31994R0897



Official Journal L 104 , 23/04/1994 P. 0018 - 0021
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0058
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 6 P. 0058


Ir-Regolament tal-Kummissjoni 897/94

tat-22 ta' April 1994

li jesiġi regoli dettaljati għall-applikar tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 li jirrigwarda l-proġetti pilota li għandhom x'jaqsmu ma' l-issorveljar kontinwu tal-pożizzjoni tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontrol applikabli għall-politika komuni tas-sajd [1], u b'mod partikolari bl-Artikolu 3(4) tiegħu,

Billi l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi għat-twettieq mill-Istati Membri għall-proġetti pilota, li b'rispett ta' ċerti kategorijji ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunita, li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi ta' sorveljar kontinwu tal-pożizzjoni, jew dawk ibbażati fuq l-art jew fil-baħar u jużaw komunikazzjonijiet bis-satellita għat-trasmissjoni ta' l-informazzjoni, u, kif inhu xieraq, it-twettieq ta' proġetti piloti li għandhom x'jaqsmu mal-pożizzjoni awtomatika tar-rekorders, qabel it-30 ta'Ġunju 1995;

Billi l-iskop ta' dawn il-proġetti pilota hu li tagħmel stima għal-liema teknoloġija għandha tintuża u liema dgħajjes għandhekk tinkludi fis-sistemi msemmijja qabel biex il-Kunsill jista', qabel l-1 ta' Jannar 1996, jiddeċiedi jekk u fejn huma għandhom jintużaw biex itejbu l-effettivita' ta' l-issorveljar ta' l-attivitajiet tas-sajd;

Billi hu għalhekk meħtieġ, biex tassigura li l-Istati Membri iwettqu dawn il-proġetti pilota, tfassal regoli dettaljati għall-applikar, b'mod partikolari fir-rigward tan-numru ta' dgħajjes, għal kull Stat Membru, biex ikun inkluż fil-proġetti pilota, il-proċedura għall-ġbir ta' informazzjoni u l-ipproċċessar bil-kompjuter ta' l-informazzjoni transmessa bi jew miġbura mid-dgħajjes f'dak il-każ u l-proċedura biex tikkomunika din l-informazzjoni ma' l-Istati Membri;

Billi, biex tassigura s-sorveljar tal-proġetti pilota u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tkun informata mill-Istati Membri dwar u meta dawn il-proġetti pilota għandhom jitwettqu;

Billi il-miżuri maħsuba f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' l-Immaniġjar għas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Dan ir-Regolament ifassal ċerti kundizzjonijiet taħt liema mill-Istati Membri għandhom jiwettqu l-proġetti pilota pprovduti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li għandu x'jaqsam mas-sistemi ta' l-issorveljar kontinwu tal-pożizzjoni, jew dawk fuq l-art jew ibbażati b'sattellita u qed jużaw komunikazzjoni bis-satellita għat-trasmissjoni ta' informazzjoni, u, kif inhu xieraq, il-proġetti pilota li jikkonċernaw il-pożizzjoni tar-rekorders awtomatiċi.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex iwettqu:

(a) proġetti pilota li għandhom x'jaqsmu ma' l-issorveljar kontinwu tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità bl-użu tal-komunikazzjoni bis-sattellita li għandha tapplika għan-numru minimu ta' dghajjes li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru, li trid tkun għall-inqas daqs in-numru ta' dgħajjes ta' l-Istat Membru li jaqbżu l-50 metru fit-tul, jekk dak in-numru hu iktar minn 10, jew mhux inqas minn 10 inkella. In-numru minimu ta' dgħajjes għal kull Stat Membru għandu jkun speċifikat fl-Anness I;

(b) jekk huma hekk ikunu jixtiequ, proġetti pilota komplimentari li għandhom x'jaqsmu mar-rikordjar ta' l-issorveljar kontinwu tal-pożizzjoni ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunita, jużaw is-sistema tar-rikordjar tal-pożizzjoni awtomatika li għandha tapplika għal mhux iżjed min-numru ta' dgħajjes maħsuba minn qabel b'rigward għall-proġetti pilota li għalihom issir riferenza taħt (a).

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-proġetti pilota li għalihom issir riferenza fil-paragrafu 1 japplikaw għad-dgħajjes li jeċċedu 17-il metru fit-tul. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw l-proġetti pilota għal numru limitat ta' dgħajjes mhux inqas minn 17-il metru fit-tul fejn il-ħidmiet ta' dawn id-dgħajjes huma suġġetti għar-restrizzjonijiet fis-sajd.

3. Il-proġetti pilota għandhom jitwettqu mill-1 ta' Lulju 1994. Għandhom ikunu jiffunzjonaw fl-Istati Membri mill-1 ta' Ottubru 1994 u jibqgħu jaħdmu sa għall-inqas fit-30 ta' Ġunju 1995.

4. Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet imfassla fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu biex iwettqu proġetti pilota flimkien.

L-Artikolu 3

L-awtorita' kompitenti responsabli għat-twettiq tal-proġetti pilota għandha tkun nominata minn kull Stat Membru, li għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, mhux iktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u numru tal-fax ta' din l-awtorita.

L-Artikolu 4

Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li l-proġett pilota jikkomprendi:

(a) installazzjonijiet abbord id-dgħajjes li jtajru l-bandiera tiegħu li għandhom jagħmlu parti mill-proġetti pilota;

(b) installazzjonijiet kompjuterizzati li jħallu l-awtoritajiet kompitenti li għalihom issir riferenza fl-Artikolu 3 biex jipproċessaw informazzjoni transmessa bi jew irkuprata minn dgħajjes tas-sajd li għalihom issir riferenza fl-Artikolu 2 kif ukoll informazzjoni ikkomunikata, mill-awtoritajiet kompitenti ta' l-Istati Membri.

L-Artikolu 5

Fil-każ ta' proġġetti pilota li jużaw is-sistema ta' komunikazzjoni ibbażata fuq is-satellita, l-installazzjonijiet li għalihom issir riferenza fl-Artikolu 4(a) jeħtieġu:

1. iħallu l-issorveljar kontinwu tal-pożizzjoni, b'varjazzjoni tal-pożizzjoni li jrid ikun inqas minn 500 metru u interval ta' konfidenza ta' 99 %, tad-dgħajjes li jtajru il-bandiera ta' l-Istat Membru ikkonċernat, minn stazzjon fl-art jew sattellita, irrelevanti mill-ibħra marittimi f'liema huma qed joperaw jew fil-port li qegħdin ġo fih;

2. jassiguraw it-trasmissjoni awtomatika, fuq bażi ta' kull siegħa, fuq l-informazzjoni dwar il-pożizzjoni ġeografika, b'pożizzjoni ħażina li trid ikun inqas minn 500 metru u interval ta' konfidenza ta' 99 %, u d-data u l-ħin ta' l-irrikordjar tal-pożizzjoni msemmija, tad-dgħajjes li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru kkonċernat, lill-awtoritajiet kompitenti ta' l-Istat Membru tal-bandiera li għalih issir referenza fl-Artikolu 3 u, bi qbil ma' l-Istat tal-bandiera, lill-Kummissjoni fuq talba tagħha;

3. ikunu tali li jassiguraw il-kredibilità ta' l-informazzjoni li għaliha ssir riferenza f'punt 2.

L-Artikolu 6

Fil-każ ta' proġetti pilota komplimentari li jużaw is-sistema awtomatika ta' l-irrekordjar tal-pożizzjoni l-installazzjonijiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 4(a) jeħtieġu:

1. iħallu r-rekordjar awtomatiku u kontinwu tal-pożizzjoni ġeografika, bi żball ta' pożizzjoni li trid tkun inqas minn 500 metru u interval ta' konfidenza ta' 99 %, u d-data u l-ħin ta' l-irrekordjar tal-pożizzjoni msemmija, irrelevanti mill-ibħra marittimi f'liema l-dgħajjes qed joperaw jew fil-port li qegħdin fih;

2. ikunu tali li jassiguraw il-kredibiltà ta' l-informazzjoni li għaliha issir riferenza f'punt 1.

L-Artikolu 7

L-istallazzjonijiet li għalihom issir riferenza fl-Artikolu 4(b) jeħtieġu li jħallu l-Istati Membru tal-bandiera, kull sistema li jintuża, biex:

1. jiġbor, jipproċessa, jirrekordja u jiċċentralizza b'mod li jinqara mill-kompjuter l-informazzjoni li għaliha issir riferenza fl-Artikolu 5(2) u 6(1). L-Istati Membri kollha għandhom jieħdu passi biex jassiguraw li l-informazzjoni hi miżmuma f'reġistri sal-31 ta' Diċembru 1995;

2. jikkomunikaw b'mod awtomatiku l-informazzjoni trasmessa minn jew rikoverata minn dgħajjes lill-awtorita' ta' l-Istat Membru l-ibħra marittimi f'liema il-dgħajjes ikkonċernati qed joperaw u, bi qbil ma' l-Istat tal-bandiera, lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha.

L-Artikolu 8

1. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jassiguraw il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni li għaliha issir riferenza fl-Artikolu 7(2).

2. Kull Stat Membru tal-bandiera għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jassigura li d-dati individwali trasmessa mid-dgħajjes tiegħu bħala parti mill-proġett pilota li għalih issir riferenza fl-Artikolu 2(1)(a) hija ikkomunikata lill-awtorita' kompitenti li għaliha issir riferenza fl-Artikolu 7(2) fi żmien 60 minuta minn meta tasal l-informazzjoni mill-Istat Membru tal-bandiera u f'kwalunkwe każ fi żmien 120 minuta mit-trasmissjoni mid-dgħajjes tiegħu.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu juża format għal skambju t'informazzjoni li hija aċċettabli għal xulxin.

3. L-Awtoritajiet kompitenti li għalihom issir riferenza f'paragrafu 2 li jirċievu l-informazzjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jipproċessawhom bil-kompjuter.

L-Artikolu 9

1. Mhux iktar tard minn xahar qabel ma' l-proġetti pilota jibdew jaħdmu, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni speċifikata fl-Anness II li għandu x'jaqsam mat-twettieq tal-proġetti pilota tagħhom. Madankollu, l-Istati Membri li transmettu din l-informazzjoni skond id-deċiżjoni tal-Kunsill 89/631/KEE [2], għandhom ikunu eżentati minn din l-obligazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni regolarment dwar it-twettieq tal-proġetti pilota.

2. Fl-eventwalità li dgħajsa li jkollha tkun miżjuda, titneħħa jew tinbidel, jew li d-dettalji li għandhom x'jaqsmu mad-dgħajsa li jridu jinbidlu, l-Istat Membru tal-bandiera li jkun qed itajjar id-dgħajsa kkonċernata għandu jinforma lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 10

Biex tiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil kull Stat Membru l-informazzjoni li tkun irċeviet permezz ta' l-Artikolu 9 u għandha tassigura li l-proġetti pilota mwettqa minn kull Stat Membru huma mħarsa skond il-proċedura mfassla fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93.

L-Artikolu 11

Qabel il-31 ta' Marzu 1995, kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni rapport preliminarju ta' stima fuq il-proġett(i) pilota li jkun wettaq. Qabel il-31 ta' Awissu 1995 kull Stati Membru għandu jissottometti rapport ta' stima preliminarja, li jkollu b'mod partikulari dettalji dwar kemm is-sistemi huma effettivi fl-ispejjeż, jiggarantixxu għat-trasparenza tagħhom u rakkomandazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-futur tas-sistemi ta' l-issorveljar tal-pożizzjoni kontinwa għad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità.

Fuq bażi ta' dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tittransmetti lill-Kunsill rapport ta' stima komprensiv dwar il-proġetti pilota mwettqa mill-Istati Membri, li jkollhom, kif ikun xieraq, proposti li għandhom x'jaqsmu ma' l-introduzzjoni deffinittiva tas-sistemi ta' l-issorveljar kontinwu tal-pożizzjoni tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità.

L-Artikolu 12

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' April 1994.

Għall-Kummissjoni

Yannis Paleokrassas

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p. 1.

[2] ĠU L 364, ta' l-14.12.1989, p. 64.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

L-Istat Membru | Numru ta' dgħajjes li ma jeċċedix 50 m fit-tul (is-sitwazzjoni tar-reġistrazzjoni tal-flotta f'Ottubru 1993 | Numru minimu ta' dgħajjes kif għalihom issi riferenza fl-Artikolu 2 |

BelgïeBelgique | 0 | 10 |

Deutschland | 15 | 15 |

Danmark | 4 | 10 |

España | 124 | 124 |

France | 67 | 67 |

United Kingdom | 19 | 19 |

Ellas | 9 | 10 |

Ireand | 3 | 10 |

Italia | 17 | 17 |

Nederland | 14 | 14 |

Portugal | 47 | 47 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Informazzjoni li għaliha ssir riferenza fl-Artikolu 9:

- numru ta' dgħajjes ikkonċernati u d-deskrizzjoni teknika tagħhom (numru tar-reġistru tal-flotta interna, tul, tunellaġġ, qawwa tal-magna, sinjal tar-radju, tip ta'dgħajjsa, tip ta' sajd li għalih normalment tintuża),

- il-karatteristiċi tekniċi ta' l-instalazzjonijiet li għalihom issi riferenza fl-Artikolu 4.

--------------------------------------------------