European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/3711

12.6.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Kawża M.11407 — DROSED / INDYKPOL)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/3711)

1.   

Fl-31 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

DROSED Holding S.A. (“DROSED”, il-Polonja), finalment ikkontrollata minn LDC S.A., (“LDC Group”, Franza)

—

Indykpol S.A. (“Indykpol”, il-Polonja).

LDC Group se jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Indykpol kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

LDC Group hija speċjalizzata fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ pollam ħaj, qatla, qtugħ u kummerċjalizzazzjoni ta’ laħam tat-tjur, prodotti pproċessati tat-tjur u prodotti delicatessen,

—

Indykpol hija speċjalizzata fit-trobbija u t-tismin tad-dundjani kif ukoll fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ laħam tad-dundjani u prodotti tal-laħam tad-dundjani.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11407 — DROSED / INDYKPOL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3711/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)