rikreazzjoni u r-restawr taż-żoni mistagħdra, kif imsemmi fl-Anness VI.B(vii) tad-Direttiva 2000/60/KE;
-
Żoni li jeħtieġu restawr tal-ekosistema biex tinkiseb kundizzjoni tajba tal-ekosistema skont ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
(d) sistema għall-monitoraġġ tal-unitajiet tal-użu tal-art b’riskju għoli għall-klima:
-
Żoni soġġetti għal kumpens għal disturbi naturali skont il-paragrafu 5 tal-Artikolu 13b tar-Regolament (UE) 2018/841
-
Żoni msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2007/60/KE
-
Żoni identifikati fl-istrateġija nazzjonali ta’ adattament tal-Istati Membri b’riskji naturali u riskji kkawżati mill-bniedem għoljin, soġġetti għal azzjonijiet ta’ tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri.
L-inventarju tal-gassijiet serra għandu jippermetti l-iskambju u l-integrazzjoni tad-data bejn il-bażijiet tad-data elettroniċi u s-sistemi ta’ informazzjoni ġeografika.
Għall-perjodu bejn l-2021 u l-2025, il-metodoloġija tal-Grad 1 skont il-linji gwida tal-IPCC tal-2006 għall-inventarji nazzjonali tal-GHG. Għall-emissjonijiet u l-assorbimenti għal raggruppament tal-karbonju li jifforma mill-inqas 25-30 % tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti f’kategorija ta’ sors jew bir li tkun prijoritizzata fi ħdan sistema ta’ inventarju nazzjonali ta’ Stat Membru peress li l-istima tiegħu jkollha influwenza sinifikanti fuq l-inventarju totali ta’ GHGs ta’ pajjiż f’termini tal-livell assolut ta’ emissjonijiet u assorbimenti, ix-xejra fl-emissjonijiet u l-assorbimenti, jew l-inċertezza fl-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-kategoriji tal-użu tal-art, u mill-2026 għall-istimi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tar-raggruppamenti tal-karbonju kollha, mill-inqas metodoloġija tal-Grad 2 skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.
Mill-2026, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-metodoloġija tal-Grad 3 għall-istimi tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti tar-raggruppamenti tal-karbonju kollha li jaqgħu f’żoni ta’ unitajiet tal-użu tal-art b’ħażna għolja tal-karbonju msemmija fil-punt (c) hawn fuq, f’żoni tal-użu tal-art taħt protezzjoni jew taħt restawr imsemmija fil-punti (d) u (e) hawn fuq, u żoni ta’ unitajiet tal-użu tal-art taħt riskji klimatiċi futuri msemmija fil-punt (f) hawn fuq, skont il-linji gwida għall-inventarji nazzjonali tal-GHGs tal-IPCC tal-2006.”.