<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-486/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0486</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:379">EU:C:2019:379</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20190508">8.5.2019</DATE> – Kawża C‑486/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Praxair MRC</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 96/34/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim qafas fuq il-leave parentali</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola 2, punt 6</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time f’sitwazzjoni ta’ leave parentali part‑time</KEYWORD><KEYWORD>Tkeċċija</KEYWORD><KEYWORD>Allowance ta’ tkeċċija u allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill‑ġdid</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ kalkolu</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 157 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza tar‑remunerazzjonijiet bejn ħaddiema nisa u ħaddiema rġiel</KEYWORD><KEYWORD>Leave parentali part‑time meħud essenzjalment mill‑ħaddiema nisa</KEYWORD><KEYWORD>Diskriminazzjoni indiretta</KEYWORD><KEYWORD>Fatturi oġġettivament iġġustifikati u li bl‑ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas‑sess</KEYWORD><KEYWORD>Assenza</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑486/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180711">11 ta’ Lulju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180723">23 ta’ Lulju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">RE</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Praxair MRC SAS,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal RE, minn J. Buk Lament, avocate,</P></ITEM><ITEM><P>għal Praxair MRC SAS, minn J.‑J. Gatineau, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn E. de Moustier u R. Coesme, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Szmytkowska u C. Valero, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 157 TFUE kif ukoll tal-punti 4 u 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave tal-ġenituri [leave parentali], konkluż fl-<DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Ftehim qafas dwar il-leave parentali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-<DATE ISO="19960603">3 ta’ Ġunju 1996</DATE> dwar il-ftehim qafas fuq il-<HT TYPE="ITALIC">leave</HT> tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 263) (iktar ’il quddiem id‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 96/34<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn RE u Praxair MRC SAS rigward il-modalitajiet ta’ kalkolu tal-allowance ta’ tkeċċija u tal-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid li tħallsu lilha fil-kuntest tat-tkeċċija tagħha għal raġuni ekonomika, li seħħet waqt li hija kienet f’sitwazzjoni ta’ leave parentali part‑time.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 96/34 u l-Ftehim qafas dwar il-leave parentali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 96/34 tħassret, b’effett mit-<DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>, bis-saħħa tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-<DATE ISO="20100308">8 ta’ Marzu 2010</DATE> li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 68, p. 13</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl tad-data li fiha seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, din tibqa’ rregolata mid-Direttiva 96/34 u l-Ftehim qafas dwar il-leave parentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva 96/34 kienet intiża sabiex timplimenta l-Ftehim qafas dwar il-leave parentali, konkluż mill-organizzazzjonijiet ta’ natura ġenerali tal-industrija, jiġifieri l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet tal-Industrija u ta’ Min Iħaddem fl-Ewropa (UNICE), iċ-Ċentru Ewropew tal-Intrapriżi Pubbliċi (CEEP) u l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali jistipula:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-ftehim qafas [dwar il-leave parentali] anness jirrappreżenta l-impenn ta’ l-UKIIE, ĊEIP u ta’ KETU biex jistabbilixxu l-ħtiġiet minimi dwar il-<HT TYPE="ITALIC">leave</HT> tal-ġenituri u l-ħin frank mix-xogħol a bażi ta’ forza maġġuri, bħala mezz importanti biex jistgħu jkun rikonċiljati il-ħajja tax-xogħol u tal-familja u biex jippromwovu l-opportunitajiet u trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-punti 4 sa 6 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali ta’ dan il-ftehim qafas kienu jgħidu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>4.</NO.P><TXT>Billi l-Karta Komunitarja dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tipprovdi fil-punt 16 li jitkellem dwar it-trattament ugwali li għandhom ikunu żviluppati miżuri biex jippermettu lill-irġiel u n-nisa li jaqdu flimkien l-obbligi tagħhom tax-xogħol u tal-familji;</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Billi r-Rizoluzzjoni tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19941206">6 ta’ Diċembru 1994</DATE> irrikonoxxiet li politika effettiva ta’ opportunitajiet ugwali tippresupponi strateġija integrata ġenerali li tippermetti l-organizzazzjoni aħjar tal-ħinijiet tax-xogħol u flessibilità akbar, u għal ritorn iktar faċli għall-ħajja tax-xogħol, u nnotat ir-rwol importanti ta’ l-imsieħba soċjali f’dan il-qasam u fl-offerta kemm lill-irġiel u lin-nisa ta’ l-opportunità li jaqdu flimkien ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-obbligi familjari;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Billi miżuri biex jiġu rrikonċiljati ir-responsabbiltajiet tax-xogħol u l-ħajja familjari għandhom jinkoraġġixxu l-introduzzjoni ta’ modi ġodda flessibbli fl-organizzazzjoni tax-xogħol u tal-ħin li jkunu iktar adatti għall-bżonnijiet qed jinbidlu tas-soċjetà u li tieħu inkonsiderazzjoni l-bżonnijiet kemm ta’ l-impriża kif ukoll talħaddiema<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Klawżola 1 tal-imsemmi ftehim qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-Iskop u l-kamp ta’ l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, kienet tipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.P><TXT>Dan il-ftehim jistabilixxi ħtiġiet minimi intiżi biex jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni tar-responsabbilitajiet professjonali u tal-familja għall-ġenituri li jaħdmu.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dan il-ftehim japplika għall-ħaddiema kollha, rgiel u nisa, li għandhom kuntratt ta’mpjieg jew relazzjoni ta’ xogħol kif definit mill-liġi, ftehim kollettiv jew prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Klawżola 2 tal-istess ftehim qafas, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-<HT TYPE="ITALIC">Leave</HT> tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, kienet ifformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.P><TXT>Dan il-ftehim jagħti, b’riżerva tal-klawsola 2.2, lill-ħaddiema rġiel u dawk nisa, id-dritt individwali għall-<HT TYPE="ITALIC">leave</HT> tal-ġenituri għar-raġuni tat-twelid jew ta’ l-adozzjoni biex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb il-wild, għall-anqas għal tliet xhur, sa’ l-età li tista’ tkun ta’ tmien snin li għandha tiġidefinita mill-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Biex jiżguraw li l-ħaddiema jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tal-<HT TYPE="ITALIC">leave</HT> tal-ġenituri, l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jieħdu il-miżuri neċċessarji biex jipproteġu lill-ħaddiem kontra t-tkeċċija abbażi ta’ applikazzjoni għal, jew minħabba li jittieħed, <HT TYPE="ITALIC">leave</HT> tal-ġenituri skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv u l-prattiċi nazzjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Id-drittijiet akkwiżiti jew fil-proċess li jkunu akkwiżiti mill-ħaddiem fid-data li fiha l-<HT TYPE="ITALIC">leave</HT> tal-ġenituri jibda’ għandhom jibqgħu kif inhuma sa meta jintemm il-leave tal-ġenituri. Fit-tmiem tal-<HT TYPE="ITALIC">leave</HT> tal-ġenituri, dawn id-drittijiet, inkluż kull tibdil ikkawżat mill-liġi, mill-ftehim kollettiv u mill-prattiċi nazzjonali, għandhom japplikaw.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part‑time</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punti 1 u 2 tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol <HT TYPE="ITALIC">part-time</HT>, konkluż fis-<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Ftehim qafas dwar ix-xogħol part‑time<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol <HT TYPE="ITALIC">part-time</HT><?PAGE NO="4"?> konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE tas-<DATE ISO="19980407">7 ta’ April 1998</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278), jipprevedu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.P><TXT>Fejn għandhom x’jaqsmu il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħaddiema <HT TYPE="ITALIC">part-time</HT> m’għandhomx jiġu ttrattati b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiema <HT TYPE="ITALIC">full-time</HT> ta’ l-istess tip biss minħabba li huma jaħdmu <HT TYPE="ITALIC">part-time</HT> kemm-il darba dan it-trattament differenti mhuwiex oġġettivament ġustifikat.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Meta approprjat, il-prinċipju tal-<HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> għandu japplika.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 1233‑71 tal-Kodiċi tax-Xogħol, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kodiċi tax-Xogħol<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>):</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fl-impriżi jew fl-istabbilimenti ta’ elf impjegat u iktar, kif ukoll fl-impriżi msemmija fl-Artikolu L. 2331‑1 u dawk imsemmija fl-Artikolu L. 2341‑4, meta huma jimpjegaw b’total mill-inqas elf impjegat, il-persuna li timpjega għandha tipproponi lil kull impjegat li fir-rigward tiegħu hija tikkunsidra li tiddikjara t-tkeċċija għal raġuni ekonomika leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid bl-għan li tippermetti lill-impjegat jibbenefika minn miżuri ta’ taħriġ u minn servizzi ta’ unità ta’ appoġġ fil-passi tat-tiftix ta’ impjieg.</P><P>It-tul ta’ żmien tal-leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ma jistax jaqbeż disa’ xhur.</P><P>Dan il-leave jibda, jekk meħtieġ, b’evalwazzjoni tal-kompetenzi intiża sabiex tippermetti lill-impjegat jiddefinixxi proġett professjonali u, fejn xieraq, li jiddetermina l-miżuri ta’ taħriġ meħtieġa għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu. Dawn jiġu implimentati matul il-perijodu previst fl-ewwel paragrafu.</P><P>Il-persuna li timpjega għandha tiffinanzja dawn il-miżuri kollha.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 1233‑72 tal-Kodiċi tax-Xogħol jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid jittieħed matul il-preavviż, li l-impjegat huwa meħlus milli jwettaq.</P><P>Meta t-tul ta’ żmien tal-leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid jaqbeż it-tul ta’ żmien tal-preavviż it-tmiem ta’ dan tal-aħħar huwa pospost sat-tmiem tal-leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid.</P><P>L-ammont tar-remunerazzjoni li jeċċedi t-tul ta’ żmien tal-preavviż huwa ugwali għall-ammont tal-allowance ta’ konverżjoni msemmija fil-punt 3 tal-Artikolu L. 5123‑2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli L. 5123‑4 u L. 5123‑5 huma applikabbli għal din ir-remunerazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 1234‑9 tal-Kodiċi tax-Xogħol jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>L-impjegat li għandu kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, imkeċċi meta għandu sena ta’ anzjanità mingħajr interruzzjoni fis-servizz tal-istess persuna li timpjega, għandu dritt, ħlief fil-każ ta’ nuqqas serju, għal allowance ta’ tkeċċija.</P><P>Il-modalitajiet tal-kalkolu ta’ din l-allowance jiddependu fuq ir-remunerazzjoni grossa li l-impjegat kien jibbenefika minnha qabel it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol. […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 3123‑13 tal-Kodiċi tax-Xogħol jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>L-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance tal-irtirar tal-persuna impjegata li tkun ħadmet full-time u part-time fl-istess impriża huma kkalkolati proporzjonalment għall-perijodi ta’ impjieg imwettqa skont kull waħda minn dawn iż-żewġ modalitajiet sa mid-dħul tagħha fl-impriża.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu R. 1233‑32 tal-Kodiċi tax-Xogħol, dwar l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid, huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Matul il-perijodu tal-leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid li jaqbeż it-tul ta’ żmien tal-preavviż, l-impjegat jibbenefika minn remunerazzjoni ta’ kull xahar imħallsa mill-persuna li timpjega.</P><P>L-ammont ta’ din ir-remunerazzjoni huwa mill-inqas ugwali għal 65 % tar‑remunerazzjoni grossa medja fix-xahar tiegħu suġġetta għall-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu L. 5422‑9 għall-aħħar tnax-il xahar li jippreċedu n-notifika tat-tkeċċija.</P><P>Huwa ma jistax ikun inqas minn salarju fix-xahar ugwali għal 85 % tal-prodott tas-salarju minimu ta’ tkabbir previst fl-Artikolu L. 3231‑2 u tan-numru ta’ sigħat li jikkorrispondu għat-tul ta’ żmien kollettiv ta’ xogħol stabbilit fl-impriża.</P><P>Huwa lanqas ma jista’ jkun inqas minn 85 % tal-ammont tal-garanzija ta’ remunerazzjoni mħallsa mill-persuna li timpjega skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tal-Liġi Nru 2000‑37 tad-<DATE ISO="20000119">19 ta’ Jannar 2000</DATE> dwar it-tnaqqis innegozjat tal-ħin tax-xogħol.</P><P>Kull xahar, il-persuna li timpjega tagħti lill-impjegat rendikont li jispeċifika l-ammont u l-modalitajiet tal-kalkolu ta’ din ir-remunerazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu R. 1234‑4 tal-Kodiċi tax-Xogħol jistabbilixxi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Is-salarju li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-allowance ta’ tkeċċija huwa, skont il-formula l-iktar vantaġġuża għall-impjegat:</P><P>1° Jew wieħed mit-tnax tar-remunerazzjoni tal-aħħar tnax-il xahar qabel it-tkeċċija;</P><P>2° Jew it-terz tal-aħħar tliet xhur. F’dan il-każ, kull primjum jew bonus ta’ natura annwali jew eċċezzjonali, imħallsa lill-impjegat matul dan il-perijodu, jittieħed inkunsiderazzjoni biss fil-limitu ta’ ammont ikkalkolat b’mod proporzjonat.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19991122">22 ta’ Novembru 1999</DATE>, RE ġiet irreklutata minn Materials Research Corporation, li saret Praxair MRC, fil-kwalità ta’ assistent kummerċjali, fil‑kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat u full‑time. B’emenda tal‑<DATE ISO="20000721">21 ta’ Lulju 2000</DATE>, dan il-kuntratt ta’ xogħol ġie mibdul f’kuntratt full‑time għal żmien indeterminat, mill-<DATE ISO="20000801">1 ta’ Awwissu 2000</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>RE bbenefikat minn leave tal-maternità għall-ewwel darba, għall-perijodu bejn l‑4 ta’ Frar u d-<DATE ISO="20010819">19 ta’ Awwissu 2001</DATE>, segwit minn leave parentali ta’ edukazzjoni, bejn is-<DATE ISO="20010906">6 ta’ Settembru 2001</DATE> u s-<DATE ISO="20030906">6 ta’ Settembru 2003</DATE>. Imbagħad hija bbenefikat mit-tieni leave tal-maternità, għall-perijodu bejn is-<DATE ISO="20071106">6 ta’ Novembru 2007</DATE> u s-<DATE ISO="20080606">6 ta’ Ġunju 2008</DATE>, segwit minn leave parentali ta’ edukazzjoni mill-<DATE ISO="20080801">1 ta’ Awwissu 2008</DATE>, fil-forma ta’ tnaqqis b’wieħed mill-ħamsa tal-ħin tax-xogħol. Dan il-leave msemmi l-aħħar kellu jintemm fid-<DATE ISO="20110129">29 ta’ Jannar 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20101206">6 ta’ Diċembru 2010</DATE>, RE tkeċċiet fil-kuntest ta’ proċedura ta’ tkeċċija kollettiva għal raġuni ekonomika. Hija aċċettat leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ tul ta’ żmien ta’ disa’ xhur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara li rrinunzjat mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE> għat-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol tagħha, RE telqet b’mod definittiv minn Praxair MRC fis-<DATE ISO="20110907">7 ta’ Settembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110930">30 ta’ Settembru 2011</DATE>, RE adixxiet lill-Conseil de prud’hommes de Toulouse (il-Qorti Industrijali ta’ Toulouse, Franza) sabiex tikkontesta t-tkeċċija tagħha u billi għamlet diversi talbiet, b’mod partikolari għall-ħlas tas-somom ta’ EUR 941.15, bħala ħlas b’lura tal-allowance ta’ tkeċċija, u ta’ EUR 1 423.79, bħala ħlas b’lura tal-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’sentenza tat-<DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE>, din il-qorti ċaħdet dawn iż-żewġ talbiet ta’ RE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20161014">14 ta’ Ottubru 2016</DATE>, il-Cour d’appel de Toulouse (il-Qorti tal-Appell ta’ Toulouse, Franza) ikkonfermat iċ-ċaħda tal-imsemmija talbiet magħmula minn RE quddiem il-conseil de prud’hommes de Toulouse (il-Qorti Industrijali ta’ Toulouse).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, RE ppreżentat appell ta’ kassazzjoni mill-imsemmija sentenza, billi sostniet li l-cour d’appel de Toulouse (il-Qorti tal-Appell ta’ Toulouse) kienet kisret il-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) tosserva li, skont il-ġurisprudenza tagħha, skont l-Artikolu L. 3123‑13 tal-Kodiċi tax-Xogħol, il-kalkolu tal-ammont tal-allowance ta’ tkeċċija dovuta lil RE għandu jsir billi jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod proporzjonali l-perijodi ta’ xogħol imwettqa full‑time u part‑time. Rigward l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid, din għandha tiġi stabbilita, skont l-Artikolu R. 1233‑32 tal-Kodiċi tax-Xogħol, abbażi tar-remunerazzjoni grossa medja fix-xahar għall-aħħar tnax-il xahar qabel in-notifika tat-tkeċċija ta’ RE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din il-qorti tenfasizza madankollu li, fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fil-każ ta’ xoljiment unilaterali mill-persuna li timpjega, mingħajr raġuni serja jew mingħajr l-osservanza tat-terminu legali ta’ preavviż, tal-kuntratt ta’ xogħol ta’ ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time meta dan tal-aħħar kien jibbenefika minn leave parentali part‑time, l-allowance li għandha titħallas lil dan il-ħaddiem ma tistax tiġi stabbilita abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija. Il-Qorti tal-Ġustizzja segwiet l-istess interpretazzjoni fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lyreco Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑588/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:99">EU:C:2014:99</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), rigward il-kalkolu tal-ammont ta’ allowance b’rata fissa ta’ protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali huwiex applikabbli għad-dispożizzjonijiet rigward il-modalitajiet ta’ kalkolu tal-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid, li titħallas wara t-tkeċċija tal-ħaddiem ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li, għall-kalkolu tal-ammont tal-allowance ta’ tkeċċija u tal-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid, il-bażi għandha tkun xogħol imwettaq full‑time, l-assenza ta’ effett dirett tad-direttivi tal-Unjoni Ewropea f’tilwima li hija esklużivament bejn individwi twassal lill-qorti tar-rinviju sabiex tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt nazzjonali tagħha għall-finijiet ta’ interpretazzjoni konformi. Madankollu, l-interpretazzjoni tal-Artikolu L. 3123‑13 tal-Kodiċi tax-Xogħol f’konformità mad-Direttiva 96/34 u mal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali tista’ twassal għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali. Barra minn hekk, ma huwiex ċert li l-Artikolu R. 1233‑32 tal-Kodiċi tax-Xogħol jista’ jiġi interpretat b’mod konformi mal-punti 4 u 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minbarra dan, il-qorti tar-rinviju tqis li l-Artikolu 157 TFUE japplika f’tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali sa fejn il-benefiċċji kkonċernati jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens ta’ dan l-artikolu. Hija tenfasizza li numru kunsiderevolment ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel jagħżlu li jibbenefikaw minn leave parentali part‑time u li minn dan tirriżulta diskriminazzjoni indiretta fir-rigward tal-ħaddiema nisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-eżami ta’ elementi oġġettivi li jiġġustifikaw tali diskriminazzjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-punti 1 u 2 tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part‑time. Il-qorti tar-rinviju tenfasizza madankollu li, fil-punt 51 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja osservat li ħaddiem li jibbenefika minn leave parentali part‑time u ħaddiem li jaħdem full‑time ma jinstabux f’sitwazzjoni differenti fir-rigward tal-kuntratt ta’ xogħol inizjali li jorbothom mal-persuna li timpjega.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Il-Klawżola 2(4) u (6) tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri […] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-applikazzjoni għal persuna impjegata fuq leave parentali part-time fil-mument tat-tkeċċija tagħha ta’ dispożizzjoni ta’ dritt intern bħall-Artikolu L. 3123‑13 tal-Kodiċi tax-Xogħol, dak iż-żmien applikabbli, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>L-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance tal-irtirar tal-persuna impjegata li tkun ħadmet full-time u part-time fl-istess impriża huma kkalkolati proporzjonalment mal-perijodi ta’ impjieg imwettqa skont [kull] waħda minn dawn iż-żewġ modalitajiet sa mid-dħul tagħha fl-impriża<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-Klawżola 2(4) u (6) tal-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri […] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-applikazzjoni għal persuna impjegata part-time fil-mument tat-tkeċċija tagħha ta’ dispożizzjoni ta’ dritt intern bħall-Artikolu R. 1233‑32 tal-Kodiċi tax-Xogħol li jipprovdi li, matul il-perijodu tal-leave għal bidla fl-impjieg li jeċċedi t-tul tal-avviż tat-temm ta’ impjieg, il-persuna impjegata tgawdi minn remunerazzjoni mensili mħallsa mill-persuna li timpjega, li l-ammont tagħha huwa ta’ mill‑inqas 65 % tar-remunerazzjoni mensili gross medja tagħha suġġetta għall-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu L. 5422‑9 tal-aħħar tnax-il xahar qabel in-notifika tat-tkeċċija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fl-ipoteżi li tingħata risposta fl-affermattiv għal xi waħda miż-żewġ domandi preċedenti, l-Artikolu 157 [TFUE] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet ta’ dritt intern bħall-Artikoli L. 3123‑13 tal-Kodiċi tax-Xogħol, dak iż-żmien applikabbli, u R 1233‑32 tal-istess kodiċi, sa fejn numru kunsiderevolment ogħla ta’ nisa milli rġiel jagħżlu li jgawdu mil-leave parentali part-time u li d-diskriminazzjoni indiretta li tirriżulta minn dan fir-rigward tad-dħul ta’ allowance ta’ tkeċċija u ta’ għoti ta’ leave għal bidla fl-impjieg imnaqqsa meta mqabbel mal-persuni impjegati li ma ħadux leave parentali part-time ma huwiex iġġustifikat minn elementi oġġettivi li bl-ebda mod ma huma diskriminatorji?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Bl-ewwel u t-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punti 4 u 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time jitkeċċa fil-mument li fih ikun qed jibbenefika minn leave parentali part‑time, l-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid li għandhom jitħallsu lil dan il-ħaddiem jiġu stabbiliti mill‑inqas parzjalment abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Praxair MRC u l-Gvern Franċiż isostnu li, sa fejn it-tilwima fil-kawża prinċipali hija bejn żewġ individwi u fl-assenza tal-possibbiltà li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tiġi interpretata f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, RE ma tistax tinvoka l-Ftehim qafas dwar il-leave parentali sabiex tipprekludi l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni fil-każ li din tal-aħħar tkun tmur kontra d-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-ewwel u t-tieni domanda ma humiex utli għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali. Dawn id-domandi huma għaldaqstant ipotetiċi u, għalhekk, inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha tkun tressqet it-tilwima, u li għandha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, meta d-domandi magħmula jkunu jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, fil-prinċipju, marbuta li tiddeċiedi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi li jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba ta’ regola tal-Unjoni ma għandha l-ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex disponibbli l-informazzjoni fattwali u legali neċessarja sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181210">10 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:999">EU:C:2018:999</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din tal-aħħar għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, indipendentement minn jekk għandhomx effett dirett (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Pringle</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:756">EU:C:2012:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, rigward l-obbligu ta’ interpretazzjoni konformi, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu tal-Istati Membri, li jirriżulta minn direttiva, li jilħqu r-riżultat previst minn din kif ukoll id-dmir tagħhom, skont l-Artikolu 4(3) TUE u l-Artikolu 288 TFUE, li jieħdu l-miżuri kollha, ġenerali jew partikolari, li huma xierqa sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu huma imposti fuq l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri, inkluż, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħhom, fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Link Logistik N&amp;N</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:810">EU:C:2018:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għall-eżekuzzjoni ta’ dan l-obbligu, il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi jirrikjedi li l-awtoritajiet nazzjonali jagħmlu dak kollu li huwa fil-kompetenza tagħhom billi jieħdu inkunsiderazzjoni d-dritt nazzjonali kollu u billi japplikaw metodi ta’ interpretazzjoni rrikonoxxuti minn dan id-dritt, sabiex tiġi ggarantita l-effettività sħiħa tad-dritt tal-Unjoni u sabiex tinstab soluzzjoni konformi mal-għan imfittex minnu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Link Logistik N&amp;N</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:810">EU:C:2018:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, dan il-prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali għandu ċerti limiti. B’dan il-mod, l-obbligu, għall-qorti nazzjonali, li tirreferi għall-kontenut tad-dritt tal-Unjoni meta tinterpreta u tapplika r-regoli rilevanti tad-dritt nazzjonali huwa limitat mill-prinċipji ġenerali tad-dritt u ma jistax iservi ta’ bażi għal interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Link Logistik N&amp;N</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑384/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:810">EU:C:2018:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta, kif huwa indikat fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, li l-qorti tar-rinviju, minkejja li tesprimi dubji f’dan ir-rigward, ma teskludix il-possibbiltà ta’ interpretazzjoni konformi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fl-ewwel u fit-tieni domanda tagħha. Hija din il-qorti li għandha tiddetermina jekk hijiex f’pożizzjoni li twettaq interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel u t-tieni domanda għandhom jitqiesu bħala ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi osservat li, kif jirriżulta kemm mill-ewwel paragrafu tal-preambolu tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali kif ukoll mill-punti 4 u 5 tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali ta’ dan il-ftehim qafas u mill-punt 1 tal-Klawżola 1 ta’ dan, l-imsemmi ftehim qafas jikkostitwixxi impenn tal-imsieħba soċjali li jistabbilixxu, permezz ta’ rekwiżiti minimi, miżuri intiżi sabiex jippermettu kemm lill-irġiel kif ukoll lin-nisa li jikkonċiljaw ir-responsabbiltajiet professjonali tagħhom u l-obbligi tal-familja tagħhom (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lyreco Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑588/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:99">EU:C:2014:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Skont il-punt 2 tal-Klawżola 1 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali, dan japplika għall-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefiniti mil-liġi, mill-ftehim kollettiv jew mill-prattiki fis-seħħ f’kull Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li dan kien il-każ ta’ RE fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali, b’tali mod li din taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi ftehim qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl-ewwel u t-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-punti 4 u 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali. F’dan ir-rigward, il-punt 4 tal-Klawżola 2 tal-imsemmi ftehim qafas jistabbilixxi li, sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-leave parentali, l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipproteġu lill-ħaddiema mit-tkeċċija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>abbażi ta’ applikazzjoni għal, jew minħabba li jittieħed, leave tal-ġenituri<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, b’mod konformi mal-liġi, mal-ftehim kollettiv jew mal-prattiki nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, RE tkeċċiet fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva għal raġuni ekonomika. Mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li hija kienet is-suġġett ta’ din it-tkeċċija abbażi tat-talba għal, jew minħabba t-teħid ta’, leave parentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel u t-tieni domanda fir-rigward tal-punt 4 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali, peress li l-punt 6 tal-Klawżola 2 ta’ dan il-ftehim qafas huwa l-uniku li huwa rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar, id-drittijiet miksuba jew li huma fil-proċess li jinkisbu mill-ħaddiem fid-data tal-bidu tal-leave parentali jinżammu fl-istat tagħhom sat-tmiem tal-leave parentali u, fit-tmiem ta’ dan il-leave, dawn id-drittijiet, inkluż il-bdil li ġej mil-liġi, mill-ftehim kollettiv jew mill-prattika nazzjonali, japplikaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jirriżulta kemm mill-formulazzjoni tal-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali kif ukoll mill-kuntest li huwa jinsab fih li din id-dispożizzjoni għandha bħala għan li tevita t-telf jew it-tnaqqis tad-drittijiet li ġejjin mir-relazzjoni ta’ xogħol, miksuba jew fil-proċess li jinkisbu, li l-ħaddiem jista’ jinvoka meta huwa jibda leave parentali u li tiggarantixxi li, fit-tmiem ta’ dan il-leave, huwa jerġa’ jsib ruħu, fir-rigward ta’ dawn id-drittijiet, fl-istess sitwazzjoni li kien fiha qabel l-imsemmi leave (is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Lyreco Belgium</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑588/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:99">EU:C:2014:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għan ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa segwit permezz tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali, il-punt 6 tal-Klawżola 2 ta’ dan għandu jinftiehem fis-sens li jesprimi prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li huwa ta’ importanza partikolari u li ma jistax, għaldaqstant, jiġi interpretat b’mod strett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Mill-għanijiet tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>drittijiet akkwiżiti jew fil-proċess li jkunu akkwiżiti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-imsemmi punt 6 tal-Klawżola 2, ikopri d-drittijiet u l-vantaġġi kollha, fi flus jew <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT>, li ġejjin direttament jew indirettament mir-relazzjoni ta’ xogħol, li l-ħaddiem jista’ jinvoka fir-rigward tal-persuna li timpjega fid-data tal-bidu tal-leave parentali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fost tali drittijiet u vantaġġi jinsabu dawk kollha li huma marbuta mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg, bħad-dritt ta’ ħaddiem full‑time li jibbenefika minn leave parentali part‑time għal perijodu ta’ preavviż fil-każ ta’ xoljiment unilaterali, mill-persuna li timpjega, ta’ kuntratt għal żmien indeterminat, li t-tul ta’ żmien tiegħu jiddependi mill-anzjanità tal-ħaddiem fl-impriża u li l-għan tiegħu huwa li jiġi ffaċilitat it-tiftix ta’ impjieg ġdid (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Huwa minnu li, meta jibbenefika minn leave parentali part‑time, ħaddiem irreklutat fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol full‑time ma jwettaqx l-istess numru ta’ sigħat bħal ħaddiem li jaħdem full‑time. Madankollu, dan il-fatt ma jfissirx li ż-żewġ ħaddiema jinstabu f’sitwazzjoni differenti fir-rigward tal-kuntratt ta’ xogħol inizjali li jorbothom mal-persuna li timpjegahom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, fir-rigward ta’ ħaddiem irreklutat fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol full‑time li jibbenefika minn leave parentali part‑time, ix-xoljiment unilaterali mill-persuna li timpjega għandu jitqies li jirrigwarda l-kuntratt ta’ xogħol full‑time (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-punti 6 u 7 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, fil-każ ta’ xoljiment unilaterali mill-persuna li timpjega, mingħajr raġuni serja jew mingħajr l-osservanza tat-terminu legali ta’ preavviż, tal-kuntratt ta’ xogħol ta’ ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time meta dan tal-aħħar kien jibbenefika minn leave parentali part‑time, l-allowance li għandha titħallas lil dan il-ħaddiem tiġi stabbilita abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward, fl-ewwel lok, ta’ allowance ta’ tkeċċija bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li din l-allowance titħallas abbażi tar-relazzjoni ta’ xogħol li torbot lill-benefiċjarju tagħha mal-persuna li kienet timpjega lill-imsemmi benefiċjarju. Għaldaqstant, tali allowance taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 54 ta’ din is-sentenza, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time jitkeċċa waqt li jkun jibbenefika minn leave parentali part‑time, l-allowance ta’ tkeċċija tiegħu għandha tiġi stabbilita kollha kemm hi abbażi tar-remunerazzjoni marbuta max-xogħol imwettaq full‑time minn dan il-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, leġiżlazzjoni nazzjonali li twassal għal tnaqqis tad-drittijiet li jirriżultaw mir-relazzjoni ta’ xogħol fil-każ ta’ leave parentali jkollha mnejn tiddisswadi lill-ħaddiem milli jieħu tali leave u tinkoraġġixxi lill-persuna li timpjega sabiex tkeċċi, fost il-ħaddiema, pjuttost dawk li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ leave parentali. Dan imur direttament kontra l-iskop tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali, li wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li jiġu kkonċiljati aħjar il-ħajja tal-familja u l-ħajja professjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timplika t-teħid inkunsiderazzjoni tar-remunerazzjoni mnaqqsa li l-ħaddiem fuq leave parentali part‑time jkun jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija, billi tipprevedi li l-allowance ta’ tkeċċija għal ħaddiem li kien jaħdem full‑time u part‑time fl-istess impriża tiġi kkalkolata proporzjonalment għall-perijodi ta’ impjieg imwettqa skont kull waħda minn dawn iż-żewġ modalitajiet sa mid-dħul tiegħu fl-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din hija marbuta mal-leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fl-impriżi li din il-leġiżlazzjoni tirreferi għalihom, il-persuna li timpjega għandha tipproponi lil kull impjegat li fir-rigward tiegħu hija tikkunsidra li tiddikjara t-tkeċċija għal raġuni ekonomika leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid bl-għan li tippermetti lill-impjegat jibbenefika minn miżuri ta’ taħriġ u minn servizzi ta’ unità ta’ appoġġ fil-passi tat-tiftix ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat jekk benefiċċju bħalma hija l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali u, fl-affermattiv, jekk din id-dispożizzjoni tipprekludix il-modalitajiet ta’ kalkolu tal-imsemmija allowance li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 50 ta’ din is-sentenza, fid-dawl tal-kundizzjonijiet għall-għoti, benefiċċju bħalma hija l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid jikkostitwixxi dritt idderivat mir-relazzjoni ta’ xogħol, li l-ħaddiem jista’ jinvoka fir-rigward tal-persuna li timpjega. Is-sempliċi fatt li l-ħlas ta’ tali allowance ma huwiex ta’ natura awtomatika, sa fejn din għandha tintalab mill-ħaddiem imkeċċi mingħand il-persuna li timpjegah, u li dan il-ħlas iseħħ matul il-perijodu tal-leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid li jeċċedi t-tul ta’ żmien tal-preavviż ma jidhirx li huwa tali li jibdel din il-konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali huwa applikabbli għal benefiċċju bħalma hija l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-modalitajiet ta’ kalkolu ta’ din l-allowance, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time jitkeċċa fil-mument li fih ikun qed jibbenefika minn leave parentali part‑time, l-imsemmija allowance tiġi kkalkolata, mill‑inqas, parzjalment, abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun qed jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Issa, bl-istess mod bħal għall-allowance ta’ tkeċċija, benefiċċju bħalma hija l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid għandu, skont il-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali, jiġi stabbilit kollu kemm hu abbażi tar-remunerazzjoni marbuta max-xogħol imwettaq full‑time minn dan il-ħaddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time jitkeċċa fil-mument li fih ikun qed jibbenefika minn leave parentali part‑time, l-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid li għandhom jitħallsu lil dan il-ħaddiem jiġu stabbiliti mill‑inqas parzjalment abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun qed jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 157 TFUE għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time jitkeċċa fil-mument li fih ikun qed jibbenefika minn leave parentali part‑time, dan il-ħaddiem jirċievi allowance ta’ tkeċċija u allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid stabbiliti mill‑inqas parzjalment abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun qed jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija, fis-sitwazzjoni fejn numru kunsiderevolment ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel jagħżlu li jibbenefikaw minn leave parentali part‑time u meta d-differenza fit-trattament li tirriżulta minn dan ma tistax tiġi spjegata permezz ta’ fatturi oġġettivament iġġustifikati u li bl-ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas-sess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi osservat li peress li l-Artikolu 157 TFUE huwa ta’ natura imperattiva, il-projbizzjoni ta’ diskriminazzjonijiet bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa hija imposta mhux biss fuq l-azzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi, iżda hija estiża wkoll għall-ftehim kollu intiż sabiex jirregola b’mod kollettiv ix-xogħol b’salarju, kif ukoll għall-kuntratti bejn individwi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760408">8 ta’ April 1976</DATE>, <NAME.CASE>Defrenne</NAME.CASE>, <NO.CASE>43/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:56">EU:C:1976:56</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041118">18 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Sass</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑284/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:722">EU:C:2004:722</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-prinċipju stabbilit permezz ta’ dan l-artikolu jista’ jiġi invokat quddiem il-qrati nazzjonali b’mod partikolari fil-każ ta’ diskriminazzjonijiet li għandhom direttament is-sors tagħhom f’dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew fi ftehim kollettiv kif ukoll fil-każ fejn ix-xogħol jitwettaq fl-istess stabbiliment jew servizz, privat jew pubbiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760408">8 ta’ April 1976</DATE>, <NAME.CASE>Defrenne</NAME.CASE>, <NO.CASE>43/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:56">EU:C:1976:56</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040113">13 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Allonby</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:18">EU:C:2004:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 157(2) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>paga [remunerazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tfisser il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe vantaġġi oħra, sew jekk fi flus jew <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT>, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, għall-impjieg tiegħu, mingħand il-persuna li timpjegah.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 157(2) TFUE għandu jiġi interpretat f’sens wiesa’. Huwa jinkludi, b’mod partikolari, kwalunkwe korrispettiv fi flus jew <HT TYPE="ITALIC">in natura</HT>, attwali jew futur, sakemm il-ħaddiem jirċevih, anki jekk indirettament, mill-persuna li kienet timpjegah abbażi tal-impjieg ta’ dan tal-aħħar, kemm jekk taħt kuntratt ta’ xogħol, taħt dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew fuq bażi volontarja. Barra minn hekk, il-fatt li ċerti benefiċċji jitħallsu wara t-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol ma jeskludix li dawn jistgħu jkollhom in-natura ta’ remunerazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Dittrich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑124/11, C‑125/11 u C‑143/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:771">EU:C:2012:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Bedi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑312/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:734">EU:C:2018:734</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allowances mogħtija mill-persuna li timpjega lill-ħaddiem mat-tkeċċija tiegħu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li dawn jikkostitwixxu forma ta’ remunerazzjoni ddifferita, li għaliha l-ħaddiem huwa intitolat abbażi tal-impjieg tiegħu, iżda li titħallas lilu fil-mument tal-waqfien tar-relazzjoni tax-xogħol, bl-għan li jiġi ffaċilitat l-adattament tiegħu għaċ-ċirkustanzi l-ġodda li jirriżultaw minn dan (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900517">17 ta’ Mejju 1990</DATE>, <NAME.CASE>Barber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑262/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:209">EU:C:1990:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Bedi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑312/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:734">EU:C:2018:734</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li benefiċċji bħalma huma l-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid jissodisfaw il-kundizzjonijiet imfakkra fil-punti 70 u 71 ta’ din is-sentenza. F’dawn iċ-ċirkustanzi, tali benefiċċji għandhom jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>remunerazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 157 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Sabiex jiġi stabbilit jekk teżistix diskriminazzjoni, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, diskriminazzjoni tikkonsisti fl-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal sitwazzjonijiet komparabbli jew fl-applikazzjoni tal-istess regola għal sitwazzjonijiet differenti (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960213">13 ta’ Frar 1996</DATE>, <NAME.CASE>Gillespie <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑342/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:46">EU:C:1996:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ornano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑335/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:564">EU:C:2016:564</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Gvern Franċiż isostni li ma hemmx lok li jitqabbel ħaddiem fuq leave parentali part‑time ma’ ħaddiem li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu full‑time, billi jirreferi għall-punt 2 tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar ix-xogħol part‑time, li jgħid <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[m]eta approprjat, il-prinċipju tal-<HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> għandu japplika<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Dan il-gvern kif ukoll Praxair MRC jinvokaw ukoll il-punt 63 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Gómez‑Limón Sánchez‑Camacho</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑537/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:462">EU:C:2009:462</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fih il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa ma jipprekludix li, matul il-perijodu ta’ leave parentali part‑time, ħaddiem jikseb drittijiet għal pensjoni tal-invalidità permanenti skont il-ħin tax-xogħol imwettaq u skont is-salarju rċevut, u mhux bħallikieku eżerċita attività full‑time. Għaldaqstant ma hemmx lok li jitqabbel ħaddiem fuq leave parentali part‑time ma’ ħaddiem li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu full‑time.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Madankollu, għandha ssir distinzjoni bejn, minn naħa, id-drittijiet li jieħdu inkunsiderazzjoni speċifikament is-sitwazzjoni ta’ leave parentali part‑time u, min-naħa l-oħra, id-drittijiet li ma jirriżultawx speċifikament minn din is-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-punt 53 ta’ din is-sentenza, fir-rigward ta’ ħaddiem irreklutat fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol full‑time li jkun jibbenefika minn leave parentali part‑time, ix-xoljiment unilaterali mill-persuna li timpjega għandu jitqies li jirrigwarda l-kuntratt ta’ xogħol full‑time.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif jirriżulta mill-punti 51 u 55 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091022">22 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Meerts</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑116/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:645">EU:C:2009:645</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fir-rigward tad-dritt għal benefiċċji bħall-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid, is-sitwazzjoni ta’ ħaddiem fuq leave parentali part‑time, fir-rigward ta’ tali benefiċċji, hija komparabbli għal dik ta’ ħaddiem full‑time. Tali konstatazzjoni tapplika wkoll fil-kuntest tal-Artikolu 157 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ ugwaljanza tar-remunerazzjonijiet stabbilit fl-Artikolu 157 TFUE jipprekludi mhux biss l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jistabbilixxu diskriminazzjonijiet direttament ibbażati fuq is-sess, iżda wkoll l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jżommu differenzi fit-trattament bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema b’applikazzjoni ta’ kriterji mhux ibbażati fuq is-sess, meta dawn id-differenzi fit-trattament ma jkunux jistgħu jiġu spjegati b’fatturi oġġettivament iġġustifikati u li bl-ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas-sess (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19941215">15 ta’ Diċembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>Helmig <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑399/92, C‑409/92, C‑425/92, C‑34/93, C‑50/93 u C‑78/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:415">EU:C:1994:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Leone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2090">EU:C:2014:2090</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hemm diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess meta l-applikazzjoni ta’ miżura nazzjonali, minkejja li fformulata b’mod newtrali, tqiegħed fi żvantaġġ fil-fatt numru ħafna ogħla ta’ ħaddiema ta’ sess wieħed meta mqabbla mal-ħaddiema tas-sess l-ieħor. Tali miżura hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament biss bil-kundizzjoni li d-differenza fit-trattament bejn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema li hija tikkawża tkun iġġustifikata b’fatturi oġġettivi u li bl-ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas-sess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Leone</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2090">EU:C:2014:2090</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija fformulata b’mod newtrali, jirriżulta li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time jitkeċċa fil-mument li fih huwa jkun qed jibbenefika minn leave parentali part‑time, dan il-ħaddiem huwa żvantaġġat meta mqabbel ma’ ħaddiem li jitkeċċa waqt li jkun qed jaħdem full‑time sa fejn, għall-ħaddiem fuq leave parentali part‑time, l-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid jiġu stabbiliti mill‑inqas parzjalment abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun qed jirċievi fil-mument tat-tkeċċija tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi, fit-tielet domanda tagħha, li numru kunsiderevolment ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel jagħżlu li jibbenefikaw minn leave parentali part‑time. Hija tindika fid-deċiżjoni tar-rinviju li, skont l-Avukat Ġenerali fil-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), mill-istatistiċi nazzjonali tax-xahar ta’ Marzu 2016 jirriżulta li, fi Franza, 96 % tal-ħaddiema li jieħdu leave parentali huma nisa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>F’tali ipoteżi, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament biss bil-kundizzjoni li d-differenza fit-trattament bejn il-ħaddiema nisa u l-ħaddiema rġiel ikkawżata b’dan il-mod tkun, jekk ikun il-każ, tista’ tiġi ġġustifikata b’fatturi oġġettivi u li bl-ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas-sess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Jirriżulta, b’mod partikolari, mill-formulazzjoni tat-tielet domanda tagħha, li l-qorti tar-rinviju tqis li din id-differenza fit-trattament ma hijiex iġġustifikata b’tali elementi oġġettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Min-naħa tal-Gvern Franċiż, fir-rigward ta’ tali differenza fit-trattament, huwa ma jsostnix, fl-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub, fatturi oġġettivament iġġustifikati b’raġunijiet li bl-ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas-sess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tidhirx li hija konformi mal-prinċipju ta’ ugwaljanza tar-remunerazzjonijiet bejn ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa għall-istess xogħol jew għal xogħol tal-istess valur, kif previst fl-Artikolu 157 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 157 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time jitkeċċa fil-mument li fih ikun qed jibbenefika minn leave parentali part‑time, dan il-ħaddiem jirċievi allowance ta’ tkeċċija u allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid stabbiliti mill‑inqas parzjalment abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun qed jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija, fis-sitwazzjoni fejn numru kunsiderevolment ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel jagħżlu li jibbenefikaw minn leave parentali part‑time u meta d-differenza fit-trattament li tirriżulta minn dan ma tistax tiġi spjegata permezz ta’ fatturi oġġettivament iġġustifikati u li bl-ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas-sess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali, konkluż fl-<DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE>, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal‑Kunsill 96/34/KE tat-<DATE ISO="19960603">3 ta’ Ġunju 1996</DATE> dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE tal-<?PAGE NO="15"?><DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE> għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time jitkeċċa fil-mument li fih ikun qed jibbenefika minn leave parentali part‑time, l-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill‑ġdid li għandhom jitħallsu lil dan il-ħaddiem jiġu stabbiliti mill‑inqas parzjalment abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun qed jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 157 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full‑time jitkeċċa fil-mument li fih ikun qed jibbenefika minn leave parentali part‑time, dan il-ħaddiem jirċievi allowance ta’ tkeċċija u allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid stabbiliti mill‑inqas parzjalment abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun qed jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija, fis-sitwazzjoni fejn numru kunsiderevolment ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel jagħżlu li jibbenefikaw minn leave parentali part‑time u meta d-differenza fit-trattament li tirriżulta minn dan ma tistax tiġi spjegata permezz ta’ fatturi oġġettivament iġġustifikati u li bl-ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas-sess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>