|
28.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10260 — Lactalis/Leerdammer)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 301/07)
1.
Fit-22 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Il-Grupp Lactalis (“Lactalis”, Franza); u |
|
— |
l-impriża fil-mira (“Leerdammer”, in-Netherlands) (2). |
Lactalis takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Leerdammer kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Lactalis: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib, b’mod partikolari ġobon, krema, butir, deżerti u prodotti tal-ħalib ultrafriski; u |
|
— |
Leerdammer: il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ġobon tal-marka “Leerdammer”. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem trid tiġi speċifikata:
M.10260 — Lactalis/Leerdammer
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) L-impriża fil-mira tinkludi sett ta’ assi tal-grupp Bel (Royal Bel Leerdammer, Bel Italia, Bel Deutschland u l-assi Ukreni tal-grupp Bel, Bel Shostka Ukraine), li l-attività ewlenija tagħha hija l-manifattura u l-bejgħ ta’ ġobnijiet tal-marka Leerdammer.