|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/1729 |
20.3.2025 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal Indikazzjoni Ġeografika Protetta fis-settur tal-inbid f’konformità mal-Artikolu 97(3), flimkien mal-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(C/2025/1729)
Fi żmien 3 xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni, l-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u tkun stabbilita jew residenti f’pajjiż terz, tista’ tippreżenta oppożizzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAL EMENDA ĠDIDA
“Côtes de la Charité”
PGI-FR-A1372-AM03
Data tal-applikazzjoni: 28.5.2018
Applikant u interess leġittimu
Syndicat des Vins IGP du Val de Loire
—
Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
1. Qawwa alkoħolika totali skont il-volum
“L-inbejjed ħomor bla gass bl-Indikazzjoni Ġeografika ProtettaCôtes de la Charité, wara l-arrikkiment, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ma tridx tkun aktar minn 12,5 %.”.
Il-grupp applikant jitlob li l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed ħomor tal-IĠP Côtes de la Charité tista’ tiżdied għal 12,5 %, kif permess mill-punt 7a tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u filwaqt li jitqies li ż-żona ġeografika tal-produzzjoni ta’ din l-IĠP tinsab fiż-żoni tal-vitikultura B u CI. Dan jippermetti li titjieb l-istruttura ta’ dawn l-inbejjed u li jinżamm il-bilanċ fl-ammont ta’ zokkor, alkoħol u tannini.
Il-punt 4 tad-Dokument Uniku huwa emendat kif xieraq.
2. Qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum
Fil-punt 3.2 tal-Kapitolu I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-valur tal-qawwa alkoħolika proprja minima skont il-volum ġie rettifikat għal volum ta’ 10,5 % minflok ta’ 8,5 %. Dan jinvolvi l-korrezzjoni ta’ żball fit-traskrizzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott meta ġie rikonoxxut bħala IĠP.
Il-punt 4 tad-Dokument Uniku huwa emendat kif xieraq. Deskrizzjoni tal-prodott.
3. Tneħħija tal-kategorija tal-prodotti “inbejjed spumanti ta’ kwalità”
Il-kategorija tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità titneħħa mill-prodotti tad-dielja tal-għeneb eliġibbli għall-IĠP Côtes de la Charité.
Id-dispożizzjonijiet relatati mal-produzzjoni ta’ din il-kategorija ta’ prodotti tneħħew mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Dan jaffettwa l-punti li ġejjin tad-Dokument Uniku: kategoriji tal-prodotti tad-dwieli (il-punt 3), deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed (il-punt 4), prattiki tal-produzzjoni tal-inbid (il-punt 5), deskrizzjoni taż-żona demarkata (il-punt 8) u rekwiżiti oħra applikabbli, bit-tneħħija tal-indikazzjoni tal-isem tal-varjetà ta’ dwieli għall-inbejjed spumanti ta’ kwalità (il-punt 9).
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Côtes de la Charité
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 - XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 - Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
DESKRIZZJONI QASIRA
L-IĠP Côtes de la Charité hija riżervata għal inbejjed ħomor, rożè, gris u bojod bla gass. Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ħomor bla gass tal-IĠP Côtes de la Charité ma jridux jaqbżu l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 12,5 %. Fir-rigward tal-karatteristiċi analitiċi l-oħrajn tal-inbejjed ħomor, rożè, gris u bojod, dawn jikkorrispondu għal-limiti stabbiliti fir-regoli tal-Unjoni Ewropea.
L-inbejjed prodotti huma kkaratterizzati minn aromi tal-frott li ħafna drabi jkunu preżenti anke jekk l-intensità u n-natura tagħhom ivarjaw skont il-varjetajiet ta’ dwieli u t-teknoloġiji li jintużaw.
Għall-inbejjed bojod, il-metodi ta’ vinifikazzjoni applikati għax-Chardonnay B, il-varjetà ewlenija u b’mod partikolari għall-Pinot Gris G, jipproduċu noti ta’ frott u ta’ fjuri, filwaqt li jżommu finezza reali msaħħa b’lewn ċar b’riflessjonijiet dehbin.
Il-freskezza hija karatteristika tal-inbejjed rożè jew gris. Għalhekk dawn l-inbejjed, li prinċipalment jiġu prodotti mill-Pinot Noir N, għandhom freskezza u togħma li ddum fil-ħalq u lewn roża ċar u delikat.
Għall-inbejjed ħomor, il-vinifikazzjonijiet jippermettu l-preservazzjoni tal-aromi ta’ frott u ta’ ħwawar kif ukoll il-lewn rubin bi ħjiliet ħfief ta’ oranġjo.
Karatteristiċi analitiċi
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 10,5 |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew biex isiru l-inbejjed, u r-restrizzjonijiet rilevanti fuq il-produzzjoni tagħhom
—
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Inbejjed rożè, gris u bojod
80 ettolitru għal kull ettaru |
|
2. |
Inbejjed ħomor
65 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni taz-żona demarkata
Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Côtes de la Charité jsiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Nièvre (il-lista hija stabbilita abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2023):
Arbourse, Beaumont-la-Ferrière, La Celle-sur-Nièvre, Champvoux, La Charité-sur-Loire, Chasnay, Châteauneuf-Val-de-Bargis, Chaulgnes, Dompierre-sur-Nièvre, Germigny-sur-Loire, La Marche, Murlin, Nannay, Narcy, Parigny-les-Vaux, Raveau, Saint-Aubin-les-Forges, Tronsanges u Varennes-lés-Narcy.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Chardonnay B
Gamay N
Pinot Blanc B
Pinot Gris G
Pinot Noir N
Sauvignon B - Sauvignon Blanc
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
8.1. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta maż-żona ġeografika tal-inbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Côtes de la Charité tinvolvi l-enfasizzar ta’ fatturi naturali li jidhru fil-kwalità u fir-reputazzjoni tal-inbejjed li jiġu prodotti.
8.2. Deskrizzjoni taż-żona ġeografika
Iż-żona ġeografika li tinsab fiċ-ċentru ta’ Franza tifrex fuq żewġ entitajiet distinti separati mill-Forêt des Bertranges.
Fil-Punent, żona tar-reġjun tal-Loire fin-naħa tal-lemin tax-xmara hija magħmula minn għoljiet fuq art magħmula mill-ġir tal-perjodu Ġurassiku superjuri (Oxfordjan) li fuqha żviluppat ħamrija taflija bil-ġir baxxa bi proporzjon għoli ħafna ta’ ċagħaq.
Il-biċċa l-kbira tal-vinja tinsab fil-Lvant, fit-territorju intern tal-Côtes de la Charité, mifruda miż-żona tal-Loire u wara mill-Forêt des Bertranges. Din iż-żona, b’riljievi sinifikanti, hija maqsuma b’widien sekondarji.
Id-dwieli jitħawlu f’għoljiet b’inklinazzjonijiet kbar u esposti sew, b’ħamrija taflija bil-ġir b’ammont kbir ta’ ċagħaq li tisħon malajr u li hija tassew xierqa għall-varjetajiet ta’ dwieli ħomor u bojod tal-Côtes de la Charité. Id-dwieli hawn għandhom il-kundizzjonijiet ideali biex juru l-potenzjal sħiħ tagħhom.
Is-substrat ta’ dawn l-għoljiet huwa magħmul minn ġir tal-perjodu Ġurassiku Nofsani (Batonjan) li minnu żviluppat il-ħamrija taflija bil-ġir, li ħafna drabi tkun aktar fonda u inqas ġeblija minn dik taż-żona tal-Loire.
L-atmosfera klimatika ġenerali hija waħda taż-żona nofsanija tal-Loire, jiġifieri klima li għadha oċeanika iżda b’karatteristiċi li diġà juru element kontinentali. Ix-xita hija aktar moderata minn dik tan-naħa ta’ ġewwa tal-Nivernais b’mod partikolari fil-ħarifa meta jkun hemm ammont minimu relattivament sinifikanti f’Settembru. L-ammont ogħla ta’ xemx jippermetti li jinkiseb sajran tajjeb filwaqt li l-iljieli friski, li huma riżultat ta’ pożizzjoni aktar kontinentali, jiżguraw aċidità tajba. Dawn il-varjazzjonijiet klimatiċi sottili jikkontribwixxu għall-bilanċ tajjeb tal-inbejjed Côtes de la Charité.
Is-sitwazzjoni topografika u mesoklimatika tal-vinja hija tassew favorevoli għall-kultivazzjoni tad-dwieli.
8.3. Deskrizzjoni tal-prodott
Sa mill-Medju Evu, taħt l-influwenza tal-abbaziji Klunjaċi ta’ La Charité u l-abbaziji Ċisterċensi ta’ Bourras, din il-vinja kienet tipparteċipa fl-aktar xejriet prominenti tal-kummerċ Medjevali peress li l-prodotti tagħha setgħu jinstabu fuq l-imwejjed tad-Duka ta’ Burgundy f’Pariġi u f’Arras.
Il-kriżi tal-fillosera naqqset sew id-daqs ta’ din il-vinja iżda dan it-tnaqqis wassal għal konċentrazzjoni tal-produzzjoni fl-aħjar territorji, fl-għoljiet bl-aħjar esponiment u fil-ħamrija l-aktar xierqa.
L-inbejjed ħomor jiġu prodotti essenzjalment mill-Pinot Noir N li jirrappreżenta aktar minn 80 % taż-żona kkultivata għall-inbejjed ħomor, filwaqt li l-bqija huma magħmula mill-Gamay N. Dawn l-inbejjed ħomor għandhom lewn ir-rubin bi ħjiliet ħfief ta’ oranġjo. Ir-riħa hija waħda b’aromi ta’ frott u ta’ ħwawar.
L-inbejjed bojod jiġu prodotti partikolarment mix-Chardonnay B, li jirrappreżenta 90 % taż-żona kkultivata għall-inbejjed bojod u mill-Pinot Gris G. Dawn l-inbejjed juru l-finezza u n-noti qawwija ta’ fjuri ta’ dawn il-varjetajiet ta’ dwieli emblematiċi.
L-inbejjed rożè jew gris jiġu prodotti essenzjalment mill-Pinot Noir N u huma karatterizzati minn freskezza u togħma li ddum fil-ħalq.
8.4. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-prodott
Il-vitikulturi rnexxilhom iżommu l-identità u t-tradizzjoni tal-vitikultura f’dan ir-reġjun żgħir. Id-dwieli tal-għeneb li qabel kienu attività li jikkomplementaw produzzjoni agrikola oħra, illum saru speċjalizzazzjoni reali tal-vitikultura b’livell dejjem ogħla ta’ taħriġ għall-operaturi f’dan il-qasam.
Il-varjetà tal-għeneb ta’ din il-vinja hija adattata għall-kundizzjonijiet tal-ħamrija, tal-ġeoloġija u tal-klima.
Matul il-ħsad, il-klima taż-żona tal-Loire tikkombina d-dawl tax-xemx matul il-jum u l-freskezza tal-lejl, u hekk tippermetti li x-Chardonnay B, il-Pinot Gris G u l-Pinot Noir N juru l-potenzjal tagħhom perfettament. B’hekk dawn jiksbu sajran eċċezzjonali. Dan jagħti lill-inbejjed Côtes de la Charité l-bilanċ u l-kumplessità li huma speċifiċi għalihom.
Il-pajsaġġi jvarjaw bejn ir-reġjun tal-Loire u t-territorju intern tal-Côtes de la Charité fejn hemm sensiela ta’ widien. Fil-qalba hemm villaġġi żgħar bi djar antiki tal-ġebel u fil-periferiji hemm għelejjel taċ-ċereali, vinji u mbagħad il-foresta.
Dan l-ambjent eċċezzjonali huwa element prezzjuż biex jattira lit-turisti f’dawn ir-reġjuni mbiegħda u fil-fatt iżid l-opportunitajiet tal-vitikultura kif ukoll jikkontribwixxi għar-reputazzjoni ta’ din l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Rekwiżiti addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-viċinanza immedjata, iddefinita mid-deroga għall-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed bl-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Côtes de la Charité tikkonsisti mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Nièvre (il-lista hija stabbilita abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2023):
Arthel, Arzembouy, Bulcy, Cessy-les-Bois, Champlemy, Champlin, Ciez, Colméry, Couloutre, Donzy, Fourchambault, Garchizy, Garchy, Giry, Lurcy-le-Bourg, Menestreau, Mesves-sur-Loire, Montenoison, Moussy, Oulon, Perroy, Pougues-les-Eaux, Pouilly-sur-Loire, Prémery, Saint-Andelain, Saint-Bonnot, Sainte-Colombe-des-Bois, Saint-Laurent-l'Abbaye, Saint-Malo-en-Donziois, Saint-Martin-sur-Nohain, Saint-Quentin-sur-Nohain, Sichamps, Suilly-la-Tour, Tracy-sur-Loire, Vielmanay.
Regoli speċifiċi tat-tikkettar
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Rekwiżiti addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-Indikazzjoni Ġeografika Protetta Côtes de la Charité tista’ tkun issupplimentata bl-isem ta’ varjetà ta’ dwieli waħda jew aktar skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
Il-logo IĠP tal-Unjoni Ewropea għandu jidher fuq it-tikketta meta l-kliem “Indication géographique protégée” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) jiġi sostitwit bil-kliem tradizzjonali “Vin de pays” (Inbid lokali).
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ( ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1729/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)