European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2497

11.11.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2497

tal-10 ta’ Novembru 2026

li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi tar-ram li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Messiku, mill-Vjetnam u mill-Użbekistan

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-12 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi tar-ram li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina” jew “ir-RPĊ”), mill-Istati Uniti tal-Messiku (“il-Messiku”), mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (“il-Vjetnam”) u mir-Repubblika tal-Użbekistan (“l-Użbekistan”) (“il-pajjiżi kkonċernati”) skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Dan segwa lment imressaq fis-26 ta’ Jannar 2026 mill-Kumitat għad-Difiża tat-Tubi tar-Ram tal-UE (“l-ilmentaturi” jew l-“EUCTDC”) f’isem l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(2)

Il-bidu tal-investigazzjoni kien ġustifikat mill-evidenza ta’ dumping kif ukoll mid-dannu materjali li rriżulta li tressaq fl-ilment, kif inhu spjegat fin-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-bidu”).

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1161 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”).

1.3.   Partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn dan, hija nnotifikat lill-ilmentaturi, lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-awtoritajiet taċ-Ċina, tal-Messiku, tal-Vjetnam u tal-Użbekistan, u lil partijiet ikkonċernati magħrufa oħrajn - inklużi l-importaturi, l-utenti, u l-korpi kummerċjali - filwaqt li stednithom jipparteċipaw. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità biex jikkummentaw dwar il-bidu, u biex jitolbu li ssir seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti ta’ kummerċ.

1.4.   Kummenti dwar il-bidu

(5)

Saru sottomissjonijiet dwar il-bidu mill-Gvern tal-Użbekistan u tliet produtturi esportaturi Użbeki, jiġifieri “JV Sharq Tubes LLC”, “ICG Infinity Copper Group LLC” u “Angren Pipe Plant LLC”. F’dawn is-sottomissjonijiet, il-partijiet asserew li a) l-investigazzjoni dwar l-Użbekistan jenħtieġ li tintemm minħabba li s-sehem mis-suq tiegħu kien negliġibbli; u b) il-kundizzjonijiet biex l-importazzjonijiet mill-Użbekistan jiġu vvalutati b’mod kumulattiv ma’ dawk mill-pajjiżi esportaturi l-oħrajn għall-fini tal-analiżi tad-dannu ma humiex issodisfati. Meta wieħed iqis li s-sottomissjoni kkontestat ċerta data pprovduta mill-ilmentaturi mingħajr ma qajmet dubji dwar il-bidu tal-investigazzjoni bħala tali, dawn l-affermazzjonijiet ġew indirizzati bħala parti mill-analiżi tad-dannu fit-taqsima 4.

1.5.   Kampjunar

(6)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni informat lill-partijiet li kienet għażlet kampjun tal-produtturi tal-Unjoni b’mod proviżorju. Il-kampjun intgħażel abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ, u kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni.

(8)

Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun. Il-kampjun definittiv instab li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati

(9)

Sabiex tiddetermina jekk il-kampjunar kienx neċessarju, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu.

(10)

L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Fid-dawl ta’ dan, ma kien hemm l-ebda kampjun ta’ importaturi mhux relatati.

Kampjunar ta’ produtturi esportaturi mir-RPĊ

(11)

Is-suq globali għat-tubi tar-ram huwa ddominat minn tliet gruppi multinazzjonali Ċiniżi kbar: Golden Dragon Precise Copper Tube Group Inc (“Dragon Copper Tubes Group”), Jintian Group u Hailiang Group. Il-produtturi esportaturi ta’ dawn il-gruppi jinsabu fi tlieta mill-pajjiżi kkonċernati, jiġifieri r-RPĊ, il-Messiku u l-Vjetnam, u l-produtturi esportaturi kollha inklużi fil-kampjun f’din l-investigazzjoni (minbarra dawk fl-Użbekistan) jappartjenu għal wieħed minn dawn il-gruppi.

(12)

Sabiex tiddetermina jekk il-kampjunar kienx neċessarju, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(13)

Fit-tweġiba għan-Notifika tal-Bidu, erba’ produtturi esportaturi minn żewġ gruppi korporattivi fiċ-Ċina ssottomettew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun.

(14)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju, il-volum totali tal-esportazzjonijiet minn dawn il-kumpaniji Ċiniżi, kemm jekk diretti kif ukoll permezz ta’ negozjanti relatati u mhux relatati, kien jirrappreżenta [3 – 5] % tal-volum totali stmat tal-esportazzjoni ta’ tubi tar-ram lejn l-Unjoni miċ-Ċina matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (4). Minħabba l-livell baxx ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi li pprovdew tweġibiet għall-kampjunar, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma setax jintgħażel kampjun rappreżentattiv f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(15)

F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar in-nuqqas ta’ kampjunar.

(16)

Ningbo Jintian Copper Tube Co., Ttd, iċ-Ċina (“Jintian China”) issottomettiet kummenti dwar in-nuqqas ta’ kampjunar. Hija argumentat li l-kodiċi SA użat għall-kalkolu tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien jinkludi diversi prodotti barra mill-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. Konsegwentement, hija asserixxiet li l-volum totali tal-esportazzjoni użat bħala linja bażi kien esaġerat, li jfisser li l-kumpaniji li kkooperaw fil-fatt kienu jirrappreżentaw sehem ogħla mill-istima ta’ [3-5] % tal-prodott totali kkonċernat esportat miċ-Ċina lejn l-UE.

(17)

Fiż-żmien tad-deċiżjoni tal-kampjunar, il-Kummissjoni stmat il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-metodoloġija pprovduta fl-ilment. Peress li l-prodott ikkonċernat jaqa’ taħt il-kodiċi NM 7411 10 90 , li jkopri wkoll prodotti oħra, l-ilment stima li madwar 50–60 % tal-importazzjonijiet totali taħt dak il-kodiċi NM kienu jikkonsistu fil-prodott ikkonċernat. L-ilmentatur ibbaża l-istima tiegħu fuq id-data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni, il-komunikazzjoni mal-klijenti tal-ilmentatur u l-analiżi tas-suq li wettaq, li tikkombina informazzjoni minn rapporti tas-suq minn sorsi esterni, data statistika tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati (5). Abbażi ta’ dik l-istima, il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jintian China ma kkontestatx il-metodoloġija użata fl-ilment u ma pprovdiet l-ebda metodoloġija alternattiva. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjonijiet u kkonfermat li ma seta’ jintgħażel l-ebda kampjun rappreżentattiv f’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku.

(18)

Fis-7 ta’ April 2026, il-Kummissjoni infurmat lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”) bid-deċiżjoni tagħha li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku flimkien mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament bażiku minħabba l-grad materjali ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi. Konsegwentement, il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha rigward il-produtturi esportaturi fir-RPĊ fuq l-Artikolu 18 u applikat il-fatti disponibbli.

(19)

Il-GTĊ fil-kummenti tiegħu saħaq li l-kumpaniji Ċiniżi li rreġistraw biex jipparteċipaw fil-proċedimenti, irrispettivament mill-volum tal-esportazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiksbu marġni tad-dumping individwali bbażat fuq it-tweġibiet tagħhom minflok fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni nnotat li l-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw ġew informati kif xieraq bin-nota dwar ir-riżultati tal-kampjunar li jekk jixtiequ jitolbu marġni individwali ta’ dumping, jenħtieġ li jimlew il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi.

Kampjunar ta’ produtturi esportaturi mill-Messiku

(20)

Sabiex tiddetermina jekk il-kampjunar kienx neċessarju, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fil-Messiku jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Istati Uniti tal-Messiku għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(21)

Produttur esportatur wieħed fil-Messiku, GD Affiliates de RL de CV (“GDA”) ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. GDA huwa impriża sussidjarja ta’ Dragon Copper Tubes Group u kien jirrappreżenta 100 % tal-esportazzjonijiet totali mill-Messiku lejn l-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(22)

Konsegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx neċessarju. Konsegwentement, il-produttur esportatur li ppreżenta ruħu ġie mistieden jissottometti tweġiba għall-kwestjonarju.

Kampjunar ta’ produtturi esportaturi mill-Użbekistan

(23)

Sabiex tiddetermina jekk il-kampjunar kienx neċessarju, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Użbekistan jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Użbekistan għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(24)

Tliet produtturi esportaturi fl-Użbekistan ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun: “JV Sharq Tubes” LLC, “ICG Infinity Copper Group” LLC u “Angren Pipe Plant LLC”. Dawn kienu jirrappreżentaw 100 % tal-esportazzjonijiet totali mill-Użbekistan lejn l-UE matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(25)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tinvestiga t-tliet produtturi esportaturi u għalhekk il-kampjunar ma kienx meħtieġ. Konsegwentement, it-tliet produtturi esportaturi kollha ġew mistiedna jissottomettu tweġiba għall-kwestjonarju.

Kampjunar ta’ produtturi esportaturi mill-Vjetnam

(26)

Sabiex tiddetermina jekk il-kampjunar kienx neċessarju, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fil-Vjetnam jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-missjoni tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(27)

Erba’ produtturi esportaturi fil-Vjetnam ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun.

(28)

F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi. Hailiang (Vietnam) Copper Manufacturing Co., Ltd (“Hailiang Vietnam”), impriża sussidjarja ta’ Hailiang Group taċ-Ċina, u Jintian Copper Industrial (Vietnam) Company Limited (“Jintian Vietnam”), impriża sussidjarja ta’ Jintian Group taċ-Ċina. Din l-għażla kienet ibbażata fuq l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju, il-kampjun kien jirrappreżenta aktar minn 90 % tal-esportazzjonijiet totali tal-produtturi esportaturi Vjetnamiżi kollha li kkooperaw.

(29)

Wieħed mill-produtturi esportaturi Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun, Toan Phat Copper Tube Joint Stock Company, issottometta kummenti dwar l-għażla tal-kampjun, bl-argument li l-inklużjoni ta’ żewġ kumpaniji bi sjieda Ċiniża li l-produzzjoni tagħhom fil-Vjetnam kienet tinsab f’żoni ta’ pproċessar għall-esportazzjoni bħal Hailiang Vietnam u Jintian Vietnam, twassal għal sejbiet li ma kinux rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ta’ Toan Phat. Il-kumpanija argumentat ukoll li filwaqt li l-Kummissjoni kienet irrestrinġiet l-għadd ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun fil-Vjetnam għal tnejn minħabba restrizzjonijiet fuq dak li seta’ “jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli”, tliet kumpaniji kienu ġew inklużi fil-kampjun fl-Użbekistan, u l-kooperazzjoni skarsa fiċ-Ċina suppost illiberat riżorsi li kienu jippermettu l-inklużjoni ta’ Toan Phat fil-kampjun.

(30)

Il-Kummissjoni qieset li minħabba li ż-żewġ kumpaniji Vjetnamiżi magħżula kienu, bil-bosta, l-akbar esportaturi tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, is-sjieda u l-istruttura tal-produzzjoni tagħhom kienu rappreżentattivi tas-suq ġenerali, u nnotat li l-punt sa fejn kien raġonevoli li jiġi estiż kampjun ma kienx jiddependi biss fuq l-għadd ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun f’pajjiżi oħrajn.

1.6.   Marġni individwali

(31)

Produttur esportatur wieħed fir-RPĊ, Jintian China, talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku u pprovda tweġiba għall-kwestjonarju. Peress li kumpanija waħda biss ipprovdiet tweġiba xierqa u f’waqtha għall-kwestjonarju li setgħet tiġi vverifikata f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkalkula marġni individwali għal Jintian China.

1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika

(32)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-GTĊ.

(33)

Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku fiċ-Ċina u fil-Vjetnam rigward il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) jew 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward taċ-Ċina u tal-Vjetnam. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ u lill-Gvern tal-Vjetnam.

(34)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati, lill-ilmentaturi (“makrokwestjonarju”), lill-importaturi magħrufa, u lill-utenti. L-istess kwestjonarji kienu disponibbli online (6) fil-jum tal-bidu.

(35)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-entitajiet li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni u l-ilmentaturi:

—

ELVALHALCOR S.A., Oinofyta, Viotia, il-Greċja;

—

FEINROHREN SPA, Passirano, l-Italja;

—

Wieland-Werke AG, Ulm, il-Ġermanja;

—

Il-Kumitat għad-Difiża tat-Tubi tar-Ram tal-UE (“EUCTDC”), Brussell, il-Belġju;

 

Produtturi esportaturi fiċ-Ċina:

—

Ningbo Jintian Copper Tube Co. Ltd., (“Jintian China”), Ningbo, iċ-Ċina, u l-kumpanija relatata miegħu Hongkong Maytime International Industry Limited (Hong Kong);

 

Produtturi esportaturi fil-Messiku:

—

GD Affiliates de RL de CV (“GDA”) u GD Copper S de RL de CV (“GDC”), Toluca, il-Messiku u l-kumpaniji relatati tiegħu (flimkien “GD Group”);

—

Hong Kong GD Trading Company Limited (“HKGD”), Shanghai, iċ-Ċina u GD Copper (U.S.A.), Inc. (“GDUS”), Pine Hill, Alabama, l-Istati Uniti tal-Amerka;

 

Produtturi esportaturi fl-Użbekistan:

—

ICG Infinity Copper Group LLC, Tashkent, l-Użbekistan u l-produttur relatat tiegħu Metal Processing Technology LLC, Tashkent, l-Użbekistan;

—

Angren Pipe Plant LLC, Markaziy Kurgon, l-Użbekistan;

—

JV Sharq Tubes LLC, il-Belt ta’ Chirchik, l-Użbekistan;

 

Produttur esportatur fil-pajjiż rappreżentattiv

—

Il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod ta’ Wieland Copper Products, LLC, Pine Hall, l-Istati Uniti tal-Amerka;

 

Produtturi esportaturi fil-Vjetnam

—

Hailiang Copper Manufacturing Co., Ltd, Tan Phuoc, il-Vjetnam;

—

Jintian Copper Industrial Company Limited, Tan Phuoc, il-Vjetnam;

—

Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet kontroverifika mill-bogħod tal-kumpaniji relatati tal-produtturi esportaturi li ġejjin: Hailiang Copper Manufacturing Co., Ltd (Hong Kong Hailiang Metal Trading Limited (Hong-Kong)) u Jintian Copper Industrial Company Limited (Hongkong Maytime International Industry Limited (Hong-Kong) u Jintian International Industry Pte (Singapore)).

1.8.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(36)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt investigazzjoni

(37)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa pajpijiet u tubi, ta’ ram raffinat, f’koljaturi mkebbin f’livelli, kemm jekk lixxi kif ukoll jekk bi skanalaturi interni, mhux ipproċessati aktar (“tubi tar-ram”).

(38)

Sabiex jipproduċu tubi tar-ram, il-produtturi jistgħu jużaw katodi minn minerali tar-ram, ruttam jew taħlita tagħhom. Il-manifattura tipikament tikkonsisti fi tliet stadji: it-tidwib tal-materja prima, l-ikkastjar tar-ram imdewweb u l-irfinar, li jinkludi l-proċess tal-ġbid biex jinkisbu d-dijametru u l-ħxuna tal-ħitan mixtieqa u r-rikottura għall-ittemprar tal-prodott skont il-ħtiġijiet tal-klijent (7). Il-prodott imbagħad jitkebbeb f’koljaturi mkebbin f’livelli.

(39)

It-tubi tar-ram jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, minħabba l-kwalitajiet fiżikokimiċi, il-proprjetajiet batterjostatiċi u ta’ reżistenza għan-nar u għall-korrużjoni tar-ram. Dawn jintużaw fis-settur tat-tisħin, tal-ventilazzjoni, tal-arja kundizzjonata u tar-refriġerazzjoni (“HVACR”) kif ukoll f’applikazzjonijiet sanitarji, mediċi u industrijali. It-tubi tar-ram huma wkoll komponent ewlieni għal ċerti networks tal-enerġija rinnovabbli (8).

2.2.   Prodott ikkonċernat

(40)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-prodott taħt investigazzjoni li joriġina miċ-Ċina, mill-Messiku, mill-Vjetnam u mill-Użbekistan, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 7411 10 90 (il-kodiċi TARIC 7411 10 90 10) (“il-prodott ikkonċernat”).

2.3.   Prodott simili

(41)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

—

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

—

il-prodott taħt investigazzjoni mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiżi kkonċernati; u

—

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(42)

F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(43)

Jintian Vietnam u Jintian China talbu lill-Kummissjoni tikkonferma li l-pajpijiet tar-ram dritti, il-koljaturi tal-pancake, it-tubi tar-ram iżolati jew miksija u t-tubi tar-ram kapillari ma kinux jaqgħu taħt l-ambitu tal-investigazzjoni. Bl-istess mod, Hailiang Vietnam asserixxa li t-tubi tar-ram kapillari ma kinux koperti mill-ambitu tal-prodott.

(44)

Il-Kummissjoni kkonfermat li l-pajpijiet tar-ram dritti, il-koljaturi tal-pancake, it-tubi tar-ram iżolati jew miksija ma kinux jissodisfaw id-deskrizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni u għalhekk ma kinux koperti mill-investigazzjoni.

(45)

Fir-rigward tat-tubi tar-ram kapillari, li huma tubi tar-ram b’dijametru żgħir ħafna prodotti għal kontroll preċiż tal-fluss, Jintian Vietnam u Jintian China spjegaw li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija dijametru ta’ barra estremament żgħir, tipikament ta’ bejn 1 u 3,6 millimetru, u huma prodotti permezz ta’ diversi passaġġi ta’ ġbid bi preċiżjoni għolja ta’ koljaturi mkebbin f’livelli, li jirrappreżentaw stadju ta’ pproċessar ulterjuri għat-tubi tar-ram, li, skont id-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, iqiegħed dawn il-prodotti barra mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(46)

Hailiang Vietnam asserixxa li t-tubi kapillari huma prodotti downstream, ipproċessati ulterjorment mit-tubi tal-koljaturi mkebbin f’livelli fil-mira tal-investigazzjoni. Huwa spjega wkoll li t-tubi tar-ram u t-tubi kapillari huma prodotti teknikament u kummerċjalment distinti, b’funzjonijiet, proċessi ta’ produzzjoni, standards industrijali applikabbli, dehra fiżika, applikazzjonijiet tal-użu aħħari, u livelli ta’ prezzijiet differenti.

(47)

L-ilmentaturi argumentaw li, fl-ilment, it-tubi kapillari ġew esklużi mill-ambitu tal-prodott li qed jiġi investigat minħabba li tipikament ma jiġux fornuti f’koljaturi livellati iżda f’koljaturi fini jew f’tulijiet maqtugħa għall-użu funzjonali. Jekk, madankollu, tubi tar-ram b’dijametru żgħir jinbiegħu f’koljaturi mkebbin fil-livell, dawn jibqgħu prodott taħt investigazzjoni irrispettivament mill-isem kummerċjali mogħti lilhom mill-produttur, skont l-ilmentaturi.

(48)

Il-Kummissjoni ċċarat li t-tubi tar-ram kapillari huma fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni sakemm jinbiegħu f’kojls livellati mkebbin. Filwaqt li l-allegata karatteristika distintiva ta’ dawn it-tubi hija d-dijametru estern żgħir, il-Kummissjoni nnotat li ma hemm l-ebda limitazzjoni għad-dijametru tat-tubi fid-deskrizzjoni tal-prodott, u lanqas fin-numru ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”). Barra minn hekk, id-determinazzjoni ta’ jekk prodott jissodisfax id-deskrizzjoni tal-prodott trid tiddependi fuq karatteristiċi fiżiċi u tekniċi osservabbli. Pereżempju, iż-żieda tal-kisi tirrikjedi pproċessar ulterjuri u hija osservabbli b’mod ċar fil-prodotti finali, li ma għadhomx jissodisfaw id-deskrizzjoni tal-prodott u għalhekk jitqiesu li jaqgħu barra mill-ambitu tal-investigazzjoni. B’kuntrast għal dan, il-fatt li produttur jiddeċiedi li juża koljaturi mkebbin f’livelli fi stadju intermedju tal-produzzjoni tiegħu ma jistax iwassal għal esklużjoni mill-ambitu, jekk tali użu u l-ipproċessar ulterjuri ma jirriżultawx f’karatteristiċi fiżiċi u tekniċi osservabbli tal-prodotti finali li huma barra mill-ambitu tal-prodott. Tabilħaqq, l-unika differenza osservabbli bejn it-tubi kapillari mibjugħa f’koljaturi mkebbin f’livelli u t-tubi l-oħrajn mibjugħa f’koljaturi mkebbin f’livelli hija d-dijametru iżgħar tat-tubi, li xorta jissodisfa d-deskrizzjoni tal-prodott. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-asserzjonijiet f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ta’ tubi tar-ram li jistgħu jitqiesu bħala tubi kapillari ma kinux jeżistu jew kienu negliġibbli, u għalhekk l-esklużjoni tagħhom mill-ambitu tal-prodott ma jkollha l-ebda impatt materjali fuq il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni.

(49)

Entalpia Europe Sp. Z o. o., utent ta’ tubi tar-ram li jimmanifattura tubi tar-ram iżolati, talab estensjoni tal-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni biex ikopri l-importazzjonijiet ta’ tubi tar-ram iżolati lesti. Alternattivament, il-kumpanija talbet eżenzjoni mid-dazji anti-dumping fuq it-tubi tar-ram minħabba li l-operazzjonijiet tagħha ma jikkompetux mal-industrija tal-Unjoni. Il-kumpanija asseriet li l-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati setgħu jevitaw l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping billi jesportaw tubi tar-ram iżolati lesti minflok il-prodott taħt investigazzjoni, u b’hekk iżidu l-kompetizzjoni mal-prodott tal-kumpanija u jimminaw l-investimenti reċenti tagħha.

(50)

Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li t-tubi tar-ram iżolati la kienu koperti mid-definizzjoni tal-prodott, kif stabbilit fil-premessa (37), u lanqas fl-ilment ta’ dan il-każ, u għalhekk l-industrija tal-Unjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza ta’ dumping u tad-dannu li jirriżulta li tiġġustifika investigazzjoni dwar tubi tar-ram iżolati. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

(51)

Il-Kummissjoni nnotat li l-effetti tal-miżuri jiġu mmonitorjati wara l-impożizzjoni tagħhom, u l-Kummissjoni tista’ tibda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet. Għalhekk, l-asserzjoni ġiet miċħuda.

3.   DUMPING

3.1.   Iċ-Ċina

3.1.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(52)

Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(53)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data neċessarja għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tat-tubi tar-ram. Erba’ produtturi esportaturi minn żewġ gruppi ssottomettew l-informazzjoni rilevanti.

(54)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2. tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda preżentazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(55)

Fil-punt 5.3.2. tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, it-Tajlandja huwa pajjiż rappreżentattiv xieraq possibbli skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku. Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni.

3.1.2.   Valur normali

(56)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(57)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat … li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem jissejħu “kostijiet SG&A”).

(58)

Kif spjegat ulterjorment fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.1.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(59)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddikjara li “[i]d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

—

is-suq inkwistjoni jinqeda b'mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

—

il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

—

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

—

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

—

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

—

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat.”

(60)

Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista.

(61)

Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(62)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet b’bażi soda tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”.

(63)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (“ir-Rapport”) (9), li fih evidenza tal-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll setturi magħżula (bħas-settur kimiku, ….). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport dwar iċ-Ċina tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport.

(64)

L-ilmentatur indika li r-RPĊ hija ekonomija tas-suq soċjalista żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”) li tippermetti intervent sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma interkonnessi f’kull livell (legali, istituzzjonali u personali). Il-GTĊ iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles. L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-GTĊ huma numerużi, inkluża s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll diversi aspetti tal-ambjent regolatorju.

(65)

L-ilment fakkar l-elementi li ġejjin li jirriżultaw f’distorsjonijiet sinifikanti.

(66)

L-ewwel nett, is-settur Ċiniż tat-tubi tar-ram qed jiġi servut minn intervent tal-Gvern fi swieq upstream u downstream li jirriżulta f’distorsjonijiet sinifikanti għall-kostijiet tal-materja prima użata fil-proċess tal-produzzjoni. L-ilmentatur ibbaża ruħu fuq ir-Rapport biex jindika li ċ-Ċina għandha l-akbar produzzjoni dinjija tar-ram, il-produzzjoni tagħha tirrappreżenta 38 % tal-produzzjoni globali. Din id-dominanza ġejja mill-industrijalizzazzjoni rapida u mill-intervent tal-Istat. Il-GTĊ reċentement adotta l-Pjan tar-Ram tiegħu (2025-2027) li jfittex li “jippromwovi l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tar-ram [u] jappoġġa aħjar il-ktajjen industrijali ewlenin fis-settur tal-manifattura” li jirrifletti l-fatt li għaċ-Ċina, “ir-ram huwa materja prima bażika importanti u riżorsa strateġika relatata mill-qrib mal-iżvilupp ekonomiku nazzjonali”. Barra minn hekk, l-14-il Pjan ta’ Ħames Snin (“FYP”) adottat fl-2021 jipprevedi ċerti pjanijiet settorjali ewlenin li huma mmirati lejn is-setturi tal-materja prima inklużi l-metalli mhux ferrużi bħar-ram. L-14-il FYP jipprevedi wkoll diversi FYPs fil-livell provinċjali b’miżuri speċifiċi ta’ politika tal-ippjanar fil-livelli provinċjali u settorjali. L-ilmentatur jargumenta li dawn il-politiki li jfittxu li jżidu l-provvista tal-metall tar-ram fiċ-Ċina se jbaxxu l-prezz għall-metall tar-ram fiċ-Ċina u indirettament se jkunu ta’ benefiċċju għall-produtturi tat-tubi tar-ram billi jnaqqsu b’mod artifiċjali l-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-ilmentatur indika li s-suq domestiku għall-inputs tar-ram u għall-oġġetti lesti downstream huwa mfixkel minn politiki tal-esportazzjoni bħad-dazji fuq l-esportazzjoni u l-kwoti tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva għandhom impatt konsiderevoli fuq il-prezzijiet u d-disponibbiltà għal ċerti komoditajiet inkluż ir-ram. L-ilmentatur argumenta li distorsjonijiet sinifikanti fl-industriji downstream bħas-setturi tal-enerġija rinnovabbli u tal-prodotti ambjentali qed ikollhom impatt fuq l-industrija tat-tubi tar-ram.

(67)

It-tieni, is-suq Ċiniż tat-tubi tar-ram qed jiġi servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur. L-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija Ċiniża. Il-GTĊ u s-CCP iżommu strutturi li jiżguraw l-influwenza kontinwata tagħhom fuq l-SOEs. Is-settur Ċiniż tal-estrazzjoni tradizzjonalment kien fil-biċċa l-kbira taħt il-kontroll tal-Istat. Minkejja ż-żieda fil-privatizzazzjoni tas-setturi tal-estrazzjoni u tal-metall, l-intervent u l-kontroll tal-GTĊ f’kumpaniji li joperaw f’dawn is-setturi għadhom prominenti.

(68)

It-tielet, il-preżenza tal-Istat fil-kumpaniji tat-tubi tar-ram tippermetti wkoll lill-awtoritajiet jinterferixxu fil-prezzijiet u/jew fil-kostijiet. L-ilmentatur ibbaża ruħu fuq ir-Rapport biex ifakkar li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs mill-awtoritajiet tal-Istat u ċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi jirrappreżenta kanali li permezz tagħhom l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Barra minn hekk, il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni ulterjuri fuq is-suq.

(69)

Ir-raba’, il-GTĊ isegwi politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. L-14-il FYP dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jistabbilixxi objettivi ta’ żvilupp, jagħti struzzjonijiet dwar il-miri tal-produzzjoni skont is-segmenti tal-industrija inklużi l-industriji tal-metall mhux ferruż, u jimponi kontroll mill-gvern fuq il-kapaċità tal-produzzjoni, u fuq id-deċiżjonijiet korporattivi.

(70)

Il-ħames, bħal fi kwalunkwe settur ieħor fl-ekonomija Ċiniża, is-settur tat-tubi tar-ram huwa soġġett għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tar-regoli Ċiniżi dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-ilmentatur ibbaża ruħu fuq ir-Rapport biex jargumenta li s-sistema Ċiniża dwar il-falliment tidher inadegwata biex tilħaq l-objettivi ewlenin tagħha stess. Pereżempju, l-għadd ta’ fallimenti għadu magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż. Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina. L-art kollha hija proprjetà tal-Istat, u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ dipendenti biss fuq l-Istat. Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-artijiet.

(71)

Is-sitta, il-kostijiet tal-pagi huma distorti fis-settur tat-tubi tar-ram ukoll. Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali. Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi. Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina.

(72)

Is-seba’, il-produtturi tat-tubi tar-ram għandhom aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ politika pubblika jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-istat. Is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, jikkunsidraw kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. L-SOEs mhux finanzjarji jibqgħu marbuta mal-Istat, mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali u l-implimentazzjoni ta’ politiki pubbliċi mfassla mill-Gvern. Barra minn hekk, l-ilmentatur indika li l-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti. Il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-Gvern. Fl-aħħar nett, it-tkabbir tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni.

(73)

L-ilmentatur ibbaża ruħu fuq ir-Rapport u sostna li d-distorsjonijiet imsemmija hawn fuq huma sistemiċi. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. Il-kostijiet tal-input għall-produzzjoni tat-tubi tar-ram huma distorti minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern. Barra minn hekk, l-involviment tal-Gvern fis-settur tal-enerġija huwa partikolarment rilevanti peress li l-produzzjoni tat-tubi tar-ram hija intensiva ħafna fl-enerġija. Barra minn hekk, il-fornituri tal-inputs jimpjegaw manodopera li hija soġġetta għal distorsjonijiet.

(74)

Bħala konklużjoni, l-ilmentatur argumenta li fis-settur tat-tubi tar-ram hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(75)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b), tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl. L-evidenza fil-fajl inkludiet l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li tibbaża fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku.

(76)

Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina.

3.1.2.1.1.    Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina

(77)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa mnaqqax fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda mill-poplu kollu u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema”. (10)

(78)

L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza ewlenija fl-ekonomija nazzjonali” u l-istat għandu l-mandat li jiżgura l-“konsolidazzjoni u t-tkabbir” tagħha (11). Tabilħaqq, meta mqabbel mat-13-il FYP, il-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat (“SASAC”) ikkonfermat li l-assi totali tal-intrapriżi ċentrali żdiedu b’44,6 % matul l-14-il FYP, “u dawn effettivament xprunaw l-iżvilupp integrat tal-intrapriżi upstream u downstream fil-katina industrijali u pprovdew appoġġ qawwi għall-ilħuq b’suċċess tal-għanijiet u għat-twettiq tal-kompiti ewlenin tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali taċ-Ċina” (12).

(79)

Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda dawn l-interventi huma obbligatorji b’mod espliċitu. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha.

(80)

Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma ttollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (13).

(81)

Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat.

(82)

Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni.

(83)

Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “il-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (14) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina.

(84)

Din it-tmexxija u dan il-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(85)

L-istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (15). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi huma numerużi, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll l-għanijiet ta’ politika kollha li jinsabu fir-regolamenti differenti.

(86)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern.

(87)

Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti.

(88)

Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.).

(89)

L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom kif xieraq, u b’hekk iwasslu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (16).

(90)

It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (17).

(91)

L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma stabbiliti b’mod istituzzjonali u operazzjonali b’mod li ma jkunx immirat lejn il-massimizzazzjoni tal-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda lejn l-iżgurar tal-kontroll u l-awtorizzazzjoni ta’ intervent mill-Istat u mis-CCP (18).

(92)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi speċifikament li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (19).

(93)

B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll mill-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (20).

(94)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern imorru kontra l-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u jirriżultaw fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (21)

3.1.2.1.2.    Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa moqdi b'mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.

(95)

Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew taħt il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(96)

Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa servut prinċipalment minn kumpaniji privati, bħal Changzhou Enreach Copper Co (22)., Zhejiang Hailiang Co. Ltd (23) jew Ningbo Jintian Copper (Group) Co., Ltd (24). Barra minn hekk, peress li r-ram huwa input ewlieni għall-produzzjoni tat-tubi tar-ram, is-sejbiet dwar is-sjieda tal-Istat fis-settur tar-ram huma għalhekk rilevanti: diversi SOEs huma fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin fis-settur tar-ram, bħal pereżempju China Copper Corporation (25), li hija kkontrollata minn Chinalco (26), SOE skont is-SASAC (27), jew China Minmetals Corp (28)., SOE oħra skont is-SASAC (29).

(97)

Madankollu, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs iżda wkoll f’kumpaniji privati (30), bis-CCP jiddikjara tmexxija fuq virtwalment kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Tabilħaqq, l-influwenza tal-Istat permezz tal-istrutturi tas-CCP fil-kumpaniji tirriżulta effettivament f’sitwazzjoni li fiha l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt il-kontroll u taħt is-superviżjoni tal-politiki tal-gvern, fid-dawl ta’ kemm l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien fiċ-Ċina.

(98)

Barra minn hekk, is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa soġġett għal diversi politiki tal-gvern, bħall-14-il FYP dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima (31) li jagħti mandat biex “jiġi pprevenut l-iżvilupp bl-addoċċ u diżordinat fit-tidwib tar-ram (32)” u biex “issir enfasi fuq subsetturi tal-industrija jew prodotti ewlenin b’bażi industrijali b’saħħitha, vantaġġi komparattivi prominenti, u teknoloġiji ewlenin, [biex] jiġi sfruttat ir-rwol ewlieni tal-intrapriżi ewlenin fil-katina industrijali […] u jinħolqu għadd ta’ raggruppamenti industrijali f’[…] metalli mhux ferrużi (33).”

(99)

Bl-istess mod, il-Pjan ta’ Ħidma għat-tkabbir kostanti tal-industrija tal-metall mhux ferruż 2025-2026 (34) ifittex li jiżgura li “[m]ill-2025 sal-2026, il-valur miżjud tal-industrija tal-metalli mhux ferrużi se jikber b’rata annwali medja ta’ madwar 5 %, filwaqt li jżomm xejra ekonomika pożittiva, [li l-]produzzjoni ta’ għaxar metalli mhux ferrużi se tikber b’rata annwali medja ta’ madwar 1,5 %. [u li se] jsir progress pożittiv fl-iżvilupp ta’ riżorsi domestiċi bħar-ram.” (35)

(100)

B’mod aktar speċifiku, il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tar-ram (2025-2027) (36) jistipula li “[s]al-2027, ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-ktajjen industrijali u tal-provvista se jittejbu b’mod sinifikanti. Is-sigurtà tal-materja prima tar-ram se tissaħħaħ kontinwament, billi jsir sforz għal żieda ta’ 5 %-10 % fir-riżorsi domestiċi tal-minerali tar-ram [… u li l-]innovazzjoni teknoloġika se tissaħħaħ kontinwament, b’hekk jinkisbu innovazzjonijiet fi proċessi ewlenin (37).” Il-Pjan ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi wkoll l-għan li “jiġu żviluppati għadd ta’ intrapriżi tal-industrija tar-ram ta’ kwalità għolja, u li l-istruttura industrijali tiġi ottimizzata ulterjorment (38).” Fl-aħħar mill-aħħar, il-GTĊ ifittex li jiżgura li sal-2035 “il-katina industrijali [Ċiniża tar-ram] tkun fuq quddiem nett fid-dinja […] billi tifforma mudell ta’ żvilupp ikkaratterizzat minn struttura industrijali raġonevoli, livell għoli ta’ innovazzjoni teknoloġika, kwalità u effiċjenza tajba, u kompetittività globali b’saħħitha” (39).

(101)

Barra minn hekk, teknoloġiji ġodda għat-tidwib tar-ram huma elenkati fost l-industriji mħeġġa fil-Katalogu ta’ Gwida għall-aġġustament strutturali tal-industrija (edizzjoni tal-2024) (40). L-istess Katalogu juri l-interferenza sħiħa tal-Gvern fis-settur tar-ram. Il-“proġetti tat-tidwib tar-ram b’kapaċità ta’ inqas minn 100 000 tunnellata fis-sena” huma elenkati bħala industriji ristretti fl-istess Katalogu (41).

(102)

Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet industrijali rilevanti (42).

(103)

Pereżempju, l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Fabbrikazzjoni tal-Metalli Mhux Ferrużi taċ-Ċina (“CNFA”) (43) tiddikjara fl-Artikolu 2 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha li l-għan tal-organizzazzjoni huwa li “tiddefendi l-linja bażika tal-Partit u diversi politiki; li taqdi lill-gvern, lill-industrija, lill-intrapriżi, [… u li] taqdi bis-sħiħ ir-rwol tagħha bħala konsulent u assistent tal-gvern.” (44)

(104)

Barra minn hekk, l-Artikolu 3 jiddikjara li s-CNFA “taderixxi mat-tmexxija ġenerali tal-Partit Komunista taċ-Ċina” u “tistabbilixxi organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina, twettaq attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit”. Barra minn hekk, is-CNFA “taċċetta l-gwida u s-superviżjoni tan-negozju tal-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili u tad-dipartiment tal-ġestjoni tal-industrija” (45).

(105)

Zhejiang Hailiang Co. Ltd, Ningbo Jintian Copper (Group) Co., Ltd., u Chinalco huma fost il-membri tas-CNFA (46). L-ewwel żewġ gruppi huma l-uniċi li wieġbu għall-formola tal-kampjunar.

(106)

Konsegwentement, il-produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat huma pprevenuti milli joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika.

3.1.2.1.3.    Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż, tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

(107)

Il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni fejn jista’ jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. B’mod partikolari, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm jekk tal-Istat kif ukoll privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali.

(108)

Skont id-dritt soċjetarju taċ-Ċina, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (47)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet neċessarji għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit.

(109)

Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet tan-negozju fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (48), inkluż billi jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-Partit (49).

(110)

Diġà fl-2017, kien irrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-Partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (50). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(111)

Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020, inħareġ dokument bit-titolu Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida (“il-Linji Gwida”) (51), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati.

(112)

It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nkomplu nżidu l-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri”. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (52).

(113)

L-investigazzjoni kkonfermat li jeżistu wkoll koinċidenzi bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija fil-PKĊ / il-funzjonijiet tal-Partit fis-settur tar-ram. Bħala eżempju, wieħed mid-diretturi ta’ Zhejiang Hailiang Co. Ltd li huwa wkoll il-Viċi President ta’ Hailiang Group Co., Ltd., l-azzjonist kontrollanti tal-kumpanija, huwa membru tas-CCP (53).

(114)

Barra minn hekk, il-President ta’ Dongfang Run’ an Group, il-kumpanija azzjonarja ta’ wieħed mill-produtturi ewlenin tat-tubi tar-ram Changzhou Enreach Copper Co., (54) huwa membru tas-CCP (55) u ngħata d-distinzjoni ta’ “Bennej Pendenti tas-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi Figuri Mhux tas-Settur Pubbliku fil-Provinċja ta’ Jiangsu” (56).

(115)

Barra minn hekk, il-President ta’ China Copper Corporation iservi wkoll bħala l-Viċi Maniġer Ġenerali u membru tal-Grupp ta’ Tmexxija tal-Partit tal-kumpanija azzjonarja Chinalco (57). Barra minn hekk, il-Maniġer Ġenerali ta’ China Copper Corporation iservi wkoll bħala s-Segretarju tal-Partit (58). B’mod aktar speċifiku, il-Kumitat tal-Partit ta’ China Copper Corporation jasserixxi li f’dawn l-aħħar snin “iffoka fuq l-integrazzjoni profonda tal-bini tal-Partit mal-operazzjonijiet tal-produzzjoni u tan-negozju” u li approva proġetti wara li “diversi livelli tal-organizzazzjonijiet tal-Partit irrieżaminawhom” (59).

(116)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (60). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, fis-settur tar-ram u f’setturi oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

3.1.2.1.4.    Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

(117)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern.

(118)

B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (61).

(119)

L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-prodott ikkonċernat.

(120)

L-14-il FYP dwar l-iżvilupp tal-industrija tal-materja prima (62) għandu l-għan li “jikkontrolla strettament kapaċitajiet ġodda” u jirrikjedi li l-“[g]vernijiet lokali għandhom jinkorpora[w] il-kontenut u l-proġetti ewlenin tal-Pjan fl-arranġamenti ta’ ħidma ewlenin lokali tagħhom”. Barra minn hekk, il-GTĊ ifittex li jsaħħaħ il-koordinazzjoni tal-politika u “[j]isfrutta bis-sħiħ ir-rwol ta’ gwida tal-pjan, u jsaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-politika fiskali, finanzjarja, tat-taxxa, tal-investiment, tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, tal-enerġija, tal-ambjent ekoloġiku, tar-riżorsi naturali, tal-prezzijiet u tal-politiki industrijali” (63).

(121)

Skont il-Pjan ta’ Implimentazzjoni għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tar-ram (2025-2027) (64), il-GTĊ beħsiebu “[j]ħaffef l-iskoperti fit-teknoloġiji ewlenin [u j]iggwida lill-intrapriżi tal-produzzjoni tal-materjal tar-ram jikkollaboraw mal-istituti tar-riċerka u mal-intrapriżi tal-applikazzjoni downstream biex iwettqu riċerka u żvilupp u applikazzjoni industrijali ta’ teknoloġiji ta’ preparazzjoni tal-materjal tal-liga tar-ram ta’ prestazzjoni għolja, [kif ukoll i]ħaffef l-iżvilupp ta’ tagħmir ewlieni bħal ġenerazzjoni ġdida ta’ linji ta’ produzzjoni ta’ tubi tar-ram bi preċiżjoni għall-ikkastjar u għal-laminazzjoni kontinwi” (65). Għal dan il-għan, l-awtoritajiet pubbliċi huma mistennija li “jsaħħu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-politika fiskali, finanzjarja, tat-tassazzjoni, tal-investiment, tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u l-politiki industrijali biex ikomplu jisfruttaw l-effetti tal-politika”. Barra minn hekk, [j]enħtieġ li huma (…) jiggwidaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu appoġġ preċiż u effettiv għall-kostruzzjoni u għat-titjib ta’ proġetti ewlenin tal-industrija tar-ram li jissodisfaw l-istandards tal-industrija (…) u [j]saħħu l-valutazzjoni u l-gwida tal-intrapriżi rilevanti tal-Istat.” (66)

(122)

Fil-livell tal-provinċja, bl-istess mod, skont l-14-il FYP ta’ Jiangxi dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-metalli mhux ferrużi (67), l-awtoritajiet tal-gvern huma mistennija li jsawru t-tqassim industrijali tas-settur kif ġej: “il-bini ta’ sistema industrijali kkaratterizzata minn industriji relattivament ikkonċentrati, ktajjen industrijali kompluti, vantaġġi komplementari, u żvilupp koordinat (68).

(123)

Fil-livell muniċipali, il-Muniċipalità ta’ Kunming iffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni strateġika ma’ China Copper Corporation (69) sabiex tiżgura “li ż-żewġ partijiet jallinjaw bis-sħiħ mal-pjanijiet strateġiċi nazzjonali u dawk provinċjali ta’ Yunnan għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-metalli mhux ferrużi.” (70)

(124)

Għalhekk, permezz ta’ dawn l-istrumenti u mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u fil-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream.

(125)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jikkonċernaw is-settur. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

3.1.2.1.5.    Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà

(126)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża b’mod formali fuq prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħra għajr iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku.

(127)

In-numru ta’ fallimenti għadu magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-anqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (71).

(128)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tad-drittijiet għall-art u għall-użu tal-art fiċ-Ċina (72). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ dipendenti biss fuq l-istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet huma regolarment mhux irrispettati, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (73). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (74).

(129)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ anke fis-settur tar-ram. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet.

(130)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat.

3.1.2.1.6.    Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: id-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi

(131)

Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa kompletament fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (75).

(132)

Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (76). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-medda sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari.

(133)

Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (77). Dawk is-sejbiet juru d-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fiċ-Ċina.

(134)

Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li turi li s-settur tat-tubi tar-ram ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fiċ-Ċina).

3.1.2.1.7.    Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(135)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(136)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (78), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (79) u jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-GTĊ.

(137)

Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (80). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(138)

Żviluppi reċenti jkomplu juru l-firxa tal-influwenza tal-gvern fuq l-istituzzjonijiet finanzjarji fiċ-Ċina. F’Marzu 2025, il-GTĊ ħabbar ħruġ ta’ RMB 500 biljun f’bonds tat-teżor biex jipprovdi appoġġ finanzjarju sostanzjali lill-banek ewlenin, inkluż il-Bank of China, iċ-China Construction Bank, il-Bank of Communications, u l-Postal Savings Bank of China. Dan l-intervent kellu l-għan li jistabbilizza dawn l-istituzzjonijiet fost tnaqqis fil-profittabbiltà u rekord ta’ marġnijiet baxxi tal-imgħax nett, filwaqt li jenfasizza l-miżuri proattivi meħuda mill-Istat biex tinżamm l-istabbiltà ekonomika (81).

(139)

Barra minn hekk, il-GTĊ iċċara li anke d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (82). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa jridu, b’mod partikolari, iqisu kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi nazzjonali tal-iżvilupp u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (83).

(140)

Barra minn hekk, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, b’Diversi Miżuri għall-Promozzjoni Ulterjuri tal-Iżvilupp tal-Investiment Privat (84), il-GTĊ ifittex li “jżid ir-riżorsi baġitarji ċentrali biex jappoġġa proġetti ta’ investiment privat kwalifikati u biex ikollu rwol ta’ gwida u ewlieni b’mod attiv”. Il-GTĊ biħsiebu wkoll “jagħmel użu tajjeb minn strumenti finanzjarji ta’ politika ġodda [u] jappoġġa għadd ta’ proġetti ta’ investiment privat kwalifikati f’industriji importanti u oqsma ewlenin (85)”.

(141)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u mis-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern (86). Dan huwa amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (87). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(142)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta’ investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabilità, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali.

(143)

It-tielet, għalkemm fuq livell teoretiku, f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fir-rata ta’ referenza jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu fl-aħħar tal-2018 (88). Il-media uffiċjali fiċ-Ċina dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li titbaxxa r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self” (89). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv u mhux neċessarjament effiċjenti tal-kapital.

(144)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, bil-GTĊ jagħżel diversi drabi li jew jevita l-inadempjenzi, biex b’hekk joħloq l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, inkella jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż., permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha.

(145)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu sabiex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

(146)

Ma tressqet l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott taħt rieżami ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod serju fil-livelli kollha.

3.1.2.1.8.    In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

(147)

Il-Kummissjoni nnutat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport aġġornat huma karatteristiċi għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport aġġornat japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess jgħodd għall-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbiliti hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport aġġornat.

(148)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru dawn l-inputs, il-prezzijiet li dawn iħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq. Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet hija applikabbli b’mod ġenerali, peress li l-produtturi tat-tubi tar-ram huma soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Għalhekk, id-distorsjonijiet għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat.

(149)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport aġġornat.

(150)

Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha kemm hi. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien immanifatturat fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ medda ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija.

(151)

F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma preżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju.

3.1.2.2.   Pajjiż rappreżentattiv

3.1.2.2.1.    Kummenti ġenerali

(152)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

—

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (90);

—

Il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’dak il-pajjiż;

—

L-eżistenza ta’ data rilevanti disponibbli faċilment fil-pajjiż rappreżentattiv.

—

Meta jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ngħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(153)

Fis-7 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni ħarġet nota għall-fajl dwar is-Sorsi għad-Determinazzjoni tal-Valur Normali (“in-Nota”). F’din in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Din in-Nota ddeskriviet ukoll il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u informat lill-partijiet interessati dwar il-pajjiżi li jistgħu jitqiesu bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

(154)

Fin-Nota, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil, lill-Malażja, lill-Messiku, lis-Serbja, lill-Afrika t’Isfel, lit-Tajlandja u lit-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri kollha huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi b’“introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li jiġi mmanifatturat il-prodott taħt investigazzjoni.

(155)

Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati fin-Nota.

L-eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv

(156)

Fin-Nota, il-Kummissjoni indikat li għad-disponibbiltà tad-data kien meħtieġ li tiġi vverifikata aktar b’mod partikolari fir-rigward tad-data finanzjarja faċilment disponibbli mill-produtturi tal-prodott li qed jiġi investigat.

(157)

Il-Kummissjoni analizzat l-istatistika tal-importazzjoni għall-materjal ta’ input ewlieni, jiġifieri għall-katodi tar-ram, li jirrappreżentaw aktar minn 95 % tal-kost tal-produzzjoni u għall-iskart u għar-ruttam tar-ram, għas-seba’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali msemmija fil-premessa (154). L-istatistika wriet li f’dawk is-seba’ pajjiżi kollha elenkati hawn fuq, kemm il-katodi tar-ram kif ukoll ir-ruttam tar-ram huma fil-biċċa l-kbira importati minn pajjiżi għajr iċ-Ċina, ir-Russja jew dawk il-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (91).

(158)

Fir-rigward tal-Brażil, il-Kummissjoni identifikat żewġ produtturi fil-Brażil: Termomecanica (92) u Paranapanema (93). Għal Termomecanica, il-Kummissjoni ma setgħetx issib data finanzjarja disponibbli għall-PI (l-aktar waħda reċenti kienet mill-2023), filwaqt li għal Paranapanema l-aħħar data finanzjarja (2024) uriet telf. Meta jitqies li l-Kummissjoni ma setgħetx issib evidenza ta’ produzzjoni profittabbli tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Brażil, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-Brażil ma kienx xieraq biex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni.

(159)

Fil-każ tal-Malażja, l-Ilmentatur u l-Kummissjoni identifikaw żewġ produtturi: Il-Korporazzjoni KMCT u MetTube. Il-Kummissjoni ma setgħetx issib data finanzjarja disponibbli għall-KMCT. Fil-każ ta’ MetTube, l-aħħar data finanzjarja disponibbli (2024) uriet li l-kumpanija kulma għamlet kien li kisbet ekwilibriju (profitt <1 %). Meta jitqies li l-Kummissjoni ma setgħetx issib evidenza ta’ produzzjoni profittabbli tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Malażja, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Malażja ma kinitx xierqa biex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni.

(160)

Fir-rigward tal-Messiku, il-Kummissjoni identifikat tliet produtturi tal-PUI: GDA, Industrias Unidas, S.A. de C.V. (“IUSU”) Elementia Materiales, S.A.P.I. DE C.V. (“Elementia”). Madankollu, GDA huwa relatat ma’ produttur esportatur ieħor fir-RPĊ, u għalhekk ma setax jitqies peress li dan il-fatt jista’ jikkomprometti l-affidabbiltà tad-data finanzjarja tiegħu. Il-Kummissjoni ma setgħet issib l-ebda data finanzjarja faċilment disponibbli għal IUSU. Il-Kummissjoni sabet data faċilment disponibbli għal Elementia iżda skont ir-rapport finanzjarju, id-diviżjoni tal-metall ta’ din il-kumpanija ma kinitx profittabbli. Meta jitqies li l-Kummissjoni ma setgħetx issib evidenza ta’ produzzjoni profittabbli tal-prodott taħt investigazzjoni fil-Messiku li ma huwiex affettwat mid-distorsjonijiet li nstabu fiċ-Ċina, il-Kummissjoni ma qisitx lill-Messiku bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(161)

L-ebda wieħed miż-żewġ produtturi fl-Afrika t’Isfel, Maksal Tubes (Pty) Ltd (94). jew Copper Tubing Africa (Pty) Ltd (95). ma kellu data finanzjarja disponibbli faċilment. Meta jitqies li l-Kummissjoni ma setgħetx issib evidenza ta’ produzzjoni profittabbli tal-prodott taħt investigazzjoni fl-Afrika t’Isfel, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Afrika t’Isfel ma kinitx xierqa biex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni.

(162)

Fir-rigward tat-Tajlandja, il-Kummissjoni identifikat produttur wieħed, Loyal Hailiang Copper (Thailand) Co., Ltd, b’data faċilment disponibbli għall-2024. Madankollu, din id-data ma tkoprix il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-kumpanija hija relatata ma’ Zhejiang Hailiang Co., Ltd, il-produttur esportatur fir-RPĊ taħt investigazzjoni fl-istess proċediment, li jista’ jikkomprometti l-affidabbiltà tad-data finanzjarja tagħha. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-importazzjonijiet tal-katodi tar-ram miċ-Ċina kienu jirrappreżentaw 25 % tal-importazzjonijiet totali tal-katodi tar-ram fit-Tajlandja. Għalhekk, it-Tajlandja ma tqisitx bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(163)

Għat-Turkija, il-Kummissjoni identifikat żewġ produtturi Sarkuysan (96) u Ulusoy Bakır ve Metal Sanayi ve Ticaret A.Ş. (Ulusoy) (97). Madankollu, id-data finanzjarja ta’ dawn il-produtturi ma kinitx disponibbli faċilment, u b’konsegwenza ta’ dan, dawn ma setgħux jitqiesu xierqa għad-determinazzjoni tal-kostijiet SG&A u tal-profitt. Meta jitqies li l-Kummissjoni ma setgħetx issib evidenza ta’ produzzjoni profittabbli tal-prodott taħt investigazzjoni fit-Turkija, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija ma kinitx xierqa biex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni.

(164)

Il-Kummissjoni identifikat rapporti finanzjarji disponibbli faċilment biss għal produttur wieħed tal-prodott taħt investigazzjoni li wera livell raġonevoli ta’ profittabbiltà għal perjodu li jikkoinċidi mal-perjodu intier tikkoinċidi ta’ investigazzjoni, jiġifieri, VALJAONICA BAKRA SEVOJNO AD SEVOJNO fis-Serbja (98).

(165)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, fin-Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li beħsiebha li tuża s-Serbja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-informazzjoni finanzjarja tal-kumpanija VALJAONICA BAKRA SEVOJNO AD SEVOJNO fis-Serbja, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku, sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

(166)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tas-Serbja bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ VALJAONICA BAKRA SEVOJNO AD SEVOJNO bħala produttur fil-pajjiż rappreżentattiv.

(167)

Wara n-Nota, l-EUCTDC b’mod ġenerali appoġġa l-għażla tas-Serbja bħala pajjiż rappreżentattiv. Madankollu, hija argumenta li d-data finanzjarja tal-produttur magħżul fil-pajjiż rappreżentattiv ma kinitx tippreżenta profitt raġonevoli matul il-PI, li, skont l-EUCTDC kien ta’ 2 %, u talab lill-Kummissjoni tuża profitt storiku ta’ 7 %, jew taġġustah għal 6 %, jew tuża d-data finanzjarja ta’ distributur Serb tal-prodott taħt investigazzjoni.

(168)

L-EUCTDC argumenta li l-marġni ta’ profitt ta’ 2 % ma kienx raġonevoli u għalhekk ma jikkonformax mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Huwa asserixxa wkoll li l-indikazzjoni tal-profitt raġonevoli jenħtieġ li tinqara flimkien mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxi l-profitt mira minimu f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni.

(169)

Il-Kummissjoni fakkret li la hemm limitu minimu u lanqas massimu għad-determinazzjoni ta’ profitt raġonevoli meta jinħadem il-valur normali. Il-profitt raġonevoli huwa stabbilit fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi tal-każ partikolari inkwistjoni u fuq il-bażi tal-aħjar data finanzjarja disponibbli. Il-profitt ma għandux għalfejn jiġi stabbilit fil-livell minimu ta’ 6 % (99) li japplika għall-profitt fil-mira tal-industrija tal-Unjoni, mhux għall-profitt fil-pajjiż rappreżentattiv. Għalhekk, l-affermazzjoni li l-profitt jiġi aġġustat għal livell li jirrifletti l-profitt fil-mira minimu applikat għall-kalkolu tal-profitt fil-mira tal-industrija tal-Unjoni.

(170)

Fil-kummenti tagħha għan-Nota, l-EUCTDC affermat li t-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-kumpanija Serba, minn 7 % fl-2022 għal 2 % fl-2025, enfasizza l-pressjoni mill-fornituri Asjatiċi tal-prodott taħt investigazzjoni fir-reġjun. Għal din ir-raġuni, l-EUCTDC issuġġerixxa li jintuża l-profitt mill-2022 jew profitt medju matul l-aħħar erba’ snin. L-EUCTDC ma pprovda l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ tali pressjoni. Il-Kummissjoni lanqas ma sabet tali evidenza u lanqas ma osservat żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni miċ-Ċina lejn is-Serbja fil-perjodu ta’ wara l-2022. Għalhekk, l-asserzjoni li jintuża profitt minn sena tant imbiegħda mill-PI bħall-2022, jew il-profitt medju għall-perjodu ta’ erba’ snin preċedenti, ġiet miċħuda.

(171)

Madankollu, wara li kkunsidrat il-fatt li l-profitt miksub matul il-PI kien tabilħaqq baxx, u b’mod partikolari li kien aktar baxx mill-profitt miksub mill-biċċa l-kbira tal-produtturi esportaturi li kkooperaw f’pajjiżi għajr ir-RPĊ fuq il-bejgħ tal-prodott investigat fis-swieq domestiċi rispettivi lill-klijenti indipendenti, il-Kummissjoni rrikorriet għas-sena l-eqreb tal-PI bi profitt raġonevoli. Il-Kummissjoni qieset id-data finanzjarja għall-2024, is-sena ta’ qabel il-PI, meta VALJAONICA BAKRA SEVOJNO AD SEVOJNO rreġistrat profitt ta’ 5 % u l-kostijiet SG&A ta’ 11 %, li tqiesu raġonevoli peress li kienu qed jirriflettu b’mod aktar preċiż ir-riżultati finanzjarji medji tal-produtturi fis-settur tal-prodott ikkonċernat. Il-profitt u l-kostijiet SG&A totali kienu f’livell simili għal dawk miksuba matul il-PI, u l-profitt innifsu tqies li kien f’livell raġonevoli.

(172)

Minkejja li ntużat id-data għas-sena 2024, VALJAONICA BAKRA SEVOJNO AD SEVOJNO jibqa’ l-uniku produttur tal-prodott taħt investigazzjoni b’data finanzjarja faċilment disponibbli li tista’ turi profitt u kostijiet SG&A li jwasslu għal ammonti raġonevoli. Kif spjegat fil-premessa (162), LOYAL HAILIANG COPPER (THAILAND) CO LTD fit-Tajlandja kellu wkoll data finanzjarja disponibbli faċilment għall-2024, iżda ma setax jintuża bħala indikatur xieraq minħabba li huwa relatat ma’ produttur esportatur Ċiniż ieħor u għalhekk tqieset bħala mhux affidabbli.

(173)

Fil-kummenti tiegħu għan-Nota, Jintian China, abbażi tal-istatistika pprovduta fin-Nota, argumenta li t-Turkija hija pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq minħabba li l-volum ta’ katodi tar-ram importati huwa tnax-il darba ogħla milli fis-Serbja, u, skont Jintian China, il-prezz medju tal-importazzjoni fit-Turkija huwa aktar newtrali minn dak fis-Serbja peress li fil-każ ta’ volum ta’ importazzjoni akbar, l-impatt ta’ fatturi okkażjonali jista’ jittaffa.

(174)

Bi tweġiba għall-kummenti ta’ Jintian China, l-EUCTDC oppona l-fehma li t-Turkija jenħtieġ li titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Huwa argumenta li, għalkemm il-volum tal-katodi tar-ram importati kien ogħla milli fis-Serbja, il-prezz medju tal-importazzjoni kien aktar baxx mill-prezz annwali medju tal-London Metal Exchange (“LME”) għall-katodi tar-ram u aktar baxx mill-prezzijiet osservati fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali l-oħrajn (ħlief għall-Malażja u għall-Brażil). Minħabba li l-prezz tal-LME huwa kkwotat fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, il-prezz reali tal-importazzjoni jenħtieġ li jkun saħansitra ogħla. Konsegwentement, l-EUCTDC ikkonkluda li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-katodi tar-ram fit-Turkija ma jistgħux jitqiesu rappreżentattivi.

(175)

Il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet tal-materjali ta’ input ewlenin mis-seba’ pajjiżi kollha rappreżentattivi. Kif diġà ġie ddikjarat fil-premessi (159) u (162), hija qieset li l-Malażja u t-Tajlandja ma humiex xierqa. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tqis l-importazzjonijiet Serbi bħala mhux rappreżentattivi. Jintian China ma pprovda l-ebda evidenza jew argument li jbiddel din il-pożizzjoni. Fin-nuqqas ta’ data finanzjarja disponibbli faċilment, is-sempliċi osservazzjoni li t-Turkija, pajjiż ferm akbar mis-Serbja, timporta volumi ogħla la hija skoperta ġdida u lanqas kriterju rilevanti biex jitqies li l-importazzjonijiet Serbi m’humiex rappreżentattivi.

(176)

Jintian China asserixxa wkoll li t-Turkija jenħtieġ li ma tiġix eliminata bħala pajjiż rappreżentattiv possibbli għar-raġuni li d-data finanzjarja għall-produttur tal-prodott taħt investigazzjoni ma kienx faċilment disponibbli. Jintian China pprovda r-rapporti finanzjarji ta’ Sarkuysan, wieħed mill-produtturi identifikati tal-prodott taħt investigazzjoni fit-Turkija. Għalhekk, fil-fehma ta’ Jintian China, it-Turkija hija pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(177)

Ir-rapporti finanzjarji pprovduti minn Jintian China jkopru l-PI u huma faċilment disponibbli. Madankollu, hija verżjoni konsolidata għall-grupp korporattiv kollu. Il-Grupp jikkonsisti f’diversi impriżi sussidjarji li jwettqu funzjonijiet differenti u jimmanifatturaw firxa wiesgħa ta’ prodotti. L-aktar importanti, l-impriżi sussidjarji li r-riżultati finanzjarji tagħhom huma inkorporati fir-rapporti finanzjarji konsolidati jinsabu f’pajjiżi differenti, bħall-Bulgarija, il-Ġermanja u l-Istati Uniti. Konsegwentement, il-profitt u l-kostijiet SG&A ma setgħux jiġu attribwiti biss lill-produttur esportatur tal-prodott taħt investigazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv potenzjali.

(178)

Għalhekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex it-Turkija titqies bħala pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq mis-Serbja.

Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(179)

Wara li ġie stabbilit li s-Serbja kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

3.1.2.2.2.    Konklużjoni

(180)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, is-Serbja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku biex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.1.2.3.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(181)

Fin-Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-Nota.

(182)

Il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija se tuża l-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Uffiċċju tal-Istatistika tar-Repubblika tas-Serbja (100) u l-ILO (101) biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera u tal-enerġija (l-elettriku (102) u l-gass naturali (103)).

(183)

Fin-Nota, il-Kummissjoni informat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-piż negliġibbli ta’ xi materja prima fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-entrati negliġibbli ġew raggruppati taħt “materjali konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat li hija se tikkalkula l-persentaġġ tal-materjali konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima (li jammonta għal 5 %) u se tapplika dan il-persentaġġ għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.1.2.3.1.    Fatturi ta’ produzzjoni

(184)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi ta’ produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Merkanzija

Sors

Valur mingħajr distorsjoni

(CNY)

Unità ta’ kejl

Materja prima

Katodu tar-Ram

7403 11

GTA

77,19

kg

Materjal konsumabbli

Manodopera

Manodopera

mhux applikabbli

L-Uffiċċju tal-Istatistika tar-Repubblika tas-Serbja (104) u l-ILO (105)

74,96

sigħat

Enerġija

Elettriku

mhux applikabbli

L-Aġenzija tal-Enerġija tas-Serbja (106)

0,90

kWh

Gass naturali

mhux applikabbli

L-Aġenzija tal-Enerġija tas-Serbja (107)

0,31

kWh

(104)  https://www.stat.gov.rs/en-US/oblasti/trziste-rada/zarade

(105)  https://ilostat.ilo.org/data/?cat_mode=subject

(106)  https://www.aers.rs/media/Files/Izvestaji/Godisnji/Izvestaj%20Agencije%202025.pdf

(107)  https://www.aers.rs/media/Files/Izvestaji/Godisnji/Izvestaj%20Agencije%202025.pdf

(185)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex tistabbilixxi dan l-ammont, il-Kummissjoni użat id-data pprovduta mill-ilmentatur dwar il-kostijiet tal-manifattura li ma kinux ġew inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni (FOP) individwali ta’ hawn fuq. Fir-rigward tal-produttur esportatur li kkoopera, il-Kummissjoni użat id-data pprovduta mill-ilmentatur. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-Taqsima 3.1.2.3.6.

3.1.2.3.2.    Materja prima

(186)

Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha.

(187)

Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet reali mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera u kif previst fl-ilment kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet f’materjal konsumabbli kif spjegat fil-premessi (183).

(188)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

(189)

Fir-rigward ta’ Jintian China, il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab minn Jintian China għall-provvista ta’ materja prima bħala persentaġġ tal-kost reali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kost tat-trasport mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

(190)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stmat il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li ma kkooperax għall-provvista ta’ materja prima bħala persentaġġ tal-kost mingħajr distorsjoni tal-materja prima sabiex tikseb il-kost tat-trasport mingħajr distorsjoni.

3.1.2.3.3.    Manodopera

(191)

L-Uffiċċju tal-Istatistika tar-Repubblika tas-Serbja jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fis-Serbja. Il-Kummissjoni użat l-aktar statistika reċenti disponibbli li tkopri s-sena 2025 għall-kost lavorattiv medju fis-settur tal-manifattura tal-metalli bażiċi, li tinkludi l-kostijiet lavorattivi fis-settur tat-tubi tar-ram (108). Għall-ħin medju tax-xogħol fis-settur tal-manifattura, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO (109).

3.1.2.3.4.    Elettriku

(192)

Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fis-Serbja huwa ppubblikat mill-Aġenzija tal-Enerġija tas-Serbja (110). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa ta’ konsum korrispondenti fl-2025 kif ippubblikata mill-Aġenzija.

3.1.2.3.5.    Gass naturali

(193)

Il-prezz tal-gass naturali għall-utenti industrijali fis-Serbja huwa ppubblikat mill-Aġenzija tal-Enerġija tas-Serbja (111). Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet fil-faxxa ta’ konsum korrispondenti matul il-PI.

3.1.2.3.6.    Kostijiet ġenerali tal-manifattura, kostijiet SG&A u profitti

(194)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(195)

Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data tal-ilmentatur, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura mat-total tal-kostijiet tal-manifattura u dawk lavorattivi. Imbagħad, dan il-persentaġġ ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura, skont il-mudell prodott.

(196)

Għal Jintian China, il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba minn dan il-produttur esportatur ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

(197)

Sabiex tistabbilixxi ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kosti u l-profitti tal-SG&A, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għall-2024 fil-każ ta’ VALJAONICA BAKRA SEVOJNO AD SEVOJNO, kif estratta minn Orbis.

3.1.2.3.7.    Kalkolu

(198)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott u fuq il-bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(199)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur fil-formoli tal-ilment u tal-input ipprovduti miż-żewġ gruppi ta’ esportaturi dwar l-użu ta’ kull fattur (il-materjali u l-manodopera) għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni.

(200)

Fil-każ ta’ Jintian China, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet mingħajr distorsjoni ta’ unità għall-konsum reali tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-taqsima 3.1.2.2.

(201)

Ladarba ġie stabbilit il-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG&A u l-profitt kif innutat fil-premessi minn (194) sa (197).

(202)

Imbagħad, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali medji tal-manifattura, kif spjegat fil-premessa (195), mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni.

(203)

Għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet SG&A u l-profitt ta’ VALJAONICA BAKRA SEVOJNO AD SEVOJNO. Il-kostijiet SG&A ġew espressi bħala persentaġġ tal-Kostijiet tal-Oġġetti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-produzzjoni, ammontaw għal 11 %. Il-profitt, espress bħala persentaġġ tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 5 %.

(204)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.1.3.   Prezz tal-esportazzjoni

3.1.3.1.   Jintian China

(205)

Il-produttur esportatur li kkoopera, Jintian China, esporta lejn l-Unjoni permezz tan-negozjant relatat tiegħu f’Hong Kong, u għalhekk il-prezz imħallas jew pagabbli lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni ġie aġġustat kif spjegat fit-taqsima 3.1.5.1.

3.1.3.2.   Produtturi esportaturi oħra

(206)

Kif spjegat fil-premessi (11) sa (17), il-kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi miċ-Ċina kienet baxxa u għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien ibbażat fuq il-prezz medju tal-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina, kif stabbilit fit-Taqsima 4.4 hawn taħt, aġġustat għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika billi tnaqqsu n-nol marittimu u n-nol intern kif indikat fl-ilment.

3.1.4.   Tqabbil

(207)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat ulterjorment aktar ’il quddiem, meta jkun xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u li ntwerew, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet.

3.1.4.1.   Aġġustamenti magħmula għall-valur normali

(208)

Kif spjegat fil-premessa (198), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-ispejjeż SG&A u għall-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, l-ebda aġġustament ma kien neċessarju biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

3.1.4.1.1.    Jintian China

(209)

Jintian China importat materja prima u sussegwentement biegħet il-prodott taħt investigazzjoni taħt ir-reġim doganali tal-ipproċessar attiv. Skont il-metodoloġija tat-taxxa attwali tar-RPĊ dwar il-VAT mhux rimborżabbli fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni, il-VAT mhux rimborżabbli tiġi ddeterminata billi jitnaqqas il-valur tal-inputs importati eżentati mit-taxxa mill-valur totali tal-esportazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku għal dan il-valur miżjud fuq il-prodott esportat lejn l-Unjoni. Barra min dan, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għal xi konċessjonijiet ulterjuri għall-valur normali fir-rigward ta’ Jintian China, u lanqas ma ntalbu konċessjonijiet mill-kumpanija.

3.1.4.1.2.    Produtturi esportaturi oħra

(210)

Fil-każ tal-produttur esportatur l-ieħor, il-Kummissjoni għamlet ukoll aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku għad-differenza fit-taxxi indiretti bejn il-bejgħ għall-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni u l-valur normali fejn ġew esklużi taxxi indiretti bħall-VAT. Il-kumpaniji li jesportaw it-tubi tar-ram ma kinux intitolati għal rifużjoni tal-VAT tal-input fuq il-materja prima mixtrija għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Konsegwentement, id-differenza fit-taxxi indiretti bejn il-bejgħ għall-esportazzjoni u l-valur normali kienet tammonta għal 13 %, u sar aġġustament korrispondenti.

3.1.5.   Aġġustamenti magħmula għall-prezz tal-esportazzjoni

3.1.5.1.   Jintian China

(211)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: nol, assigurazzjoni, tqandil, tagħbija u spejjeż anċillari.

(212)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: kost tal-kreditu, imposti bankarji.

(213)

Jintian China esporta lejn l-Unjoni permezz ta’ negozjant relatat f’Hong Kong. Għalhekk, sar aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għall-kummissjonijiet. In-negozjant kien responsabbli għar-relazzjoni mal-klijenti, b’mod partikolari ż-żamma u l-bidu ta’ kuntatti mal-klijenti, il-ġestjoni tal-ordnijiet u t-tranżazzjonijiet, l-organizzazzjoni tat-trasport, in-nol, l-assigurazzjoni għall-bejgħ. In-negozjant ġie nnumerat mill-ġdid għat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet permezz ta’ mark-up. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li n-negozjant kien qed iwettaq funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Fid-dawl tar-relazzjoni bejn in-negozjant u l-produttur, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont għall-kummissjoni abbażi tal-kostijiet SG&A reali tan-negozjant relatat u profitt nozzjonali ta’ 10 %.

(214)

Fir-rigward ta’ dan il-profitt, fil-proċediment kurrenti l-ebda wieħed mill-importaturi mhux relatati ma kkoopera. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda data minn negozjanti mhux relatati li jinnegozjaw l-istess prodott jew prodott simili għall-prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rrikorriet għall-eqreb prodott possibbli għall-prodott ikkonċernat – prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ (“SSCR”), li wkoll huwa kkaratterizzat minn sehem għoli tal-input tal-metall rispettiv. Għalhekk, il-Kummissjoni bbażat b’mod proviżorju fuq il-profitt meqjus raġonevoli f’investigazzjoni reċenti ta’ rifużjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet tas-SSCR (112). F’dik l-investigazzjoni, il-profitt tal-importaturi mhux relatati kien bejn 10 % u 13 %, u l-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika b’mod konservattiv il-limitu inferjuri ta’ dik il-firxa.

3.1.5.2.   Produtturi esportaturi oħra

(215)

Il-prezz tal-esportazzjoni għal produtturi esportaturi oħra ġie stabbilit fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif spjegat fil-premessa (206).

(216)

Abbażi tal-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi esportaturi magħrufa kollha fiċ-Ċina joperaw b’mudell simili għal Jintian China u jbigħu l-prodott ikkonċernat permezz ta’ negozjanti relatati fiċ-Ċina jew f’pajjiżi terzi. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-istess aġġustament bħal ta’ Jintian China, spjegat fil-premessa (213) għall-kumpaniji l-oħrajn kollha. Il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont tal-kostijiet SG & A abbażi tal-kostijiet SG & A medji rrapportati min-negozjanti relatati kollha li kkooperaw tal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kollha soġġetti għal din l-investigazzjoni. Fir-rigward tal-profitt nozzjonali, il-Kummissjoni applikat 10 % kif previst fil-premessa (214).

3.1.6.   Marġnijiet tad-dumping

(217)

Kif spjegat fil-premessa (18), il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 18 għad-determinazzjoni tad-dumping, ħlief għall-produttur esportatur Jintian China, li għalih ġie kkalkulat marġni individwali.

3.1.6.1.   Jintian China

(218)

Għal Jintian China, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

3.1.6.2.   Produtturi esportaturi oħra

(219)

Il-Kummissjoni ddeterminat il-marġni tad-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha abbażi tal-fatti disponibbli, bl-użu tad-data pprovduta mill-ilmentatur u mill-produtturi esportaturi li kkoperaw għall-aġġustament kif spjegat fil-premessa (216). Imbagħad, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(220)

Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju

Ningbo Jintian Copper Tube Co., Ltd

33,5  %

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina

51,5  %

3.2.   Il-Messiku

3.2.1.   Valur normali

(221)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-produttur Messikan li kkoopera, GDA kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku tal-produttur esportatur jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni matul l-PI. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali mill-produttur esportatur inkluż fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(222)

Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fuq livell domestiku li kienu identiċi jew komparabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produttur esportatur li kkoopera.

(223)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku prodott mill-produttur esportatur li kkoopera GDA fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stabbiliet li għat-tipi kollha ta’ prodotti, identiċi jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-volum totali tal-bejgħ domestiku lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tat-tip ta’ prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni, u għalhekk, kien rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku.

(224)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(225)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni kkalkolat, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

il-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost ta’ unità tal-produzzjoni.

(226)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-PI.

(227)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku profittabbli biss tat-tipi ta’ prodotti matul il-PI, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ profittabbli tat-tip ta’ prodott jirrappreżenta 80 % jew anqas tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip: jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost ta’ unità tal-produzzjoni.

(228)

L-istruttura operattiva tal-Grupp GD hija kif ġej: GDA hija l-produttur tal-prodott ikkonċernat fil-Messiku, tipproċessa l-materja prima pprovduta, u proprjetà ta’ HKGD li żżomm is-sjieda tal-prodott lest u tħallas lil GDA tariffa tal-ipproċessar (“maquila”) għall-manifattura ta’ tubi tar-ram. HKGD imbagħad tbigħ il-prodott ikkonċernat lill-GDC għall-bejgħ fis-suq domestiku jew lill-GDUS għall-bejgħ fis-suq domestiku u l-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(229)

L-investigazzjoni tal-Kummissjoni sabet li l-informazzjoni pprovduta minn GD Group għall-istabbiliment tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-SG & A tal-kumpaniji rilevanti ma kinitx kompluta, preċiża u mhux verifikabbli, u ġiet sottomessa parzjalment f’nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi miftiehma. B’mod partikolari, GD Group ipprovda informazzjoni mhux kompluta, mhux preċiża u qarrieqa, skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, dwar l-istabbiliment tal-kostijiet totali tal-manifattura u l-allokazzjoni tal-kostijiet SG&A għal HKGD, GDUS u GDA. L-investigazzjoni tal-Kummissjoni sabet li l-verżjoni finali pprovduta mill-kumpanija tal-kost tal-produzzjoni u tal-kostijiet SG&A ma inkorporatx is-sejbiet miż-żjara ta’ verifika. Dan kellu impatt materjali fuq il-kostijiet tal-produzzjoni u fuq il-kostijiet SG&A. Għalhekk, il-Kummissjoni ħarġet ittra skont l-Artikolu 18, fis-7 ta’ Settembru 2026, dwar in-nuqqas ta’ kooperazzjoni fil-każ ta’ dawn il-punti (“l-ittra skont l-Artikolu 18”). Wara t-tweġiba li waslet fil-15 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni pproċediet bl-istabbiliment tal-kostijiet li jinkorporaw is-sejbiet tal-verifika u bir-reviżjoni tal-kost tal-produzzjoni u tal-kostijiet SG & A kif xieraq.

(230)

GD Group ikkummenta dwar l-ittra skont l-Artikolu 18 fil-15 ta’ Settembru 2026, u qabel li mhux kull fajl ta’ ħidma prodott matul l-investigazzjoni minn GD Group kien akkurat, peress li kien hemm korrezzjonijiet matul il-verifika, nuqqas ta’ qbil dwar il-metodoloġija tal-allokazzjoni u l-fajls dwar il-kost tal-produzzjoni ġew sottomessi wara d-data mitluba fi tmiem il-verifika fil-Messiku. Madankollu, GD Group jikkontesta li l-Artikolu 18 huwa ġġustifikat peress li ta lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha neċessarja, ma pprovdiex informazzjoni falza jew ma impedixxiex l-investigazzjoni b’mod sinifikanti. GD Group sostna li kkoopera maż-żjarat ta’ verifika kollha, anke jekk dawn kienu “eżiġenti b’mod mhux tas-soltu” u jsostni li GD Group ikkoopera bis-sħiħ. Il-kumpanija argumentat li d-differenzi kienu dovuti għal formuli, klassifikazzjonijiet, verżjonijiet differenti jew konverżjonijiet tar-rati tal-kambju filwaqt li l-uniċi kwistjonijiet li baqgħu pendenti kienu “mistoqsijiet speċifiċi dwar il-klassifikazzjoni kontabilistika, il-metodoloġija tal-allokazzjoni, il-kontroll tal-verżjoni u l-ispjegazzjoni ta’ tranżazzjonijiet partikolari”.

(231)

Barra minn dan, GD Group ikkummenta li l-applikazzjoni maħsuba tal-Artikolu 18 ma hijiex iġġustifikata minħabba li l-Artikolu 18(1) jippermetti l-użu tal-fatti disponibbli iżda ma huwiex regola li tirrikjedi li kull fajl ta’ ħidma jkun mingħajr żball jew li kull għażla ta’ allokazzjoni tikkoinċidi mal-metodoloġija ppreferuta tal-Kummissjoni.

(232)

Barra minn hekk, skont l-istess ittra msemmija hawn fuq, GD Group ikkummenta li l-Artikolu 18(3) jgħid li l-informazzjoni li ma hijiex ideali xorta waħda ma tridx tiġi injorata u li skont l-Artikolu 18(4) hemm salvagwardja proċedurali importanti li hija li l-parti trid tiġi informata bir-raġunijiet għar-rifjut tal-informazzjoni u tingħata l-opportunità li tipprovdi spjegazzjonijiet ulterjuri fil-limitu ta’ żmien speċifikat. GD Group ikkummenta wkoll li l-bordijiet tad-WTO u r-regoli tad-WTO jindikaw li l-fatti disponibbli huma mezz biex jimtlew il-lakuni ġenwini fl-informazzjoni u mhux kastig, u jiddeskrivi l-kooperazzjoni bħala “proċess bidirezzjonali” li jqis id-diffikultajiet prattiċi. GD Group sostna li l-eżistenza ta’ korrezzjoni u nuqqas ta’ qbil metodoloġiku dwar l-informazzjoni dwar il-kostijiet tal-manifattura u l-allokazzjoni tat-Tabella G (it-tweġiba għall-kwestjonarju) ma tiġġustifikax ir-rifjut tal-informazzjoni vverifikata kollha kemm hi. Skont GD Group, il-Kummissjoni minflok trid tidentifika informazzjoni speċifika li allegatament hija nieqsa jew li ma tistax tintuża u tistaqsi jekk għadhiex tista’ tintlaħaq sejba raġonevolment akkurata mill-informazzjoni pprovduta.

(233)

Fl-aħħar nett, GD Group qal li ma hemm l-ebda nuqqas ċar ta’ kooperazzjoni peress li wieġeb ittri ta’ defiċjenza, kwestjonarji, organizza u pparteċipa fi tliet żjarat ta’ verifika fi tliet kontinenti, ta lit-tim tal-każ aċċess għas-sistemi u għad-dokumenti kontabilistiċi, irreveda l-fajls ta’ ħidma, għamel persunal Messikan informat disponibbli mill-bogħod matul il-verifika ta’ GDUS, li skont GD Group, l-attendenza fiżika kienet intalbet biss ftit qabel iż-żjara u li r-rekords tal-Kummissjoni wrew li s-sezzjonijiet kollha ta’ GDUS ġew ikkontrollati u l-verifika tlestiet fil-ħin. Għalhekk, GD Group talab lill-Kummissjoni biex ma tapplikax l-Artikolu 18 għall-kost tal-manifattura jew għat-Tabella G. Minflok, GD Group jitlob li kwalunkwe aġġustament ikun limitat għal entrati speċifiċi u jsir, kull fejn ikun possibbli, abbażi tal-informazzjoni vverifikata diġà disponibbli skont l-Artikolu 18(3).

(234)

Il-Kummissjoni nnotat li s-sottomissjoni minn GD Group ikkonfermat in-nuqqasijiet ta’ akkuratezza, l-informazzjoni u ma pprovdietx sustanza ġdida, fatti verifikabbli jew argumenti ġodda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-ittri ta’ qabel il-verifika mibgħuta lil GD Group, fit-8 ta’ Ġunju 2026, talbu li l-membri ewlenin tal-persunal ikunu disponibbli fi żmien qasir, u li l-Kummissjoni ġiet mgħarrfa biss li l-persunal b’għarfien dwar it-tweġibiet ta’ GDUS u l-informazzjoni tal-bejgħ tal-UE ma kienx se jkun preżenti fil-bini fil-bidu taż-żjara ta’ verifika ta’ GDUS. Tabilħaqq, GD Group kien sostna li l-membri ewlenin tal-persunal tiegħu kienu se jivvjaġġaw lejn il-GDUS għaż-żjarat ta’ verifika.

(235)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li t-tweġibiet għall-kwestjonarji u l-ittri ta’ defiċjenza kien fihom diversi nuqqasijiet li ntalbu jiġu kkoreġuti jew ikkompletati qabel iż-żjarat ta’ verifika, iżda minkejja talbiet ripetuti mill-Kummissjoni dawn ġew ikkoreġuti jew ikkompletati biss parzjalment matul iż-żjarat ta’ verifika.

(236)

Il-Kummissjoni ħadet nota wkoll ta’ aktar informazzjoni u kjarifiki pprovduti mill-Grupp GD fl-ittra tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2026. Madankollu, ma setgħetx tivverifika tali informazzjoni wara t-tmiem taż-żjarat ta’ verifika tal-GDA, il-GDC, il-GDUS u l-HKGD. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li fi kwalunkwe każ l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Grupp GD u l-argumenti mressqa, ma jaffettwawx il-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni fil-premessa (229) ta’ informazzjoni mhux kompluta, mhux preċiża u qarrieqa għall-istabbiliment tal-kostijiet totali tal-manifattura u l-allokazzjoni tal-SG&A.

(237)

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed raġunijiet biex jiġu applikati l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1), kif spjegat fl-ittra tal-Artikolu 18 miġbur fil-qosor fil-premessa (229). Għalhekk, il-Kummissjoni aġġustat u kkomplementat il-kostijiet tal-produzzjoni u l-kostijiet SG&A għall-bejgħ domestiku lill-ewwel klijent indipendenti abbażi tal-fatti disponibbli mill-fajls ta’ GD Group u l-informazzjoni miġbura miż-żjarat ta’ verifika. Ma ntużat l-ebda data esterna bħala fatti disponibbli. Il-fajls ikkoreġuti u kompluti ntużaw mill-Kummissjoni għat-test tal-profittabbiltà tal-bejgħ domestiku.

(238)

Wara li saru l-korrezzjonijiet kollha neċessarji kif spjegat hawn fuq, l-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li inqas minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali ġie kkalkulat bħala medja ponderata tal-bejgħ profittabbli biss, ħlief għal tip wieħed ta’ prodott li għalih aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli u l-valur normali ġie kkalkulat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI.

3.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(239)

Kif spjegat fil-premessa (228), il-produttur li kkoopera, GDA, esporta lejn l-Unjoni bl-użu ta’ kumpaniji relatati HKGD u GDUS li jinsabu barra mill-Unjoni.

(240)

Għar-rigward ta’ HKGD, sar aġġustament għall-kummissjoni skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, għall-proprjetarju u l-ewwel bejjiegħ tal-prodott. HKGD kienet qed tbigħ il-prodott ikkonċernat lil GDUS, għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, b’markatura. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li n-negozjant kien qed jaġixxi bħala aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Fid-dawl tar-relazzjoni bejn in-negozjant u l-produttur, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont għall-kummissjoni abbażi tal-kostijiet SG&A reali tan-negozjant relatat u profitt nozzjonali ta’ 10 %.

(241)

Fir-rigward ta’ dan il-profitt, fil-proċediment kurrenti l-ebda wieħed mill-importaturi mhux relatati ma kkoopera. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda data minn negozjanti mhux relatati li jinnegozjaw l-istess prodott jew prodott simili għall-prodott taħt investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rrikorriet għall-eqreb prodott possibbli għall-prodott ikkonċernat – prodotti ċatti tal-azzar inossidabbli llaminati ċatti fil-kiesaħ (“SSCR”), li wkoll huwa kkaratterizzat minn sehem għoli tal-input tal-metall rispettiv. Għalhekk, il-Kummissjoni bbażat b’mod proviżorju fuq il-profitt meqjus raġonevoli f’investigazzjoni reċenti ta’ rifużjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet tas-SSCR (113). F’dik l-investigazzjoni, il-profitt tal-importaturi mhux relatati kien bejn 10 % u 13 %, u l-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika b’mod konservattiv il-limitu inferjuri ta’ dik il-firxa.

(242)

Fir-rigward ta’ GDUS, peress li l-funzjoni ta’ GDUS kienet tikkonsisti primarjament fil-ħruġ ta’ fatturi u fil-ġbir ta’ dħul mingħajr ma tirċievi kummissjoni għall-bejgħ mill-ġdid, tqies li ma kinitx twettaq funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent fis-sens tal-Artikolu 2(10)(i).

(243)

Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Tqabbil

(244)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat ulterjorment aktar ’il quddiem, meta jkun xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u li ntwerew, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet.

3.2.3.1.   Aġġustamenti magħmula għall-valur normali

(245)

Sabiex il-prezz normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tal-esportazzjoni u tal-assigurazzjoni.

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u l-kostijiet tal-imballaġġ.

3.2.4.   Aġġustamenti magħmula għall-prezz tal-esportazzjoni

(246)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: id-dazju doganali, imposti oħrajn fuq l-importazzjoni, in-nol, l-assigurazzjoni, it-tqandil, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, inklużi l-imballaġġi u l-kirjiet tal-imħażen.

(247)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u l-kostijiet tal-imballaġġ.

3.2.5.   Marġnijiet tad-dumping

(248)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(249)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur li kkoopera kienu jikkostitwixxu fil-fatt madwar 100 % tal-importazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-marġni tad-dumping tal-unika kumpanija li kkooperat.

(250)

Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju

GD Affiliates de RL de CV

32,2 %

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Messiku

32,2 %

3.3.   L-Użbekistan

3.3.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku

(251)

F’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, peress li l-Użbekistan ma huwiex membru tad-WTO u huwa elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755, il-valur normali jrid jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(252)

F’konformità mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq għandha tkun ibbażata fuq a) kooperazzjoni minn mill-inqas esportatur u produttur wieħed tal-prodott li qed jiġi investigat f’dak il-pajjiż; b) fejn xieraq, għandu jintuża pajjiż rappreżentant xieraq li huwa soġġett għall-istess investigazzjoni; c) fejn ikun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, għandha tingħata preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(253)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha l-għan li tidentifika l-pajjiżi kollha fejn mill-inqas esportatur u produttur wieħed tal-prodott li qed jiġi investigat kien lest li jikkoopera mal-investigazzjoni għall-valutazzjoni posterjuri tagħhom.

Għażla tal-pajjiż rappreżentattiv

(254)

Fin-Notifika tal-Bidu, fil-punt 5.3.3 tagħha, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jipproponu pajjiż(i) rappreżentattiv(i) xieraq/xierqa għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku u jipprovdu l-identità tal-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni f’dawk il-pajjiżi. Il-Kummissjoni stiednet ukoll lill-produtturi esportaturi kollha soġġetti għall-investigazzjoni fil-Vjetnam u fil-Messiku biex jesprimu r-rieda tagħhom li jikkooperaw fil-kalkolu tal-valur normali għall-Użbekistan. Żewġ kumpaniji; Jintian fil-Vjetnam u GDA fil-Messiku, wieġbu b’mod pożittiv.

(255)

Fis-27 ta’ April 2026, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-produtturi magħrufa l-oħrajn kollha fi kwalunkwe pajjiż rappreżentattiv potenzjali, bl-eċċezzjoni taċ-Ċina (114). Minħabba l-evidenza sottomessa fl-ilment li tindika li l-produtturi Ċiniżi tat-tubi tar-ram jistgħu jkunu soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-produtturi fir-RPĊ inizjalment ma ġewx ikkuntattjati. Konsegwentement, il-Kummissjoni ddifferiet il-valutazzjoni tagħha sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjoni dwar l-eżistenza ta’ tali distorsjonijiet.

(256)

Produttur wieħed li jinsab fit-Turkija, Ulusoy Bakır ve Metal A.S, wieġeb b’mod pożittiv, u ngħaqad maż-żewġ produtturi fil-Vjetnam u fil-Messiku li kienu diġà esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw fil-kalkolu tal-valur normali fl-Użbekistan. Sussegwentement, produttur li jinsab fl-Istati Uniti tal-Amerka, Wieland Copper Products LLC (“Wieland US”) ippreżenta ruħu u aċċetta li jikkoopera.

(257)

Inizjalment, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati permezz ta’ Nota għall-fajl fl-20 ta’ Mejju 2026 li kienet qed tipprevedi li tuża l-produttur li jinsab fit-Turkija bħala sors ta’ informazzjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali, u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw.

(258)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li kemm Jintian Vietnam kif ukoll GDA huma relatati mal-produtturi esportaturi Ċiniżi taħt din l-investigazzjoni, u li kien hemm ċerti ċirkostanzi relatati mal-istruttura korporattiva u l-flussi tal-bejgħ u tal-akkwist ta’ Jintian Vietnam u ta’ GDA li jistgħu jaffettwaw il-valur normali tal-prodott taħt investigazzjoni kif iddeterminat skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

(259)

Madankollu, filwaqt li l-produttur Tork inizjalment issottometta tweġiba għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping, l-informazzjoni pprovduta nstabet li kienet defiċjenti u ma kienx fiha d-data meħtieġa biex tippermetti l-kalkolu ta’ valur normali. Sussegwentement, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ defiċjenza lill-kumpanija Torka fejn talbet l-informazzjoni nieqsa. Peress li l-kumpanija naqset milli tipprovdi tweġiba sal-iskadenza speċifikata u ma baqgħetx tikkoopera, il-Kummissjoni kellha tneħħi lil dan il-produttur mil-lista ta’ produtturi rappreżentattivi potenzjali.

(260)

Min-naħa l-oħra, Wieland US wieġeb għall-kwestjonarju bid-data neċessarja biex ikun jista’ jsir il-kalkolu ta’ valur normali. Wieland US huwa produttur ta’ tubi tar-ram prinċipalment iffukat fuq is-suq domestiku tiegħu, u l-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu hija fl-istess firxa bħall-produtturi Użbeki, bi struttura u bi proċess ta’ produzzjoni simili għall-produtturi Użbeki. B’riżultat ta’ dan, fit-8 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati li, wara t-tneħħija tal-kumpanija Torka, il-produttur li jinsab fl-Istati Uniti kien previst bħala produttur rappreżentattiv, u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw (115).

(261)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonfermat l-eżistenza ta’ dazji fuq l-esportazzjoni fuq materjali tar-ram li jvarjaw bejn 10 u 22 % fil-Vjetnam. Madankollu, meta titqies il-pożizzjoni tagħha fiż-żona tal-ipproċessar tal-Esportazzjoni, li hi, effettivament, żona ta’ bla dazju, Jintian Vietnam ma hijiex soġġetta għal dawn it-taxxi, u ma ġietx injorata bħala sors rappreżentattiv ta’ informazzjoni għal dik ir-raġuni. Madankollu, l-istabbiliment u l-operat tal-kumpanija f’din iż-żona ekonomika speċjali għall-intrapriżi tal-ipproċessar tal-esportazzjoni indikaw b’mod ċar li l-kumpanija kienet prinċipalment orjentata lejn l-esportazzjoni, li tikkorrispondi għal bejgħ domestiku limitat ħafna. Barra minn hekk, hija topera taħt sett kumpless ta’ xiri u bejgħ mill-ġdid intragrupp, li huwa differenti b’mod sinifikanti mill-operazzjonijiet ta’ xiri u bejgħ dirett imwettqa mill-produtturi Użbeki u minn Wieland US. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li Jintian Vietnam ma kinitx sors xieraq ta’ informazzjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali.

(262)

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-applikazzjoni tal-fatti disponibbli għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-produttur esportatur Messikan GDA, kif enfasizzat fil-premessi (228) sa (237) hawn fuq, GDA ma setgħetx tintuża bħala għażla raġjonevoli biex jiġi ddeterminat il-valur normali.

(263)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat fl-istadju proviżorju li Wieland US kien l-aktar produttur rappreżentattiv xieraq.

Kummenti dwar l-għażla tal-produttur rappreżentattiv

(264)

Mal-bidu, ICG Infinity Copper Group LLC, Angren Pipe Plant LLC, u JV Sharq Tubes LLC (“il-produtturi Użbeki”) sostnew li, fil-fehma tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħżel jew lill-Indja jew lill-Vjetnam bħala pajjiż rappreżentattiv, minħabba s-similarità tal-industriji tat-tubi tar-ram tagħhom ma’ dik tal-Użbekistan, u l-klassifikazzjoni simili tagħhom tal-iżvilupp ekonomiku (116) (117). Għal dan il-għan, il-produtturi Użbeki argumentaw li l-komparabbiltà ekonomika jenħtieġ li titqies għall-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv minħabba l-effett tagħha fuq il-kost u l-istruttura tal-produzzjoni, u r-rilevanza tagħha skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, li jservi l-istess objettiv bħall-Artikolu 2(7); jiġifieri, li jiġi kkalkulat il-valur normali bbażat fuq prezzijiet rappreżentattivi minn pajjiż terz. Barra minn hekk, il-produtturi Użbeki għamlu l-osservazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Il-Vjetnam jenħtieġ li jitqies biss bħala pajjiż rappreżentattiv jekk il-Kummissjoni ma tkunx ikkonkludiet li kien hemm distorsjonijiet fil-materja prima li jrendu l-kostijiet u l-prezzijiet mhux affidabbli;

(b)

produtturi tat-tubi tar-ram fl-Indja ġie identifikat li jista’ jkun lest li jikkoopera fl-investigazzjoni;

(c)

Il-Messiku jenħtieġ li jintgħażel biss jekk il-Kummissjoni ssib li teżisti sitwazzjoni partikolari tas-suq fil-Vjetnam u l-ebda produttur mill-Indja ma jkun disponibbli. F’dan ir-rigward, il-produtturi Użbeki argumentaw li l-kapaċità kbira ta’ produzzjoni u l-istruttura internazzjonali ta’ GD Mexico, li f’dan l-istadju kien l-uniku produttur fil-Messiku li kien ġie identifikat, u l-livell ogħla ta’ żvilupp ekonomiku tal-pajjiż (118), kienu jfissru li l-Messiku pprovda l-inqas tqabbil xieraq tal-għażliet kollha.

(265)

Wara l-għażla preliminari tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv (119), u t-tħabbira minn Wieland US li l-kumpanija kienet lesta li tikkoopera fl-investigazzjoni, l-ilmentatur issottometta kummenti u argumenta li l-Istati Uniti għandhom jintgħażlu bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq minflok it-Turkija minħabba;

(a)

Kompetizzjoni interna qawwija fis-suq domestiku tat-tubi tar-ram fl-Istati Uniti, li tiffissa l-prezzijiet skont il-forzi normali tas-suq minkejja l-eżistenza ta’ dazji fuq l-importazzjoni fuq it-tubi tar-ram.

(b)

Appoġġ sinifikanti mill-Istat għall-industriji tal-metallurġija fit-Turkija, bl-għan li jiġu protetti l-produzzjoni u l-esportazzjonijiet domestiċi.

(c)

Pressjoni esterna fuq il-prezzijiet eżerċitata fuq il-produtturi Torok tal-prodott ikkonċernat minn importazzjonijiet bi prezz baxx ta’ tubi tar-ram miċ-Ċina, mill-Vjetnam u mill-Użbekistan, li tista’ taffettwa l-istruttura tal-kost u tal-profittabbiltà tal-produttur Tork li kkoopera.

(d)

Il-livell ogħla ta’ stabbiltà ekonomika u ta’ protezzjoni ambjentali u soċjali tal-Istati Uniti meta mqabbel mat-Turkija.

(266)

Il-produtturi Użbeki kkontestaw l-argumenti tal-ilmentaturi (120) li l-Istati Uniti kellhom livell ogħla ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali abbażi tal-parteċipazzjoni u tar-ratifika tagħhom tal-konvenzjonijiet tal-ILO u tal-ftehimiet ambjentali ewlenin, u nnotaw li jenħtieġ li tingħata preferenza lill-produtturi esportaturi f’pajjiżi soġġetti għall-investigazzjoni, filwaqt li argumentaw ukoll li f’każijiet reċenti, il-Kummissjoni rrifjutat, abbażi tal-inflazzjoni, oġġezzjonijiet imressqa kontra l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv. Barra minn hekk, il-produtturi Użbeki argumentaw li fil-passat (121), il-Qrati tal-UE sostnew li l-istituzzjonijiet iridu jfittxu pajjiż terz li fih il-prezzijiet għall-prodott simili jiġu ffurmati f’ċirkostanzi simili kemm jista’ jkun għal dawk fil-pajjiż esportatur u komplew billi għamlu parallel bejn il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-istruttura tal-produzzjoni ta’ GDA u dik ta’ Wieland US. Skont il-produtturi Użbeki, Wieland jenħtieġ li jiġi injorat bħala sors rappreżentattiv ta’ informazzjoni peress li l-istruttura tal-produzzjoni tiegħu (“grupp multinazzjonali b’diversi siti u integrat vertikalment” b’xirijiet fi ħdan il-grupp) u l-istruttura tal-kostijiet (li tibbaża ruħha fuq ir-ram riċiklat u r-ruttam tar-ram) huma materjalment differenti minn dawk tal-produtturi Użbeki.

(267)

Barra minn hekk, il-produtturi Użbeki ssuġġerew li Wieland US jista’ jkun qed jibbenefika minn appoġġ pubbliku sostanzjali u elenkaw diversi operazzjonijiet tal-grupp korporattiv li kienu ntgħażlu għal appoġġ federali jew pakketti ta’ inċentivi. Barra minn hekk, il-produtturi Użbeki argumentaw li l-introduzzjoni f’Awwissu 2025 ta’ tariffa ta’ 50 % fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tar-ram nofshom lesti (122) (123) tista’ taffettwa kemm il-kostijiet kif ukoll il-profitti, u effettivament tfixkel il-valur normali kkalkulat abbażi tad-data ta’ Wieland, minkejja l-asserzjonijiet tal-ilmentatur li l-produtturi tal-Istati Uniti joperaw f’suq domestiku kompetittiv. Fl-aħħar nett, il-produtturi Użbeki ssottomettew kummenti dwar l-għażla ta’ Wieland US bħala sors ta’ informazzjoni għad-determinazzjoni tal-Valur Normali. Madankollu, minħabba li dawn il-kummenti ġew sottomessi tliet ġimgħat biss qabel l-iskadenza legali għad-divulgazzjoni antiċipata u wara l-iskadenza għall-kummenti stabbilita fit-tieni nota dwar is-sorsi għall-valur normali fl-Użbekistan (124), il-Kummissjoni ma setgħetx tindirizzahom f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

(268)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-asserzjonijiet kollha rigward l-għażla tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq, minħabba li, kif spjegat fil-premessa (261), l-unika kumpanija li kkooperat fil-pajjiż, naqset milli tipprovdi l-informazzjoni neċessarja għall-kalkolu tal-valur normali.

(269)

Fir-rigward tal-asserzjoni li Wieland US jibbenefika minn kanali ta’ xiri intragrupp, il-Kummissjoni spjegat li nxtara biss volum limitat ta’ materja prima (inqas minn 20 %) minn fornituri relatati, u prattikament ma nstabet l-ebda differenza fil-prezz bejn il-materja prima mixtrija minn fornituri mhux relatati u dawk relatati. B’paragun ma’ dan, 100 % tax-xiri ta’ materja prima minn Jintian Vietnam sar permezz ta’ fornituri relatati. Minn dan isegwi li, kieku l-Kummissjoni kellha tieħu l-pożizzjoni li l-benefiċċju minn kanali ta’ xiri intragrupp huwa biżżejjed biex jagħmel l-għażla ta’ kumpanija bħala produttur rappreżentattiv mhux xierqa, Jintian Vietnam jenħtieġ li jitqies bħala l-inqas għażla rappreżentattiva.

(270)

Kif innotat il-Kummissjoni fit-tieni nota għall-fajl dwar l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv, l-istruttura u l-proċess ta’ produzzjoni ta’ Wieland kienu simili għall-produtturi Użbeki. Fir-rigward tal-proċess tal-produzzjoni u tal-bejgħ domestiku, Wieland US tiffunzjona bħala kumpanija awtonoma fis-suq domestiku tagħha; bil-maġġoranza tal-materja prima tiegħu tinxtara b’mod indipendenti u minn fornituri mhux relatati u l-bejgħ domestiku tiegħu jsir esklużivament mill-kumpanija lil klijenti mhux relatati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tenniet is-sejbiet tagħha fil-premessa (267) li l-istruttura tal-bejgħ u tal-produzzjoni tal-produttur Vjetnamiż, li kien jinsab f’żona ta’ pproċessar għall-esportazzjoni u dirett, minn mindu ġie stabbilit, lejn is-suq tal-esportazzjoni, kienu ferm inqas rappreżentattivi tas-sitwazzjoni tal-bejgħ domestiku tal-produtturi Użbeki minn dik ta’ Wieland US. Fil-fatt, inqas minn 3 % tal-bejgħ ta’ Jintian matul il-PI kien lis-suq domestiku, li jindika li dan il-bejgħ kien aċċessorju għall-kumpanija u affettwa l-valutazzjoni tar-rappreżentattività fil-kalkolu tal-valur normali, filwaqt li l-bejgħ domestiku ħa sehem sinifikanti mill-bejgħ totali tal-produtturi Użbeki, u qabeż il-15 % b’mod ġenerali. Din id-differenza affettwat ir-rappreżentattività tal-bejgħ domestiku użat fid-determinazzjoni tal-valur normali, peress li Jintian ma kellhiex bejgħ domestiku ta’ diversi tipi ta’ prodotti esportati mill-produtturi Uzbeki u Wieland US.

(271)

Il-Kummissjoni fakkret lill-produtturi Użbeki li r-rekwiżit ta’ livell simili ta’ żvilupp ekonomiku tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq previst fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, ma huwiex rifless fl-Artikolu 2(7), li skontu jiġi ddeterminat il-valur normali għall-importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO. Id-dispożizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-valur normali jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni applikabbli, u mhux mill-inferenza tal-allegati objettivi tagħha; għalhekk, l-asserzjoni hija mingħajr mertu.

(272)

Fir-rigward tal-politiki stabbiliti kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fil-Vjetnam, il-Kummissjoni informat lill-produtturi Użbeki li kienet eżaminat il-kostijiet tal-produzzjoni u l-ipprezzar tal-bejgħ domestiku kemm ta’ Jintian Vietnam kif ukoll ta’ Wieland US biex tidentifika l-effetti distorsivi potenzjali tal-politiki msemmija f’kull pajjiż, u ma kinitx sabet evidenza li tindika li, fil-każijiet inkwistjoni, il-kostijiet u l-prezzijiet ta’ kwalunkwe waħda mill-kumpaniji ma kinux ir-riżultat ta’ operazzjonijiet normali tas-suq.

(273)

Fir-rigward tal-obbligu li jintgħażel pajjiż rappreżentattiv xieraq li huwa soġġett għall-istess investigazzjoni skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tinnota li dan ir-rekwiżit jiddependi fuq l-adegwatezza tal-pajjiżi rappreżentattivi xierqa possibbli. F’dan il-każ, kif spjegat fil-premessi (267) u (276) sa (278), kuntrarjament għall-Vjetnam, l-Istati Uniti instab li kienu pajjiż rappreżentattiv xieraq.

(274)

Konsegwentement, il-Kummissjoni għażlet lill-Istati Uniti bħala l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku.

3.3.2.   Valur normali (pajjiż rappreżentattiv)

(275)

Il-valur normali, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ġie stabbilit abbażi tat-tweġiba għall-kwestjonarju sottomessa minn Wieland US.

(276)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni eżaminat jekk, b’mod konformi mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lil klijenti indipendenti fl-Istati Uniti kienx rappreżentattiv. Għal dan il-għan, il-volum totali tal-bejgħ domestiku tqabbel mal-volum totali tal-prodott ikkonċernat esportat mill-produtturi esportaturi Użbeki lejn l-Unjoni. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni sabet li l-prodott simili kien inbiegħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq tal-Istati Uniti. It-tieni, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa domestikament mill-produttur tal-Istati Uniti fil-pajjiż rappreżentattiv li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi Użbeki. Hija qabblet fuq bażi ta’ tip ta’ prodott il-volum ta’ bejgħ fl-Istati Uniti mal-esportazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Użbeki lejn l-Unjoni. Dan it-tqabbil wera li t-tipi ta’ prodotti kollha ħlief wieħed inbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi fl-Istati Uniti.

(277)

Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat għall-produttur tal-pajjiż rappreżentattiv jekk kull tip ta’ prodott simili li kien jinbiegħ fis-suq domestiku setax jitqies li kien qed jinbiegħ fil-perkors normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi għal kull tip ta’ prodott ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kost tal-produzzjoni ta’ kull tip ta’ prodott immanifatturat mill-produttur tal-Istati Uniti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġie ddeterminat. It-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tqiesu bħala profittabbli meta l-prezz ta’ unità kien daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni.

(278)

Fejn il-volum tal-bejgħ ta’ tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni kkalkulat, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum tal-bejgħ totali ta’ dak it-tip, u fejn il-prezz tal-bejgħ medju peżat ta’ dak it-tip kien daqs jew ogħla mill-kost tal-produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali. Dan il-prezz ġie kkalkulat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip li sar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għat-tipi kollha ta’ prodotti mibjugħa mill-produttur tal-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-bejgħ profittabbli ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew aktar tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dak it-tip.

(279)

Għat-tip ta’ prodott esportat mill-Użbekistan lejn l-Unjoni li ma nbiegħx fl-Istati Uniti, meta jitqies li l-Kummissjoni ma setgħetx issib data alternattiva f’livell suffiċjenti ta’ dettall għall-prezzijiet tat-tip ta’ prodott inkwistjoni fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, il-valur normali nħadem abbażi tal-aktar tip ta’ prodott simili li għalih kien hemm bejgħ fl-Istati Uniti. Għat-tipi l-oħra kollha tal-prodott, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali tal-produttur li kkoopera fl-Istati Uniti.

3.3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(280)

It-tliet produtturi li kkooperaw esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.3.4.   Tqabbil

(281)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat ulterjorment aktar ’il quddiem, meta jkun xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u li ntwerew, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet.

3.3.4.1.   Aġġustamenti magħmula għall-valur normali

(282)

Sabiex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, sar aġġustament minħabba l-ispejjeż tal-ippakkjar.

3.3.5.   Aġġustamenti magħmula għall-prezz tal-esportazzjoni

(283)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba n-nol u spejjeż tal-esportazzjoni oħrajn, bħall-assikurazzjoni, iċ-ċertifikati tal-oriġini u l-kummissjonijiet tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni.

(284)

Saru konċessjonijiet għal fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tagħhom għall-kostijiet tal-kreditu u t-tariffi bankarji.

3.3.6.   Marġnijiet tad-dumping

(285)

Fil-każ tat-tliet produtturi esportaturi magħrufa, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportaturi magħrufa kollha tal-prodott ikkonċernat fl-Użbekistan ikkooperaw fl-investigazzjoni. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li qed tikkoopera bl-ogħla marġni tad-dumping.

(286)

Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju

ICG Infinity Copper Group LLC u l-produttur relatat tagħha

Metal Processing Technology LLC

36,8  %

Angren Pipe Plant LLC

31,1  %

JV Sharq Tubes LLC

36,2  %

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Użbekistan

36,8  %

3.4.   Il-Vjetnam

3.4.1.   Valur normali

(287)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera inkluż fil-kampjun kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(288)

Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fuq livell domestiku li kienu identiċi jew komparabbli għat-tipi ta’ prodotti mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi b’bejgħ domestiku rappreżentattiv.

(289)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku minn kull produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stabbiliet li diversi tipi ta’ prodotti ma nbigħux fuq kwantitajiet rappreżentattivi.

(290)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ profittabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(291)

L-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li għaż-żewġ produtturi esportaturi aktar minn 96 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli u li l-prezz medju ponderat tal-bejgħ kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali ġie kkalkulat għall-maġġoranza tat-tranżazzjonijiet bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI u għal xi parti bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss.

(292)

Għat-tipi ta’ prodotti fejn il-bejgħ profittabbli ma setax jiġi stabbilit, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali. F’xi każijiet fejn ma kien hemm l-ebda bejgħ ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili fil-perkors normali tal-kummerċ, il-Kummissjoni fittxet sorsi alternattivi għall-prezzijiet fil-perkors normali tal-kummerċ. Peress li ma kien hemm l-ebda bejgħ domestiku ta’ produtturi oħrajn inklużi fil-kampjun jew il-prezz tal-bejgħ domestiku ta’ produtturi oħrajn inklużi fil-kampjun għal dak it-tip ta’ prodott ma setax jiġi żvelat b’mod sinifikattiv mingħajr ma tinkiser il-kunfidenzjalità ta’ dak il-produttur, u ma kien hemm disponibbli l-ebda sors ieħor ta’ prezzijiet għat-tipi ta’ prodotti partikolari, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għat-tipi ta’ prodotti rilevanti f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(293)

Il-valur normali nħadem billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) medji ponderati mġarrba mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-PI; u

(b)

il-profitt medju ponderat li jsir mill-prodotturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tal-kummerċ, matul il-PI.

(294)

Għal tip ta’ prodott wieħed mhux mibjugħ fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, żdiedu l-ispejjeż SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru fil-perkors normali tal-kummerċ fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħa għalkollox fis-suq domestiku, żdiedu l-ispejjeż SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha magħmula fil-kors ordinarju tal-kummerċ fis-suq domestiku.

3.4.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(295)

Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti, permezz ta’ negozjanti relatati li jinsabu barra mill-Unjoni jew permezz ta’ negozjanti relatati fl-Unjoni li jaġixxu bħala importaturi.

(296)

Għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mibjugħ direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(297)

Għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu fl-Unjoni li jaġixxu bħala importaturi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, saru aġġustamenti fil-prezz għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A, u żdied marġni ta’ profitt raġonevoli, stabbilit abbażi ta’ investigazzjoni reċenti ta’ rifużjoni dwar is-SSCR (jiġifieri 10 %).

(298)

Importatur relatat wieħed fl-Unjoni kompla jipproċessa l-prodott li qed jiġi investigat qabel ma jbigħh fis-suq tal-Unjoni. Peress li t-tipi ta’ prodotti li qed jinbiegħu mill-kumpanija tal-ipproċessar ma kinux l-istess bħal dawk li qed jiġu importati fl-Unjoni, u minħabba l-kumplessità involuta fid-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni fil-livell mill-fabbrika għall-prodott importat, il-Kummissjoni qieset li kienet meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex jiġi kkalkolat il-marġni tad-dumping għal dawn it-tranżazzjonijiet. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-kumpanija tal-ipproċessar u talbet din l-informazzjoni. Minħabba ż-żmien tal-investigazzjoni, l-informazzjoni ma setgħetx tinġabar qabel ma kienet meħtieġa d-determinazzjoni tal-marġni tad-dannu provviżorju. Bħala tali, il-Kummissjoni ddeċidiet li dan il-bejgħ jiġi vvalutat fi stadju aktar tard, meta l-informazzjoni kollha meħtieġa kienet disponibbli.

3.4.3.   Tqabbil

(299)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u li tikkunsidra d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ inkwistjoni, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Kif spjegat ulterjorment aktar ’il quddiem, meta jkun xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) isiru konċessjonijiet għad-differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u li ntwerew, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet.

(300)

Sar aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għal Jintian Vietnam u għan-negozjant relatat tiegħu f’Hong Kong. In-negozjant kien responsabbli għar-relazzjoni mal-klijenti, b’mod partikolari għaż-żamma u għall-bidu ta’ kuntatti mal-klijenti, għall-ġestjoni tal-ordnijiet u tat-tranżazzjonijiet, għall-organizzazzjoni tat-trasport, in-nol, u l-assigurazzjoni għall-bejgħ. In-negozjant ġie rimunerat għas-sehem tiegħu permezz ta’ markatura -. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li n-negozjant kien qed iwettaq funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. .

(301)

Fil-każ ta’ Hailiang Vietnam, is-sejbiet tal-investigazzjoni wrew li n-negozjant wettaq kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni u kien responsabbli għall-iffissar tal-prezz tal-bejgħ lil klijenti mhux relatati u kompiti oħra ta’ koordinazzjoni tal-bejgħ. In-negozjant ġie rimunerat għas-sehem tiegħu permezz ta’ markatura. Tabilħaqq, il-klijenti jagħmlu ordnijiet man-negozjant direttament, li mbagħad jakkwista l-prodott ikkonċernat minn kumpaniji differenti fi ħdan il-grupp, u b’hekk jikseb profitt għas-servizzi tiegħu. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li n-negozjant kien qed iwettaq funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent.

(302)

Għalhekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew aġġustati għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ negozjanti relatati li jinsabu barra mill-Unjoni, billi tnaqqset konċessjoni għall-ispejjeż SG&A ta’ kull negozjant relatat u marġni ta’ profitt raġonevoli, stabbilit abbażi ta’ investigazzjoni reċenti ta’ rifużjoni dwar l-SSCR (jiġifieri 10 %) (125).

3.4.3.1.   Aġġustamenti magħmula għall-valur normali

(303)

Kif spjegat fil-premessa (299), fil-każ tal-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ prodott, il-valur normali ġie stabbilit bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-PI u għal xi parti bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss. Saru aġġustamenti biex il-proċess domestiku jiġi nnettjat fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika minħabba t-trasport domestiku.

(304)

Fil-każ ta’ bejgħ fejn il-Valur Normali ġie stabbilit bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-kostijiet SG&A u għall-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien neċessarju l-ebda aġġustament addizzjonali biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(305)

Fil-każ ta’ bejgħ permezz ta’ kummerċjant domestiku, saru aġġustamenti addizzjonali biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Barra minn hekk, saru konċessjonijiet minħabba kostijiet tal-kreditu, imposti bankarji u skontijiet. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel xi konċessjonijiet oħrajn għall-valur normali.

3.4.4.   Aġġustamenti magħmula għall-prezz tal-esportazzjoni

(306)

Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi lura nett għal-livell tal-kummerċ ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: spejjeż ta’ merkanzija, assigurazzjoni, tqandil tat-tagħbija u spejjeż anċillari kif ukoll imposti oħra fuq l-esportazzjoni.

(307)

Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu, l-imposti bankarji u l-kummissjonijiet.

3.4.5.   Marġnijiet tad-dumping

(308)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(309)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF xieraq fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju

Jintian Copper Industrial Company Limited

13,8 %

Hailiang (Vietnam) Copper Manufacturing Co., Ltd

20,4  %

(310)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, filwaqt li ġew injorati l-marġnijiet tal-produtturi esportaturi b’marġnijiet ta’ dumping żero u de minimis, kif ukoll il-marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(311)

Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 18 %.

(312)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 90 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija li kkooperat inkluża fil-kampjun eżaminata fuq bażi individwali bl-ogħla marġni tad-dumping.

(313)

Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju

Jintian Copper Industrial Company Limited

13,8  %

Hailiang (Vietnam) Copper Manufacturing Co., Ltd

20,4  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fil-Vjetnam

17,4  %

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Vjetnam

20,4  %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(314)

Il-prodott simili kien immanifatturat minn 11-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(315)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 110 elf tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, inkluża d-data vverifikata tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, id-data pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun, u l-informazzjoni pubblika. Kif indikat fil-premessa (8), it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni

(316)

Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi u, jekk iva, sa liema punt.

(317)

Il-Kummissjoni sabet li parti biss (madwar 15 %) mill-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienet destinata għal użu kaptiv, u speċifikament għall-produzzjoni ta’ tubi tar-ram miksija jew iżolati. Dawn il-prodotti downstream ġew immanifatturati jew fi ħdan il-kumpanija li tipproduċi t-tubi tar-ram, jew f’kumpanija oħra tal-istess grupp, li effettivament ma kellhiex għażla libera ta’ fornitur.

(318)

Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv mhumiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.

(319)

Sabiex tipprovdi stampa kemm jista’ jkun kompluta tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-prodott u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx maħsuba għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles.

(320)

Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum ta’ bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni; is-sehem mis-suq; it-tkabbir; il-volum u l-prezzijiet tal-esportazzjoni; il-profittabbiltà; u r-redditu fuq l-investiment. Fejn kien possibbli u ġustifikat, is-sejbiet tal-eżami tqabblu mad-data għas-suq kaptiv sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(321)

Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b’mod sinifikanti biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni; il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità; l-investimenti; l-istokks; l-impjiegi; il-produttività; il-pagi; il-fluss tal-flus u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. Huma jiddependu mill-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun kaptiva kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles.

4.3.   Konsum tal-Unjoni

(322)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet l-importazzjonijiet kollha mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(323)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

[128 000 – 146 000 ]

[120 000 – 136 000 ]

[118 000 – 134 000 ]

[118 000 – 134 000 ]

Indiċi

100

93

92

92

Suq ħieles

[114 000 – 129 000 ]

[104 000 – 118 000 ]

[102 000 – 115 000 ]

[103 000 – 116 000 ]

Indiċi

100

92

89

90

Suq kaptiv

[14 000 – 18 000 ]

[15 000 – 18 000 ]

[16 000 – 19 000 ]

[15 000 – 18 000 ]

Indiċi

100

105

110

105

Sors:

Ara s-sorsi dwar l-importazzjonijiet u l-bejgħ tal-Unjoni fit-tabelli rispettivi.

(324)

Id-domanda għat-tubi tar-ram hija marbuta b’mod qawwi mas-settur tal-HVACR (tisħin, ventilazzjoni, arja kundizzjonata, refriġerazzjoni), u b’mod aktar wiesa’, mas-settur tal-kostruzzjoni.

(325)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum totali tat-tubi tar-ram fl-Unjoni naqas bi 8 %. Dan beda f’livell relattivament għoli fl-2022, prinċipalment bħala riżultat tal-effett qawwi ta’ rkupru li segwa t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku minħabba l-COVID-19 u affettwa b’mod pożittiv ukoll is-settur tal-HVACR, iżda naqas b’7 % fl-2023, u baqa’ fil-biċċa l-kbira stabbli f’dan il-livell fl-2024 u fl-2025 (il-perjodu ta’ investigazzjoni). Il-konsum tas-suq ħieles segwa xejra simili, u naqas b’mod ġenerali b’10 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.4.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(326)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk jenħtieġx li l-importazzjonijiet ta’ prodott li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(327)

Il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż kkonċernat kien ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli.

(328)

Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodott simili tal-Unjoni kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kkompetew ma’ xulxin u ma’ tubi tar-ram prodotti fl-Unjoni minħabba li fil-biċċa l-kbira jinbiegħu permezz tal-istess kanali ta’ bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti.

(329)

Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mill-pajjiż kollha kkonċernati ġew eżaminati b’mod kumulattiv għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dannu.

4.4.2.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(330)

Filwaqt li qieset li l-Kodiċi NM 7411 10 90 ma jkoprix biss il-prodott taħt investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati bl-użu tas-sorsi li ġejjin: fir-rigward tal-Messiku, il-Vjetnam u l-Użbekistan, li għalihom il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw l-esportazzjonijiet kollha, jew kważi, lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni użat id-data tal-Eurostat flimkien mad-data vverifikata tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Għaċ-Ċina, li għaliha l-livell ta’ kooperazzjoni kien baxx, l-importazzjonijiet ġew ikkalkulati bl-użu tad-data tal-Eurostat flimkien mal-istima pprovduta fl-ilment li 53 % tal-importazzjonijiet taħt il-Kodiċi NM 7411 10 90 jikkonċernaw il-prodott taħt investigazzjoni.

(331)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit bħala persentaġġ tal-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles, kif stabbilit fit-Taqsima 4.3.

(332)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Kwantità tal-importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kwantità ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

4 598

4 501

3 949

4 411

Indiċi

100

98

86

96

Sehem mis-suq %

[3,58  % - 4,03  %]

[3,83  % - 4,29  %]

[3,45  % - 3,86  %]

[3,83  % - 4,26  %]

Kwantità ta’ importazzjonijiet mill-Messiku (tunnellati)

8 840

8 533

7 626

9 445

Indiċi

100

97

86

107

Sehem mis-suq %

[6,88  % - 7,75  %]

[7,26  % - 8,14  %]

[6,66  % - 7,45  %]

[8,19  % - 9,12  %]

Kwantità ta’ importazzjonijiet mill-Vjetnam (tunnellati)

8 426

10 773

11 001

13 932

Indiċi

100

128

131

165

Sehem mis-suq %

[6,56  % - 7,39  %]

[9,17  % - 10,28  %]

[9,6  % - 10,75  %]

[12,08  % - 13,45 ]

Kwantità ta’ importazzjonijiet mill-Użbekistan (tunnellati)

0

152

1 937

1 152

Indiċi

—

100

1 272

756

Sehem mis-suq %

0,00  %

[0,01  % - 0,20  %]

[1,6  % - 1,9  %]

[1,0  % - 1,11  %]

Kwantità ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kkonċernati (tunnellati)

21 864

23 959

24 514

28 939

Indiċi

100

110

112

132

Sehem mis-suq %

[17  % - 20  %]

[20  % - 23  %]

[21  % - 24  %]

[25  % - 28  %]

Sors:

L-Eurostat u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun

(333)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 32 % fil-volum assolut matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda kienet immexxija mill-Vjetnam (żieda ta’ 65 %) u mill-Messiku (żieda ta’ 7 %), b’mod partikolari mill-2024 sal-2025 (perjodu ta’ investigazzjoni), filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħu stabbli. L-importazzjonijiet mill-Użbekistan żdiedu b’mod sinifikanti, iżda f’termini assoluti baqgħu f’livelli baxxi u naqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mas-sena preċedenti.

(334)

Din iż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni ssarrfet f’żieda fis-sehem mis-suq fis-suq ħieles tal-pajjiżi kkonċernati b’madwar 8 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, twaqqigħ tal-prezz u trażżin tal-prezz

(335)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet bl-użu ta’ data mill-Eurostat. Il-Kummissjoni qieset l-istima pprovduta fl-ilment li l-prezzijiet tal-prodotti għajr il-prodott taħt investigazzjoni huma 25 % ogħla.

(336)

It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tad-data mill-produtturi tal-Unjoni li kkooperaw u mill-produtturi esportaturi li kkooperaw.

(337)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata) u prezzijiet tal-LME

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Prezz medju globali tar-ram (126)

8 385

7 852

8 446

8 820

Indiċi

100

94

101

105

Importazzjonijiet mir-RPĊ

9 828

9 247

9 500

9 506

Indiċi

100

94

97

97

Importazzjonijiet mill-Messiku

10 201

9 222

9 362

9 483

Indiċi

100

90

92

93

Importazzjonijiet mill-Vjetnam

10 298

9 117

9 522

9 563

Indiċi

100

89

92

93

Importazzjonijiet mill-Użbekistan

—

8 487

8 978

9 349

Indiċi

—

100

106

110

Il-pajjiżi kollha kkonċernati (medja)

10 160

9 175

9 426

9 519

Indiċi

100

90

93

94

(126)  Sors: https://fred.stlouisfed.org/data/PCOPPUSDA, maqlub għal EUR bl-użu tar-rata tal-kambju annwali medja EUR/USD.

Sors:

l-Eurostat

(338)

L-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjoni għandha titqies fil-kuntest tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet globali tar-ram, li raw żieda żgħira (5 %) matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-ewwel ringiela fit-tabella hawn fuq).

(339)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni tat-tubi tar-ram miċ-Ċina baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Użbekistan żdiedu f’konformità mal-prezzijiet tar-ram medji madwar id-dinja, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Vjetnam u mill-Messiku t-tnejn naqsu b’7 %. Għalhekk, f’termini relattivi (meta jitqiesu l-prezzijiet tar-ram medju madwar id-dinja), il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-PUI mill-Vjetnam u mill-Messiku effettivament naqsu b’madwar 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, għall-pajjiżi kollha kkonċernati, il-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat (u b’madwar 11 % f’termini relattivi, jiġifieri meta titqies l-evoluzzjoni tal-prezz tar-ram).

(340)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba mingħand klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u

(2)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun mill-pajjiżi kkonċernati fil-każ tal-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ Kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(341)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni ta’ twaqqigħ medju ponderat tal-prezz ta’ 8,51 % mill-importazzjonijiet mill-Użbekistan, 8,22 % mill-importazzjonijiet mill-Vjetnam, 9,45 % mill-importazzjonijiet mill-Messiku u 16,36 % mill-importazzjonijiet miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni, u 9,93 % b’mod ġenerali mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha kkonċernati. Instab li l-volumi tal-importazzjoni kważi kollha kienu qed iwaqqgħu l-prezz.

(342)

Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-erba’ pajjiżi kkonċernati kienu taħt il-kost tal-produzzjoni tal-Unjoni (ara t-Tabella 8 hawn taħt) mill-2023 sa tmiem il-PI. Il-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni ħolqu effett sinifikanti ta’ trażżin tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, li impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli tadatta l-prezzijiet tagħha għall-bidliet fil-kost tal-produzzjoni.

4.6.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.6.1.   Kummenti ġenerali

(343)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(344)

Kif imsemmi fil-premessa (7), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(345)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi.

(346)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba mill-ilmentaturi għall-makrokwestjonarju tal-Kummissjoni, riveduta, rikonċiljata u kkomplementata abbażi ta’ dan li ġej:

(a)

Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(b)

Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun li huma relatati mal-produtturi esportaturi li kkooperaw, ikkomplementati mit-tweġibiet tagħhom għall-ittri ta’ defiċjenza

(c)

Informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx fl-investigazzjoni

(347)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(348)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(349)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.6.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.6.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(350)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kwantità tal-produzzjoni (tunnellati)

[118 100 – 137 900 ]

[104 600 – 122 100 ]

[104 000 – 121 400 ]

[98 300 – 114 800 ]

Indiċi

100

89

88

83

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

[172 400 – 201 200 ]

[172 400 – 201 200 ]

[172 700 – 201 600 ]

[172 200 – 201 000 ]

Indiċi

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità

68  %

61  %

60  %

57  %

Sors:

Tweġiba għall-makrokwestjonarju u għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun relatati mal-produtturi esportaturi li kkooperaw, informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar produtturi oħrajn tal-Unjoni.

(351)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni baqgħet fil-biċċa l-kbira l-istess matul il-perjodu kkunsidrat. Il-bidliet żgħar osservati huma dovuti għal interruzzjonijiet ippjanati jew mhux ippjanati fil-manutenzjoni, peress li l-produtturi tal-Unjoni ma wettqu l-ebda investiment jew żvestiment sinifikanti li jbiddel il-kapaċità.

(352)

Il-produzzjoni fl-Unjoni naqset bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn [118 100–137 900] tunnellata fl-2022 għal [98 300–114 800] tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Filwaqt li, kif spjegat fit-taqsima 4.3, kien hemm tnaqqis fil-konsum matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, it-tnaqqis fil-produzzjoni huwa ferm aktar evidenti. Dan minħabba li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod sinifikanti, kemm f’termini relattivi kif ukoll f’termini assoluti, u ħadu post il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(353)

Bħala riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità naqas b’ 11 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat, minn 68 % għal 57 %.

4.6.2.2.   Kwantità ta’ bejgħ u sehem mis-suq

(354)

Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kwantità totali tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni flimkien mal-użu kaptiv (tunnellati)

[100 000 – 117 000 ]

[91 000 – 106 000 ]

[89 000 – 104 000 ]

[85 000 – 99 000 ]

Indiċi

100

90

89

85

Bejgħ fis-suq kaptiv u użu kaptiv

[14 000 – 17 000 ]

[15 000 – 17 000 ]

[16 000 – 18 000 ]

[15 000 – 17 000 ]

Indiċi

100

105

110

105

Bejgħ fis-suq ħieles

[86 000 – 100 000 ]

[75 000 – 88 000 ]

[73 000 – 85 000 ]

[70 000 – 81 000 ]

Indiċi

100

88

85

81

Sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles %

[75  % - 84  %]

[72  % - 80  %]

[71  % - 80  %]

[68  % - 75  %]

Sors:

Tweġiba għall-makrokwestjonarju u għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, tweġiba għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun relatati mal-produtturi esportaturi li kkooperaw, informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar produtturi oħrajn tal-Unjoni.

(355)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq ħieles naqas b’19 %, minn madwar [86 000 – 100 000] tunnellata fl-2022 għal madwar [70 000 – 81 000] tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-sehem mis-suq rispettiv tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 punti perċentwali, li juri li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, li żdiedu bi 8 punti perċentwali matul l-istess perjodu, kienu fattur ewlieni fit-tnaqqis tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(356)

L-industrija tal-Unjoni kkumpensat għall-bejgħ mitluf f’suq ħieles billi żiedet il-bejgħ kaptiv u l-użu kaptiv tagħha, iżda sa ċertu punt żgħir ħafna biss, b’madwar 1 000 tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat.

4.6.2.3.   Tkabbir

(357)

Fid-dawl tat-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni, fil-volumi tal-bejgħ, u fis-sehem mis-suq, huwa ċar li matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni esperjenzat tkabbir negattiv, kemm f’termini assoluti kif ukoll meta mqabbel mat-tkabbir ġenerali tas-suq.

4.6.2.4.   Impjiegi u produttività

(358)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Għadd ta’ impjegati

1 177

1 149

1 084

1 041

Indiċi

100

98

92

88

Produttività (tunnellati/impjegat)

[100 – 120 ]

[90 – 110 ]

[90 – 120 ]

[90 – 120 ]

Indiċi

100

91

96

94

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(359)

L-impjiegi naqsu b’madwar 140 ħaddiem, li jirrappreżentaw 12 % tal-forza tax-xogħol matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tal-Unjoni ġeneralment kienet kapaċi tevita sensji sinifikanti, u naqqset il-forza tax-xogħol tagħha fl-industrija tat-tubi tar-ram billi assenjat mill-ġdid il-persunal għal attivitajiet oħrajn u billi ma ssostitwietx il-persunal li jitlaq mill-kumpanija. It-tnaqqis ma rriflettiex bis-sħiħ it-tnaqqis fil-produzzjoni, u b’riżultat ta’ dan, il-produttività esperjenzat tnaqqis żgħir ta’ madwar 6 %.

4.6.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(360)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(361)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat.

4.6.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.6.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(362)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fis-suq ħieles (EUR/tunnellata)

9 907

9 604

9 632

9 895

Indiċi

100

97

97

100

Kost ta’ unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

9 865

9 513

9 784

10 134

Indiċi

100

96

99

103

Prezz medju globali tar-ram (EUR/tunnellata) (127)

8 385

7 852

8 446

8 820

Indiċi

100

94

101

105

(127)  Sors: https://fred.stlouisfed.org/data/PCOPPUSDA, maqlub għal EUR bl-użu tar-rata tal-kambju annwali medja EUR/USD.

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(363)

Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni baqgħu stabbli bejn il-punt tal-bidu u dak tat-tmiem tal-perjodu kkunsidrat, u esperjenzaw tnaqqis żgħir mill-2022 sal-2023 u żieda żgħira korrispondenti mill-2024 sal-2025. Din l-istabbiltà tal-prezzijiet għandha tiġi kkunsidrata fl-isfond tal-kostijiet tal-produzzjoni li qed jiżdiedu.

(364)

Il-kostijiet tal-produzzjoni żdiedu b’mod ġenerali bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-fluttwazzjonijiet fil-kostijiet tal-produzzjoni matul dak il-perjodu jirriflettu prinċipalment il-bidliet korrispondenti fil-prezz globali tar-ram, li jikkostitwixxi sa 90 % tal-kost tal-prodott finali. Dawn jirriflettu wkoll il-bidliet fil-kostijiet operatorji tal-produtturi tal-Unjoni, inklużi ż-żidiet fil-kostijiet lavorattivi u tal-enerġija, u t-tnaqqis minħabba titjib fl-effiċjenza.

(365)

B’mod ġenerali, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha sabiex tlaħħaq maż-żidiet fil-kostijiet u żżomm marġni pożittiv ta’ profitt. Fil-fatt, mill-2024 ’il quddiem, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu taħt il-kost ta’ unità tal-produzzjoni.

(366)

Kif innotat fit-taqsima 4,5 hawn fuq, ġie konkluż li l-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni kienu affettwati minn soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet, b’mod partikolari miż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(367)

Ma ġie identifikat l-ebda fattur sinifikanti ieħor li jaffettwa l-prezzijiet.

4.6.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(368)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

56 746

57 575

61 469

66 136

Indiċi

100

101

108

117

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(369)

Il-kostijiet lavorattivi fl-Unjoni żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, minn EUR 56 746 għal kull impjegat fl-2022 għal EUR 66 136 għal kull impjegat fl-investigazzjoni. Din iż-żieda ta’ 17 % tista’ tiġi attribwita l-aktar għall-pressjoni inflazzjonarja ġenerali esperjenzata fl-Unjoni matul l-istess perjodu, marbuta maż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija.

4.6.3.3.   Inventarji

(370)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Stokks

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Stokk tal-għeluq (tunnellati)

3 475

4 460

5 620

4 591

Indiċi

100

128

162

132

Stokk tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

[4  % - 7  %]

[7  % - 10  %]

[8  % - 13  %]

[7  % - 10  %]

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(371)

Il-livelli tal-istokkijiet żdiedu minn 3 475 tunnellata fi tmiem l-2022, li kienu jirrappreżentaw [4 % - 7 %] tal-produzzjoni f’dik is-sena, għal 4 591 tunnellata fi tmiem l-2025, li kienu jirrappreżentaw [7 % - 10 %] tal-produzzjoni f’dik is-sena. Meta jitqies li l-industrija tal-Unjoni ġeneralment tipproduċi skont l-ordni aktar milli skont l-istokk, iż-żieda tista’ titqies ta’ sinifikat limitat.

4.6.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(372)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

1,0  %

0,3  %

-1,1  %

-1,5  %

Fluss tal-flus (EUR)

22 288 956

14 815 422

5 698 287

139 884

Indiċi

100

66

26

1

Investimenti (EUR)

8 138 925

5 950 296

6 673 246

7 261 946

Indiċi

100

73

82

89

Redditu fuq l-investimenti

18  %

8  %

7  %

-3  %

Indiċi

100

48

37

-17

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(373)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(374)

Kif spjegat fil-premessi (363) sa (365), mill-2024 ’il quddiem, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni niżu għal taħt il-kost ta’ unità tal-produzzjoni. Din ir-relazzjoni bejn il-bejgħ u l-kostijiet kienet riflessa bis-sħiħ fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li bdiet pożittiva b’ 1 % fl-2022 u naqset kontinwament matul il-perjodu kkunsidrat, u laħqet -1,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(375)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-kumpaniji li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Għall-industrija tal-Unjoni, il-fluss tal-flus nett kien affettwat b’mod ċar mit-tnaqqis fil-profittabbiltà, li beda minn livell b’saħħtu ta’ madwar EUR 22 miljun fl-2022 u kkollassa għal EUR 140 elf biss fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(376)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun irnexxielhom iżommu ċertu livell ta’ investimenti, madwar EUR 6 sa 8 miljun fis-sena. Madankollu, dawn l-investimenti kienu jikkonċernaw is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ tagħmir eżistenti, aktar milli l-espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni jew tal-firxa ta’ prodotti. Għalhekk, dawn kienu l-investimenti minimi meħtieġa sabiex il-produtturi tal-Unjoni jżommu l-operazzjonijiet u l-preżenza tagħhom fis-suq, mill-inqas fuq terminu qasir.

(377)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Wara xejra simili għal dik tal-profittabbiltà, dan beda minn livell b’saħħtu ta’ 18 % fl-2022 u sar negattiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u laħaq -3 %.

(378)

Il-kapaċità ta’ kwalunkwe kumpanija li tiġġenera l-kapital tiddependi b’mod kruċjali fuq l-aspettattivi tas-suq fir-rigward tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha. Profittabbiltà negattiva b’telf ta’ flussi ta’ flus u redditu li huwa b’mod ċar taħt il-kost tal-kapital, ma tippermettix lill-kumpanija tiġġenera kapital ġdid, la fil-forma ta’ self u lanqas fil-forma ta’ ekwità. Minn dan isegwi li t-tnaqqis fil-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kellu impatt negattiv qawwi fuq il-kapaċità tagħha li tiġġenera l-kapital.

4.7.   Kummenti tal-partijiet interessati

(379)

It-tliet produtturi esportaturi Użbeki inklużi fil-kampjun, jiġifieri Infinity Copper Group, Angren Pipes, u Sharq Tubes (“il-produtturi Użbeki”), u l-Gvern tal-Użbekistan (“GtU”), asserew li f’konformità mal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni jenħtieġ li tintemm fir-rigward tal-Użbekistan, peress li l-importazzjonijiet mill-Użbekistan x’aktarx li jaqgħu taħt il-limitu de minimis ta’ 1 % stabbilit fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku, u għalhekk, id-dannu jenħtieġ li jitqies negliġibbli.

(380)

Sabiex jappoġġaw l-asserzjoni tagħhom dwar is-sehem mis-suq tal-Użbekistan, il-produtturi Użbeki u l-GtU asserew li l-ilment issopravaluta l-volum tal-importazzjoni tal-Użbekistan tal-prodott ikkonċernat u x’aktarx issottovaluta l-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni. Wara s-sottomissjoni tal-makrokwestjonarju, huma komplew jasserixxu li d-data pprovduta mill-ilmentatur ma kinitx akkurata, u dan irriżulta f’sottovalutazzjoni sinifikanti tal-konsum tal-Unjoni. L-allegati nuqqasijiet ta’ akkuratezza kienu jikkonċernaw prinċipalment iċ-ċifri tal-produzzjoni, tal-kapaċità u tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, inklużi b’mod partikolari Serravalle, Cuprumfoma, HME Germany, u HME Spain, li għalihom l-ilmentatur kien uża l-istimi tiegħu stess, peress li ma kellux aċċess għad-data pprovduta mill-kumpaniji nfushom.

(381)

Il-produtturi Użbeki u l-GtU asserew ukoll li għal tliet kumpaniji li jidhru li huma produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni fl-Unjoni, jiġifieri Luvata, Barth Metallwerke u Standard Metall, ma ġiet inkluża l-ebda data fit-tweġiba għall-makrokwestjonarju. Il-partijiet irreferew għal informazzjoni pubblika mill-paġni web tal-kumpaniji li jissuġġerixxu li huma produtturi tal-Unjoni. Fil-każ ta’ Luvata b’mod partikolari, huma rreferew għal tweġiba reċenti bil-posta elettronika miksuba mill-kumpanija, li fiha l-kumpanija kienet inkludiet il-frażi “we do produce copper tubes” (aħna nipproduċu tubi tar-ram).

(382)

Bħala punt addizzjonali dwar is-sehem mis-suq, il-produtturi Użbeki u l-GtU asserew li l-użu kaptiv u l-bejgħ kaptiv jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi stabbilit il-konsum totali tal-Unjoni bħala d-denominatur fil-kalkolu tas-sehem mis-suq. Sabiex jissostanzjaw l-asserzjoni tagħhom, il-partijiet irreferew fost l-oħrajn għall-investigazzjonijiet ta’ BDO, (128) u ta’ MEG (129) fejn il-Kummissjoni allegatament għamlet dan.

(383)

Wara l-asserzjoni dwar it-terminazzjoni tal-investigazzjoni għall-Użbekistan skont l-Artikolu 9(3), il-produtturi Użbeki u l-GtU asserew ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiddekumula l-importazzjonijiet mill-Użbekistan mill-importazzjonijiet tal-pajjiżi l-oħrajn ikkonċernati, peress li l-kundizzjonijiet għall-akkumulazzjoni skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ma ġewx issodisfati. Skont dawn il-partijiet, jekk is-sehem mis-suq ikun kemxejn ogħla minn 1 %, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma takkumulax awtomatikament l-importazzjonijiet tagħha, iżda pjuttost twettaq analiżi speċifika għall-każ. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati mill-Użbekistan u l-prodotti importati mill-pajjiżi l-oħrajn, kif ukoll il-prodotti mmanifatturati mill-produtturi tal-Unjoni huma tali li jagħmlu l-akkumulazzjoni mhux xierqa.

(384)

Biex jappoġġaw l-affermazzjoni tagħhom dwar il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-produtturi Użbeki u l-GtU argumentaw li, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostni l-ilment, il-produtturi Użbeki ma humiex proprjetà Ċiniża u ma humiex relatati mas-sidien Ċiniżi tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina, fil-Messiku u fil-Vjetnam. Barra minn hekk, huma argumentaw li l-esportazzjonijiet mill-Użbekistan qed jonqsu u li fi kwalunkwe każ, l-Użbekistan ma għandux il-kapaċità (minħabba restrizzjonijiet ta’ lokalizzazzjoni u loġistika) u l-inċentivi (minħabba t-terminazzjoni tas-sussidji rilevanti mill-Istat) biex jesporta volumi kbar lejn l-Unjoni Ewropea.

(385)

L-ilmentatur issottometta kummenti għal dawn is-sottomissjonijiet, fejn irrifjuta l-affermazzjonijiet tal-produtturi Użbeki u tal-GtU, u sostna li d-data inkluża fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju makro pprovdiet bażi affidabbli għall-kalkolu tal-bejgħ tal-Unjoni, il-konsum tal-Unjoni, u l-ishma mis-suq.

(386)

Il-Kummissjoni indirizzat l-affermazzjonijiet, billi bdiet mill-fatti u l-metodoloġija li użat għall-kalkolu tal-konsum u tal-ishma mis-suq tal-Unjoni.

(387)

Il-konsum tal-Unjoni huwa kkalkulat bħala s-somma tal-bejgħ tal-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet kollha. Fil-każ tal-importazzjonijiet, id-data u l-metodoloġija użati huma spjegati fit-taqsimiet 4.4.2 (importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati) u 5.2.1 (importazzjonijiet minn pajjiżi għajr il-pajjiżi kkonċernati).

(388)

Fil-każ tal-bejgħ tal-Unjoni, il-Kummissjoni ċċarat li d-data pprovduta mill-ilmentatur fit-tweġiba tiegħu għall-makrokwestjonarju ġiet riveduta fuq il-bażi li ġejja:

(a)

Fil-każ ta’ Feinrohren, Wieland Werke AG u ElvalHalcor (it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun), il-Kummissjoni użat id-data pprovduta minn dawn il-kumpaniji fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, kif riveduta matul iż-żjarat ta’ verifika rispettivi;

(b)

Fil-każ ta’ Wieland Austria, Silmet, La Farga u Cupori, il-Kummissjoni użat id-data sottomessa minn dawn il-kumpaniji direttament lill-ilmentatur, kif ikkonfermat fil-verifika tat-tweġiba għall-makrokwestjonarju;

(c)

Għal HME Germany u HME Spain, il-Kummissjoni użat b’mod proviżorju d-data pprovduta minn dawn il-kumpaniji fit-tweġiba għall-ittra ta’ defiċjenza tal-Kummissjoni għat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-produttur esportatur relatat tagħhom, Hailiang Vietnam. Din id-data se tiġi vverifikata wkoll fuq il-post matul l-investigazzjoni.

(d)

Għall-produtturi tal-Unjoni mhux inklużi fil-kampjun, li ma pprovdewx data direttament lill-ilmentatur, intużaw stimi, ibbażati fuq data disponibbli għall-pubbliku. B’mod partikolari:

(i)

Għal Serravalle, il-Kummissjoni stmat il-kapaċità tagħha għal 15 000 tunnellata fis-sena, abbażi tad-dikjarazzjoni tal-kumpanija li għandha kapaċità ta’ 400 km kuljum, (130) ekwivalenti għal madwar 20 000 tunnellata fis-sena, u stmat li madwar 75 % biss ta’ dik il-kapaċità tkun disponibbli bħala medja fuq perjodu ta’ sena sħiħa, meta jitqiesu l-interruzzjonijiet ippjanati u mhux ippjanati. Il-produzzjoni ġiet stmata abbażi tad-dikjarazzjoni pubblika tar-rapport dwar is-sostenibbiltà tal-kumpanija għall-2024, li ddikjara li l-produzzjoni fl-2024 kienet ta’ 7 144 tunnellata, u l-produzzjoni għall-2025 kienet ta’ 6 562 tunnellata (131). L-użu u l-bejgħ kaptiv tal-kumpanija ġew ikkalkulati abbażi tal-produzzjoni u bl-użu tal-proporzjon medju tal-produzzjoni għall-bejgħ/użu kaptiv tal-kumpaniji l-oħrajn li kellhom użu jew bejgħ kaptiv u li kienu pprovdew id-data tagħhom stess. Il-bejgħ għall-esportazzjoni ġie kkalkulat abbażi tal-produzzjoni u bl-użu tal-proporzjon medju tal-produzzjoni għall-bejgħ għall-esportazzjoni tal-kumpaniji l-oħrajn li kellhom bejgħ għall-esportazzjoni u li kienu pprovdew id-data tagħhom stess. Il-bejgħ tal-Unjoni ġie kkalkulat bħala l-produzzjoni li minnha jitnaqqas l-użu/il-bejgħ kaptiv u li minnha jitnaqqas il-bejgħ għall-esportazzjoni.

(ii)

Għal Cuprumfoma, il-Kummissjoni stmat il-kapaċità tagħha wkoll għal 15 000 tunnellata fis-sena, abbażi ta’ studju tas-suq li ssuġġerixxa li f’termini ta’ output tal-produzzjoni, il-kumpanija kienet fl-istess kategorija bħal Serravalle (132). Il-produzzjoni ġiet ikkalkulata abbażi tal-użu tal-kapaċità tal-kumpaniji l-oħrajn li kienu pprovdew id-data tagħhom stess. L-użu/il-bejgħ kaptiv, il-bejgħ għall-esportazzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni ġew ikkalkulati fuq l-istess bażi bħal dik għal Serravalle.

(e)

Għal Luvata, Barth Metallwerke u Standard Metall, il-Kummissjoni nnotat li filwaqt li l-partijiet Użbeki pprovdew xi indikazzjonijiet li dawn il-kumpaniji jistgħu jżommu l-kapaċità li jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni, huma ma pprovdew l-ebda evidenza konklużiva li fil-fatt għamlu dan matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u lanqas biss ippruvaw jipprovdu xi kwantifikazzjoni tal-produzzjoni u l-bejgħ preżunti. Fir-rigward speċifikament ta’ Luvata, il-Kummissjoni nnotat li Luvata hija fil-fatt grupp ta’ kumpaniji li jipproduċu prodotti tar-ram f’ 10 impjant tal-manifattura f’għadd ta’ pajjiżi fl-Ewropa, fl-Asja, fl-Amerka ta’ Fuq u t’Isfel, il-Kummissjoni nnotat li d-dikjarazzjoni tal-kumpanija setgħet tirreferi għall-attivitajiet tal-grupp Luvata f’pajjiżi oħra barra mill-Unjoni. Anke kieku rreferiet għall-produzzjoni fl-Unjoni, ma huwiex ċar mir-rispons jekk irreferietx għal koljaturi mkebbin f’livelli jew għal forom oħrajn ta’ tubi tar-ram, u jekk kienx hemm xi produzzjoni reali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li l-ebda waħda minn dawn it-tliet kumpaniji ma nstabet fil-lista ta’ fornituri pprovduta mill-utenti tal-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjoni bħala parti mit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li ma jkunx xieraq li tiġi assenjata xi kwantità pożittiva għall-kapaċità, għall-produzzjoni jew għall-bejgħ lil dawn it-tliet kumpaniji.

(389)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li, anke jekk kien hemm ċerti nuqqasijiet ta’ akkuratezza fl-ilment jew fit-tweġiba għall-makrokwestjonarju, il-kalkoli tagħha tal-konsum tal-Unjoni, u għalhekk anke tal-ishma mis-suq, użaw l-aħjar informazzjoni disponibbli u kienu affidabbli.

(390)

Fir-rigward tal-asserzjoni li għall-kalkolu tas-sehem mis-suq jenħtieġ li jintuża l-konsum totali tal-Unjoni inkluż dak kaptiv, il-Kummissjoni nnotat li din hija valutazzjoni speċifika għall-każ. F’dan il-każ, kif spjegat fil-premessa (318), il-prodotti maħsuba għall-użu kaptiv ma humiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles huwa l-metrika rilevanti għall-kalkolu tal-ishma mis-suq.

(391)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-akkumulazzjoni skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotat li, kif ikkonfermat mill-qrati tal-Unjoni, (133) hija għandha grad ta’ diskrezzjoni dwar il-valutazzjoni tan-negliġibbiltà tal-importazzjonijiet. F’dan il-każ partikolari, minbarra s-sehem mis-suq tal-Użbekistan li kien ogħla minn 1 %, il-Kummissjoni nnotat ukoll li matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet mill-Użbekistan urew tkabbir rapidu ġenerali, u dan it-tkabbir seħħ f’suq tal-Unjoni li b’mod ġenerali kien qed jiċkien. Barra minn hekk, dawn il-volumi daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet baxxi ħafna, fil-fatt saħansitra aktar baxxi mill-pajjiżi l-oħra kkonċernati, b’mod partikolari fl-2023 u fl-2024, u għalhekk eżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni qieset li s-sehem mis-suq tal-Użbekistan ma huwiex negliġibbli.

(392)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni nnotat li irrispettivament mis-sjieda, jew minn kwalunkwe fattur li allegatament jaffettwa l-kapaċità u l-inċentivi tal-produtturi Użbeki li jesportaw lejn l-Unjoni, l-investigazzjoni wriet li l-prodotti importati mill-Użbekistan matul il-perjodu ta’ investigazzjoni huma simili ħafna għall-prodotti importati mill-pajjiżi kkonċernati l-oħra u għall-prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni. Dan huwa evidenti mill-fatt li n-numri kollha ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”) tal-prodotti importati mill-Użbekistan matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu jikkorrispondu wkoll għall-prodotti importati mill-pajjiżi l-oħrajn ikkonċernati, u għall-prodotti mmanifatturati mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prodotti importati mill-Użbekistan daħlu fl-Unjoni bi prezzijiet li kienu ġeneralment komparabbli ma’ dawk tal-prodotti importati mill-pajjiżi l-oħrajn ikkonċernati, u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’4,16 %. Fl-aħħar nett, kif innotat fil-premessa (328) hawn fuq, il-prodotti nbiegħu fil-biċċa l-kbira tagħhom permezz tal-istess kanali ta’ bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti.

(393)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għal valutazzjoni kumulattiva tad-dannu inklużi l-importazzjonijiet mill-Użbekistan skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, hija ċaħdet l-affermazzjonijiet tal-produtturi Użbeki u tal-GtU.

(394)

Fir-rigward tal-asserzjoni dwar it-terminazzjoni tal-investigazzjoni għall-Użbekistan skont l-Artikolu 9(3), il-Kummissjoni nnotat li fid-dawl tal-fatt li l-importazzjonijiet għall-erba’ pajjiżi kkonċernati ġew akkumulati, ir-referenza tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku għall-volumi tal-importazzjoni għall-valutazzjoni tad-dannu f’dan il-każ ma tikkonċernax il-volumi tal-importazzjoni tal-pajjiżi individwali. Din tikkonċerna l-volumi totali tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati, u dawn huma ferm ogħla mill-volumi stabbiliti fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

4.8.   Konklużjoni dwar id-dannu

(395)

Matul il-perjodu kkunsidrat, kważi l-makroindikaturi u l-mikroindikaturi kollha juru deterjorament konsiderevoli fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, li mill-inqas mill-2023 tista’ titqies bħala dannuża.

(396)

L-industrija tal-Unjoni progressivament tilfet il-volumi tal-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq. Barra minn hekk, anke jekk irnexxielha tikkontrolla u tnaqqas il-kostijiet operazzjonali tagħha, hija ma setgħetx iżżomm il-prezzijiet tagħha ogħla mill-kost ta’ unità tal-produzzjoni, li kienu affettwati mill-bidliet fil-prezz globali tar-ram.

(397)

Id-dannu sar saħansitra aktar evidenti fil-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni mill-2023 ’il quddiem, meta bdiet tagħmel it-telf u rat il-kollass tal-flussi tal-flus tagħha għal kważi żero.

(398)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm livell ta’ investiment, li kien neċessarju sabiex jiġi sostitwit tagħmir antik u tkompli l-operazzjonijiet tagħha. Madankollu, minħabba t-telf li bdiet tirrealizza mill-2023, ir-redditu fuq l-investimenti sar negattiv.

(399)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(400)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għal importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr il-pajjiżi kkonċernati, l-użu kaptiv, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, u l-iżviluppi fil-konsum.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(401)

Kif muri fit-taqsima 4.6, matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet il-volumi tal-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, filwaqt li tilfet il-kapaċità li żżomm il-prezzijiet tagħha ogħla mill-kostijiet tal-produzzjoni tagħha.

(402)

Dan id-deterjorament ħabat maż-żieda fil-preżenza u l-kompetizzjoni minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volumi tal-importazzjoni minn dawn il-pajjiżi żdiedu b’mod stabbli u sostanzjali, b’ 32 % f’volumi assoluti, u bi kważi 8 punti perċentwali f’termini ta’ sehem mis-suq.

(403)

Fl-istess ħin, meta mqabbla mal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping urew ferm inqas sensittività għaż-żieda fil-kostijiet tar-ram. Fil-fatt, filwaqt li l-prezzijiet globali tar-ram żdiedu b’ 5 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqsu b’ 6 %. B’riżultat ta’ dan, mhux biss waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, iżda mill-2023, naqsu taħt il-livell tal-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni, u dan ikkawża soppressjoni severa tal-prezzijiet tagħha.

(404)

Minn dan isegwi li d-deterjorament tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat huwa r-riżultat kemm tal-effetti fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezzijiet marbuta mal-preżenza dejjem akbar tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

(405)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(406)

Meta jitqies li l-Kodiċi NM 7411 10 90 ma jkoprix biss il-prodott taħt investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi bl-użu tad-data tal-Eurostat. B’mod partikolari, għat-Turkija u (b’mod konġunt) għall-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha ħlief it-Tajlandja, il-Kummissjoni kkalkulat l-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat bl-użu tal-proporzjon tal-kwantitajiet irrapportati wara l-bidu tal-investigazzjoni skont il-Kodiċi TARIC 7411 10 90 10 (il-prodott taħt investigazzjoni) mal-kwantitajiet totali skont il-Kodiċi NM 7411 10 90 . Dawn il-proporzjonijiet kienu ta’ 47 % għat-Turkija u ta’ 71 % għall-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha. Għat-Tajlandja li għaliha ma kien hemm l-ebda kwantità rrapportata skont il-Kodiċi TARIC 7411 10 90 10, il-Kummissjoni qieset li l-kwantità kollha rrapportata skont il-Kodiċi NM 7411 10 90 kienet il-prodott taħt investigazzjoni.

(407)

Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

It-Turkija

Kwantità (tunnellati)

1 935

1 951

2 244

2 537

 

Indiċi

100

101

116

131

 

Sehem mis-suq

[1,51  % - 1,7  %]

[1,66 – 1,86  %]

[1,96  % - 2,19  %]

[2,2  % - 2,45  %]

 

Prezz medju

10 122

9 552

9 989

10 593

 

Indiċi

100

94

99

105

It-Tajlandja

Kwantità (tunnellati)

1 589

1 490

859

638

 

Indiċi

100

94

54

40

 

Sehem mis-suq

[1,24  % - 1,39  %]

[1,27  % - 1,42  %]

[0,75  % - 0,84  %]

[0,55  % - 0,62  %]

 

Prezz medju

12 595

10 816

10 997

10 916

 

Indiċi

100

86

87

87

Pajjiżi terzi oħra

Kwantità (tunnellati)

2 390

1 781

1 429

1 303

 

Indiċi

100

75

60

54

 

Sehem mis-suq

[1,86  % - 2,1  %]

[1,52  % - 1,7  %]

[1,25  % - 1,4  %]

[1,13  % - 1,26  %]

 

Prezz medju

10 701

9 943

10 422

11 247

 

Indiċi

100

93

97

105

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr il-pajjiżi kkonċernati

Kwantità (tunnellati)

5 914

5 222

4 533

4 477

 

Indiċi

100

88

77

76

 

Sehem mis-suq

[4,6  % - 5,18  %]

[4,45  % - 4,98  %]

[3,96  % - 4,43  %]

[3,88  % - 4,32  %]

 

Prezz medju

11 020

10 046

10 317

10 829

 

Indiċi

100

91

95

100

Sors: l-Eurostat.

(408)

Minbarra l-pajjiżi kkonċernati, il-pajjiżi bl-ogħla volumi ta’ importazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienu t-Turkija u t-Tajlandja.

(409)

Kif jista’ jiġi osservat fit-Tabella 12 — Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi hawn fuq, l-importazzjonijiet mit-Turkija wrew żieda ta’ 31 % matul il-perjodu kkunsidrat, madankollu f’termini assoluti baqgħu f’livelli moderati, fil-livell ta’ 2 537 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. B’kuntrast għal dan, fl-istess perjodu, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja naqsu b’60 %, u laħqu biss 638 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn naqsu b’46 %, u laħqu b’mod konġunt madwar 1 300 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(410)

B’mod kruċjali, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija, mit-Tajlandja, u b’mod konġunt mill-pajjiżi terzi l-oħrajn kollha baqgħu f’livelli ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, u speċjalment meta mqabbla mal-prezzijiet u mal-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(411)

Minn dan isegwi li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi ma setgħux jikkontribwixxu, la individwalment u lanqas b’mod konġunt, għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   Konsum

(412)

Kif muri fit-Tabella 2 — Konsum tal-Unjoni (f’tunnellati), il-konsum totali tal-Unjoni naqas bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum fis-suq ħieles naqas b’10 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(413)

Filwaqt li dan it-tnaqqis fil-konsum seta’ kellu effett żgħir fit-telf tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, l-akbar parti ta’ dan it-telf kienet ikkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li kisbu sehem sinifikanti mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(414)

Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li għall-industrija tal-Unjoni, il-kostijiet tal-produzzjoni huma fil-biċċa l-kbira varjabbli, jiġifieri, marbutin direttament mal-volum tal-produzzjoni. Dawn jinkludu l-kost tar-ram (li, kif spjegat hawn fuq, jikkostitwixxi sa 90 % tal-kost ġenerali tal-produzzjoni), iżda wkoll kostijiet operatorji varjabbli oħrajn bħall-enerġija u l-manodopera diretta. B’kuntrast għal dan, il-kostijiet fissi jirrappreżentaw biss porzjon żgħir ħafna tal-kostijiet ġenerali tal-produzzjoni.

(415)

Fid-dawl ta’ dan, it-tnaqqis fil-konsum ma setax kellu kontribut sinifikanti għat-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li hija ddeterminata prinċipalment mir-relazzjoni bejn il-kostijiet varjabbli u l-marġni li l-industrija tal-Unjoni tista’ titlob flimkien ma’ dawn il-kostijiet.

(416)

F’dan il-każ, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni saret negattiva bħala riżultat tas-soppressjoni tal-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati, li ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni żżomm marġni pożittiv.

(417)

Minn dan isegwi li t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni kellu kontribut limitat għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, jew l-ebda kontribut. Tali kontribuzzjoni limitata ma tistax ittaffi r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.3.   Użu kaptiv

(418)

Kif imsemmi fil-premessa (323), il-Kummissjoni sabet li parti mill-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienet destinata għal użu kaptiv, u speċifikament għall-produzzjoni ta’ tubi tar-ram miksija jew iżolati. Il-Kummissjoni eżaminat jekk ix-xejriet fl-użu tal-PUI fis-suq kaptiv setax ikkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(419)

Kif muri fit-Tabella 6, l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni baqa’ porzjon żgħir tal-produzzjoni ġenerali tagħha tat-tubi tar-ram, u wera tkabbir żgħir ta’ 5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(420)

Il-prodotti mmanifatturati b’mod kaptiv huma prodotti ta’ valur ogħla, li jiffaċċjaw inqas kompetizzjoni mill-importazzjonijiet u tipikament għandhom kontribut pożittiv għad-dħul u għall-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni.

(421)

Għalhekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-evoluzzjoni tal-użu kaptiv kienet b’xi mod qed tikkontribwixxi għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.4.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(422)

Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

 

2022

2023

2024

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

17 580

12 971

14 233

13 486

Indiċi

100

74

81

77

Prezz medju (tunnellati)

10 166

9 782

10 064

10 251

Indiċi

100

96

99

101

Sors:

Tweġiba għall-makrokwestjonarju.

(423)

Il-volumi tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqsu minn madwar 17 500 tunnellata fl-2022 għal madwar 13 500 tunnellata fl-2025 (PI), jiġifieri bi 23 %, hekk kif il-kompetizzjoni anke fis-swieq internazzjonali intensifikat matul il-perjodu kkunsidrat.

(424)

Filwaqt li dan it-tnaqqis ta’ 4 000 tunnellata ma jistax jitqies bħala negliġibbli, madankollu huwa ferm aktar baxx f’termini assoluti mit-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, li kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(425)

Barra minn hekk, kif imsemmi hawn fuq, il-kostijiet fissi tal-produzzjoni u għalhekk, l-ekonomiji ta’ skala fil-produzzjoni tat-tubi tar-ram huma limitati ħafna. Għalhekk, it-tnaqqis fil-volumi tal-esportazzjoni ma setax kellu kontribut sinifikanti għat-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni fl-Unjoni.

(426)

Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħet kellha biss kontribut limitat, jekk kien hemm, għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Tali kontribuzzjoni limitata ma tistax ittaffi r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.5.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti ta’ fatturi oħrajn

(427)

Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li l-uniċi fatturi li seta’ kellhom effett kontribwenti għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, kienu t-tnaqqis żgħir fil-konsum tal-Unjoni u t-tnaqqis fl-esportazzjonijiet. Madankollu, għaż-żewġ fatturi tqies li, l-aktar l-aktar, tali kontribut ikun limitat, u għalhekk ma jistax inaqqas ir-rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

5.2.6.   Kummenti minn partijiet interessati

(428)

Emmedi bagħtet kummenti dwar il-kawżalità.

(429)

Emmedi affermat li hemm fatturi oħra li x’aktarx ikkawżaw dannu. B’mod partikolari, Emmedi rreferiet għat-trasformazzjoni strutturali tas-suq Taljan tar-ram li naqset b’mod sinifikanti matul l-aħħar deċennji, kif ukoll għat-tnaqqis ġenerali fid-domanda għall-kostruzzjoni. Hija rreferiet ukoll għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-volatilità tal-prezzijiet tar-ram tal-LME, iż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija tal-UE, u l-istrateġiji kummerċjali tal-produtturi tal-UE. Emmedi talbet li s-sehem tad-dannu attribwibbli għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jiġi distint b’mod analitiku minn dawn il-fatturi, skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, inkluż għall-finijiet tal-applikazzjoni possibbli tar-regola tad-dazju inferjuri.

(430)

Il-Kummissjoni evalwat it-tnaqqis fil-konsum bħala kawża possibbli ta’ dannu fit-taqsima 5.2.2. Evalwat ukoll l-effetti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fit-taqsima 5.2.1. Hija kkonkludiet li dawn il-fatturi ma kellhom l-ebda kontribuzzjoni, jew kellhom kontribuzzjoni limitata ħafna, għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(431)

Fir-rigward tal-volatilità tal-prezz tar-ram tal-LME, il-Kummissjoni nnotat li din hija karatteristika inerenti tan-negozju tal-pajpijiet tar-ram. F’dan ir-rigward, Emmedi ma spjegatx kif din il-volatilità setgħet ikkontribwiet għad-dannu, jew saħansitra kif din il-volatilità nbidlet matul il-perjodu kkunsidrat.

(432)

Fir-rigward taż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija tal-UE, il-Kummissjoni nnotat li dan mhuwiex fattur distint li mhuwiex relatat mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Dan għaliex l-industrija tal-Unjoni kienet tkun kapaċi tgħaddi dawn iż-żidiet lill-klijenti tagħha billi żżid il-prezzijiet tagħha, u naqset milli tagħmel dan preċiżament minħabba l-pressjoni eżerċitata fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(433)

Fir-rigward tal-istrateġiji kummerċjali tal-produtturi tal-Unjoni, Emmedi ma spjegatx għal xiex kienu jammontaw dawn l-istrateġiji, u kif setgħu kkawżaw dannu lill-kumpaniji li adottawhom.

(434)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet ta’ Emmedi, filwaqt li nnotat ukoll li skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, l-għan tar-regola tad-dazju inferjuri ma huwiex li taġġusta d-dazju skont fatturi differenti li jikkontribwixxu għad-dannu, iżda li tistabbilixxi d-dazju fil-livell li jkun adegwat biex jitneħħa d-dannu.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(435)

Id-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat ikkoinċida ma’ żieda sinifikanti fil-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. L-importazzjonijiet daħlu mhux biss f’volumi dejjem jiżdiedu, iżda wkoll bi prezzijiet li waqqgħu u rażżnu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, hemm rabta kawżali ċara bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(436)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. L-effetti tat-tnaqqis żgħir fil-konsum tal-Unjoni u tat-tnaqqis fil-volumi tal-esportazzjoni fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu limitati meta mqabbla mal-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, huwa ċar li l-użu kaptiv u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma kellhom l-ebda effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni.

(437)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusa individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti prinċipalment f’telf fil-volumi tal-produzzjoni, fil-volumi tal-bejgħ u fis-sehem mis-suq, fil-profittabbiltà negattiva u fil-flussi tal-flus li qed jonqsu.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(438)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed sabiex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni.

(439)

F’dan il-każ, l-ilmentaturi asserew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-rigward ta’ tnejn mill-pajjiżi taħt investigazzjoni, jiġifieri ċ-Ċina u l-Vjetnam. Il-valutazzjoni dwar dawn il-pajjiżi hija inkluża fit-taqsima 6.2 hawn taħt.

6.1.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni għall-Messiku u l-Użbekistan

(440)

Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F”dan il-każ, id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni setgħet tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(441)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi li qed jiġu investigati, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li għandu jkun mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %.

(442)

L-informazzjoni relatata mal-istabbiliment tal-profitt normali ġiet inkluża fil-kwestjonarji li ntbagħtu lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Din kienet tinkludi l-profittabbiltà tal-prodott simili għall-10 snin ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jipprovdu data kompluta u d-data pprovduta ma setgħetx tiġi vverifikata. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni bilkemm kienet qed tagħmel profitt jew kienet qed tagħmel telf matul il-perjodu kkunsidrat kif muri fit-Tabella 11.

(443)

Ċerti produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun asserew li l-livell tagħhom ta’ investimenti, R&Ż u innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Madankollu, il-produtturi ma setgħux jikkwantifikaw dawn l-asserzjonijiet. Għalhekk, ġie konkluż li jenħtieġ li l-profitt fil-mira jiġi stabbilit għal 6 % f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku.

(444)

F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti għalihom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Peress li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jipprovdu data kompluta, ma żdied l-ebda kost ulterjuri mal-prezzijiet mhux dannużi.

(445)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż ta’ madwar 10 200 – 12 300 EUR kull tunnellata għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (443)) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(446)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni verifikata tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi ikkonċernati, fuq il-bażi ta’ tip b’ tip, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, bil-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(447)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mill-Messiku u mill-Użbekistan” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet (ara l-premessi minn (254) sa (256) għall-Messiku, u (291) u (292) għall-Użbekistan.

(448)

Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tad-dannu (%)

Il-Messiku

GD Affiliates de RL de CV

32,2

18,2

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Messiku

32,2

18,2

L-Użbekistan

ICG Infinity Copper Group LLC

Metal Processing Technology LLC

36,7

11

Angren Pipe Plant LLC

31,1

5,6

JV Sharq Tubes LLC

37,6

6,8

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Użbekistan

37,6

11

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni għaċ-Ċina u l-Vjetnam

6.2.1.   Tqabbil bejn il-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu

(449)

F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat, għar-rigward taċ-Ċina u l-Vjetnam, jekk il-marġni tad-dumping stabbilit b’mod proviżorju jkunx ogħla mill-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni. Għal dan l-għan, sar tqabbil bejn il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Vjetnam, mal-prezz fil-mira tal-produtturi tal-Unjoni kif spjegat fit-Taqsima 6.1 hawn fuq.

(450)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħra li kkooperaw” u għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Vjetnam” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet (ara l-premessi (308) u (313)). Għall-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu abbażi tal-ogħla marġni stabbilit għal kull tip ta’ prodott esportat mill-produttur esportatur Ċiniż li kkoopera.

(451)

Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tad-dannu (%)

Iċ-Ċina

Ningbo Jintian Copper Tube Co., Ltd.,

33,5

13,8

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina

51,5

17,3

Il-Vjetnam

Hailiang (Vietnam) Copper Manufacturing Co., Ltd

20,4

12,3

Jintian Copper Industrial Company Limited

13,8

14,4

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fil-Vjetnam

17,4

13,3

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Vjetnam

20,6

14,4

(452)

Peress li l-marġni tad-dannu taħt il-prezz kkalkulat għall-produtturi esportaturi Ċiniżi u ċerti produtturi esportaturi Vjetnamiżi kien aktar baxx mill-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni vvalutat jekk hemmx distorsjonijiet fil-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.2.2.   Distorsjonijiet fil-materja prima

6.2.2.1.   Distorsjonijiet fil-materja prima fiċ-Ċina

(453)

Skont l-evidenza fl-ilment, il-katodi tar-ram, ir-ruttam tar-ram jew il-billetti (jew kombinament ta’ katodi tar-ram u ruttam), li jammontaw għal bejn 75 % u 90 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huma soġġetti għal dazji tal-esportazzjoni fiċ-Ċina.

(454)

Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produttur esportatur li kkoopera. Bħala materja prima prinċipali ġiet ikkunsidrata dik il-materja prima li hija probabbli li tirrappreżenta mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni stabbiliet li aktar minn 90 % tal-kost tal-produzzjoni jikkostitwixxi l-kost tal-materja prima ewlenija, jiġifieri l-katodi tar-ram.

(455)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk xi materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat hijiex distorta minn waħda mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku: skemi ta’ pprezzar doppju, taxxi fuq l-esportazzjoni, soprataxxa fuq l-esportazzjoni, kwoti fuq l-esportazzjoni, projbizzjoni tal-esportazzjoni, taxxa fiskali fuq l-esportazzjoni, rekwiżiti ta’ liċenzjar, prezz minimu tal-esportazzjoni, tnaqqis jew irtirar tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), restrizzjoni fuq il-punt tal-iżdoganar tal-merkanzija għall-esportaturi, lista ta’ esportaturi kwalifikati, obbligu tas-suq domestiku, estrazzjoni kaptiva. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat il-bażi tad-data Ċiniża dwar it-tariffi u t-taxxi doganali disponibbli għall-pubbliku (134).

(456)

Il-Kummissjoni stabbiliet li l-katodi tar-ram huma soġġetti għal dazju fuq l-esportazzjoni u anke għall-irtirar tar-rifużjoni tal-VAT.

(457)

Sussegwentement, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tal-katodi tar-ram mal-prezzijiet fis-suq internazzjonali rappreżentattiv – is-Serbja. Il-prezzijiet imħallsa għall-katodi tar-ram mixtrija domestikament mill-produtturi esportaturi li kkooperaw tqabblu mal-prezzijiet tal-katodi tar-ram kif stabbilit fit-Tabella 1. Dak it-tqabbil wera li l-prezzijiet applikati fis-suq internazzjonali kienu [6 – 8] % ogħla milli fiċ-Ċina. Minħabba li l-katodi tar-ram jammontaw għal aktar minn 90 % tal-kostijiet totali, żieda ta’ [6 – 8] % fil-prezzijiet tal-materja prima tirriżulta f’żieda ġenerali fil-kost tal-prodott ta’ aktar minn 5 %. Meta jitqies li l-marġni ta’ profitt tal-produttur tal-prodott simili fil-pajjiż rappreżentattiv huwa biss ta’ 5 %, tali varjazzjoni fil-kostijiet ikollha effett negattiv materjali fuq il-profittabbiltà, u b’hekk id-differenza fil-prezz titqies sinifikanti.

(458)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi l-oħrajn fiċ-Ċina, il-livelli tal-prezzijiet domestiċi għas-suq Ċiniż ġew stabbiliti abbażi tat-tranżazzjonijiet ta’ xiri tal-katodi tar-ram irrapportati mill-uniku esportatur li kkoopera, Jintian China. Is-sejbiet fil-premessa ta’ hawn fuq ġew estiżi għall-produtturi esportaturi kollha fiċ-Ċina.

(459)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-katodi tar-ram huma soġġetti għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

6.2.2.2.   Distorsjonijiet fil-materja prima fil-Vjetnam

(460)

Skont l-evidenza fl-ilment, fil-Vjetnam, il-katodi tar-ram li jammontaw għal aktar minn 75 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huma soġġetti għal dazji fuq l-esportazzjoni li jvarjaw bejn 10 u 22 %.

(461)

Kif indikat fil-premessa (460) hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li l-katodi tar-ram kienu l-materja prima ewlenija f’termini ta’ kontribuzzjoni għall-kost tal-produzzjoni.

(462)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk xi materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat hijiex distorta minn waħda mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku: skemi ta’ pprezzar doppju, taxxi fuq l-esportazzjoni, soprataxxa fuq l-esportazzjoni, kwoti fuq l-esportazzjoni, projbizzjoni tal-esportazzjoni, taxxa fiskali fuq l-esportazzjoni, rekwiżiti ta’ liċenzjar, prezz minimu tal-esportazzjoni, tnaqqis jew irtirar tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), restrizzjoni fuq il-punt tal-iżdoganar tal-merkanzija għall-esportaturi, lista ta’ esportaturi kwalifikati, obbligu tas-suq domestiku, estrazzjoni kaptiva. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat l-informazzjoni ppreżentata mill-Gvern tal-Vjetnam fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, u sorsi oħrajn disponibbli, bħall-iskeda tariffarja tal-pajjiż, il-leġiżlazzjoni applikabbli (135) għall-kumpaniji bbażati fiż-Żoni ta’ Pproċessar għall-Esportazzjoni.

(463)

Il-Gvern tal-Vjetnam issottometta kummenti bil-miktub u bil-fomm (136), li jindikaw li l-provvista inadegwata ta’ mineral tar-ram u katodi tar-ram fis-suq domestiku Vjetnamiż tixpruna lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat biex jakkwistaw mis-swieq internazzjonali, bl-argument li:

(464)

Il-Vjetnam ma kienx fornitur tal-katodi tar-ram, peress li ma kellux biżżejjed raffineriji speċjalizzati u mineral tar-ram ta’ kwalità għolja għall-kumpaniji biex jakkwistaw katodi tar-ram mis-suq domestiku.

(465)

Peress li l-produtturi Vjetnamiżi kienu jiddependu prinċipalment fuq ir-ram importat, id-dazji fuq l-esportazzjoni ma kinux jaffettwaw il-kostijiet tal-produzzjoni jew kinux joħolqu vantaġġ inġust għall-esportaturi tat-tubi tar-ram fil-Vjetnam.

(466)

Il-Kummissjoni stabbiliet li d-dazji fuq l-esportazzjoni kienu stabbiliti għall-katodi tar-ram, għar-ruttam tar-ram u għall-mineral tar-ram, fil-livelli ta’ 1-20 %, 22 % u 40 % rispettivament.

(467)

Imbagħad, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tal-katodi tar-ram mixtrija mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun mal-prezzijiet fis-suq internazzjonali rappreżentattiv (jiġifieri l-prezzijiet tal-London Metal Exchange).

(468)

Minħabba li ż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma akkwistawx katodi tar-ram mill-Vjetnam, u li ma kien hemm l-ebda dazju stabbilit fuq l-importazzjonijiet tal-katodi tar-ram fil-pajjiż matul il-PI, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dazji fuq l-esportazzjoni stabbiliti ma kellhom l-ebda effett fuq il-prezzijiet tal-materja prima mħallsa minn xi waħda mill-kumpaniji.

(469)

Fir-rigward ta’ produtturi oħra fil-Vjetnam, il-Kummissjoni nnotat li l-informazzjoni fil-fajl tissuġġerixxi li dawn il-produtturi bilkemm setgħu jakkwistaw katodi tar-ram mill-Vjetnam. Barra minn hekk, ma hemmx evidenza fil-fajl li tindika xi differenza sinifikanti fil-prezz bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet fis-suq internazzjonali. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni qieset li wieħed jista’ jassumi li l-produtturi esportaturi li jifdal ma kinux affettwati mid-dazji fuq l-esportazzjoni.

(470)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-katodi tar-ram (raffinati u mir-ruttam) kienu fil-prinċipju soġġetti għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Madankollu, instab li din id-distorsjoni ma taffettwax lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

6.2.3.   Interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku

(471)

F’konformità mal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li kien fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fil-każ taċ-Ċina. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, inklużi l-kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen ta’ provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni.

6.2.3.1.   Kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur

(472)

Skont l-informazzjoni pprovduta fl-ilment, il-kapaċità żejda globali għall-prodott taħt investigazzjoni hija stmata għal [1 000 000 – 1 500 000] tunnellata, li minnhom [500 000 – 900 000] tunnellata huma fiċ-Ċina (137). Dawn il-kwantitajiet jirrappreżentaw bejn 4,5 u 8 darbiet l-ammont ta’ tubi tar-ram ikkunsmati fl-Unjoni.

(473)

Hemm ukoll kunsens ġenerali li s-settur tal-kostruzzjoni taċ-Ċina sejjer lura b’mod serju, u dan se jżid l-inċentiv tal-produtturi Ċiniżi tat-tubi tar-ram biex ifittxu opportunitajiet tas-suq tal-esportazzjoni (138).

(474)

Diversi pajjiżi imponew miżuri għad-difiża tal-kummerċ fuq tubi tar-ram li joriġinaw miċ-Ċina. Il-Kanada ilha li għandha miżuri anti-dumping mill-2013. Fl-Istati Uniti hemm stabbiliti wkoll miżuri anti-dumping, u dazji ta’ 50 % fuq l-importazzjonijiet kollha fl-Istati Uniti ta’ prodotti tar-ram nofshom lesti u prodotti derivattivi tar-ram intensivi huma effettivi minn Awwissu 2025 wara investigazzjoni tat-Taqsima 232. Fl-2023, il-Korea t’Isfel imponiet ukoll miżuri anti-dumping fuq pajpijiet tar-ram mingħajr weldjatura miċ-Ċina (139).

(475)

Għalhekk huwa ċar li l-produtturi fiċ-Ċina għandhom kapaċità ta’ riżerva u potenzjal ta’ esportazzjoni sinifikanti. Id-daqs kbir tas-suq tal-UE jagħmilha destinazzjoni attraenti għall-importazzjonijiet bi prezz baxx ta’ tubi tar-ram.

6.2.3.2.   Kompetizzjoni għall-materja prima

(476)

Kif imsemmi fil-premessa (456), il-Kummissjoni stabbiliet li l-katodi tar-ram huma soġġetti għal dazju fuq l-esportazzjoni u anke għall-irtirar tar-rifużjoni tal-VAT u li l-prezzijiet tal-katodu tar-ram fis-swieq internazzjonali kienu ogħla minn dawk fiċ-Ċina. Għalhekk, il-produtturi Ċiniżi tat-tubi tar-ram jibbenefikaw minn aċċess għall-katodi tar-ram bi prezzijiet taħt il-livelli tas-suq internazzjonali, li jagħtihom vantaġġ sostanzjali fil-kostijiet.

(477)

B’kuntrast għal dan, il-produtturi tal-Unjoni jixtru katodi tar-ram fis-suq miftuħ, fejn il-prezzijiet huma soġġetti għal dinamika globali tal-provvista u tad-domanda, kostijiet tal-enerġija, u fatturi ġeopolitiċi. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni kienet f’pożizzjoni żvantaġġata vis-à-vis il-produtturi esportaturi Ċiniżi.

6.2.3.3.   Effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni

(478)

L-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq it-tubi tar-ram Ċiniżi fl-Unjoni hija mistennija li jkollha impatt limitat fuq il-katina tal-provvista. Kif muri fit-Tabella 5 — Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità ta’ riżerva ta’ aktar minn 80 000 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din il-kapaċità ta’ riżerva kienet sostanzjalment ogħla mill-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina matul l-istess perjodu. Minn dan isegwi li l-industrija tal-Unjoni tista’ tissostitwixxi l-importazzjonijiet miċ-Ċina bil-produzzjoni tagħha stess, u saħansitra tkopri d-domanda kollha tal-Unjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Barra minn hekk, iċ-Ċina u l-pajjiżi l-oħrajn kollha kkonċernati xorta jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet ġusti u mingħajr distorsjoni.

(479)

Minbarra dan, l-utenti tal-Unjoni xorta jistgħu jakkwistaw il-prodott taħt investigazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn, bħall-Ġappun, it-Tajlandja, l-Istati Uniti, it-Turkija jew l-Indja (140).

(480)

Għalhekk, l-utenti jkollhom aċċess suffiċjenti għall-prodott taħt investigazzjoni anke f’każ ta’ tnaqqis fl-importazzjonijiet miċ-Ċina. Konsegwentement, ma huwiex mistenni tfixkil tal-ktajjen tal-valur tal-utenti tal-Unjoni.

6.2.3.4.   Konklużjoni tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku

(481)

Wara li vvalutat l-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku.

(482)

Fid-dawl tal-analiżi stabbilita hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-livell tad-dazji proviżorji fil-każ taċ-Ċina abbażi tal-livell ta’ dumping, soġġett għal kunsiderazzjonijiet ulterjuri fil-kuntest tal-Artikolu 21 stabbiliti fit-Taqsima 7 hawn taħt.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(483)

Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku għaċ-Ċina, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, għall-pajjiżi kollha kkonċernati. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-fornituri upstream, tal-importaturi u tal-utenti.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(484)

Hemm 11-il kumpanija li jipproduċu tubi tar-ram fl-Unjoni, li jimpjegaw 1 049 membru tal-persunal (FTE). Il-produtturi jinsabu fl-Awstrija, fil-Finlandja, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Italja u fi Spanja. Aktar minn 63 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni appoġġat b’mod espliċitu l-bidu tal-investigazzjoni u l-ebda produttur tal-Unjoni ma esprima oppożizzjoni.

(485)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni qed iġġarrab dannu materjali minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Kif ġie konkluż fit-Taqsima 4.8 hawn fuq, is-sitwazzjoni tal-industrija kollha tal-Unjoni marret għall-agħar bħala riżultat tal-kwantitajiet dejjem akbar ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati bi prezzijiet baxxi. Importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi, oġġetti ta’ dumping, iggwadanjaw is-sehem mis-suq b’mod kostanti fl-Unjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni u ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tagħha għal livelli raġonevolment profittabbli li jkunu jippermettulha tilħaq il-profitt fil-mira.

(486)

L-impożizzjoni ta’ miżuri se tirriżulta fi prezzijiet ogħla tal-importazzjoni u tirrestawra l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. Dan huwa mistenni li jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mis-sitwazzjoni dannuża, filwaqt li tirkupra mill-inqas parti mis-sehem mis-suq mitluf għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Il-bejgħ se jkun jista’ jseħħ bi prezzijiet ġusti, filwaqt li jtejjeb il-profittabbiltà tagħhom lejn livell sostenibbli u jirkupra.

(487)

In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jaggrava s-sitwazzjoni diġà affettwata minn dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni, li ma hijiex b’saħħitha biżżejjed biex tkompli tiflaħ għal żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezzijiet saħansitra inqas mill-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Jekk ma jiġux imposti miżuri, jista’ jkun mistenni li ż-żieda fl-importazzjonijiet ta’ tubi tar-ram oġġett ta’ dumping u bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati tibqa’ għaddejja. F’dik is-sitwazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ tgħolli l-prezzijiet tagħha għal livelli profittabbli u tkompli titlef il-bejgħ għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li jirriżulta f’każijiet ulterjuri ta’ għeluq ta’ impjanti tal-produzzjoni (141).

(488)

Għalhekk, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess tal-fornituri upstream

(489)

Lil hinn mill-effetti tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni, l-ilmentatur indika li l-kompetizzjoni inġusta mill-importazzjonijiet qed twassal għall-għeluq potenzjali tal-fonderiji tar-ram fl-Unjoni, li huma vitali għall-provvista Ewropea tar-ram (142).

(490)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni addizzjonali disponibbli għall-Kummissjoni, abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping proviżorji tkun ukoll fl-interess tal-fornituri tat-tubi tar-ram fl-Unjoni.

7.3.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(491)

Mal-bidu tal-investigazzjoni, diversi importaturi mhux relatati ġew ikkuntattjati u mistiedna jikkooperaw. L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba fl-Anness tan-Notifika tal-Bidu sal-iskadenza, u l-Kummissjoni ddeċidiet li kampjunar ma kienx neċessarju.

(492)

Emmedi Metalli Srl, importatur u utent tat-tubi tar-ram, ippreżenta tweġiba għall-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati fl-14 ta’ Awwissu 2026. Minħabba li t-tweġibiet għall-kwestjonarju daħlet kważi ħames xhur wara l-iskadenza statutorja stabbilita fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni injoratha.

(493)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina l-impatt preċiż tad-dazji anti-dumping fuq in-negozju tagħhom.

(494)

Fi kwalunkwe każ, l-importaturi fl-Unjoni se jibqgħu jkunu jistgħu jimportaw it-tubi tar-ram mill-pajjiżi kkonċernati, peress li l-għan tal-investigazzjoni ma huwiex li twaqqaf l-importazzjonijiet iżda li terġa’ tistabbilixxi kompetizzjoni ġusta billi tindirizza l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Barra minn hekk, l-importaturi xorta jistgħu jakkwistaw il-prodott taħt investigazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn, bħall-Ġappun, it-Tajlandja, l-Istati Uniti, it-Turkija jew l-Indja. Filwaqt li l-miżuri anti-dumping x’aktarx li jkollhom ċertu impatt negattiv fuq l-importaturi, il-Kummissjoni qieset ukoll li se jkunu jistgħu jassorbu jew jgħaddu parti miż-żieda fil-kost ikkawżata mid-dazju lill-klijenti tagħhom.

(495)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importaturi mhux relatati ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat mill-impożizzjoni tal-miżuri.

7.4.   Interess tal-utenti

(496)

Ippreżentaw ruħhom 19-il utent ta’ tubi tar-ram. Ħames utenti ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju u bosta oħrajn issottomettew kummenti.

(497)

Abbażi ta’ informazzjoni mhux ivverifikata pprovduta fil-kwestjonarji tal-utenti, il-prodott taħt investigazzjoni kien jammonta għal bejn 3,2 % u 18,5 % tal-kost totali tal-manifattura għall-prodotti li fihom jintuża. Filwaqt li r-rispondenti utenti kollha rrapportaw profitti, il-livelli differenti ta’ profittabbiltà se jiġu eżaminati ulterjorment matul l-investigazzjoni.

(498)

Il-maġġoranza tal-kumpaniji li ssottomettew kummenti appoġġaw bil-qawwa l-investigazzjoni u l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, filwaqt li enfasizzaw l-importanza ta’ fornituri lokali affidabbli, u r-riskji ta’ dipendenza fuq ktajjen tal-provvista internazzjonali volatili. Żewġ kumpaniji rrakkomandaw li kwalunkwe miżura jenħtieġ li tkun ibbilanċjata u rieżaminata bir-reqqa, sabiex la taffettwa b’mod negattiv il-kompetittività u l-vijabbiltà tal-industriji downstream, u lanqas ma tmur kontra l-objettivi ta’ politika usa’ tal-UE, inklużi s-sostenibbiltà, il-kompetittività industrijali, u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista.

(499)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (479), ma hemm l-ebda riskju ta’ nuqqas ta’ provvista ta’ tubi tar-ram fl-Unjoni.

(500)

Għalhekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-utenti ma jkunux affettwati b’mod sproporzjonat mill-impożizzjoni tal-miżuri.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(501)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi tar-ram li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Messiku, mill-Vjetnam u mill-Użbekistan f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVIŻORJI

(502)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(503)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi tar-ram li joriġinaw mill-Messiku, mill-Vjetnam u mill-Użbekistan, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġni tad-dannu u l-marġni tad-dumping fil-premessi (448) u (451) hawn fuq. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu.

(504)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi tar-ram li joriġinaw miċ-Ċina, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (482) li l-livell xieraq biex jitneħħa d-dannu jenħtieġ li jkun il-marġni tad-dumping.

(505)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Jintian Copper Tube Co., Ltd.

33,5 %

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

51,5 %

Il-Messiku

GD Affiliates de RL de CV

18,2  %

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Messiku

18,2  %

Il-Vjetnam

Jintian Copper Industrial Company Limited

13,8  %

Hailiang (Vietnam) Copper Manufacturing Co., Ltd

12,3  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fil-Vjetnam

13,3  %

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Vjetnam

14,4  %

L-Użbekistan

ICG Infinity Copper Group LLC

Metal Processing Technology LLC

11  %

Angren Pipe Plant LLC

5,6  %

JV Sharq Tubes LLC

6,8  %

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Użbekistan

11  %

(506)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u magħmul mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(507)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”.

(508)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mad-dritt doganali.

(509)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

9.   REĠISTRAZZJONI

(510)

Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(511)

Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tieqaf/ma titkompliex.

(512)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli tal-miżuri anti-dumping.

10.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU

(513)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tliet ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom.

(514)

Jintian China, EUTCDC u GDA pprovdew kummenti dwar id-divulgazzjoni minn qabel li rreferew għall-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping. Billi dawn il-kummenti ma kinux jikkonċernaw direttament il-preċiżjoni tal-kalkolu, se jiġu indirizzati, fejn xieraq, fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

(515)

Sharq Tubes infurmat lill-Kummissjoni bi żball klerikali li kienet għamlet fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju li affettwa l-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija. Il-Kummissjoni eżaminat l-affermazzjoni u għamlet l-aġġustamenti korrispondenti fil-prezzijiet tal-esportazzjoni.

(516)

Jintian Vietnam issottomettiet kummenti li jinnotaw li l-ispejjeż SG&A tan-negozjant relatat tagħha kienu ġew ikkalkulati abbażi ta’ informazzjoni minn kumpanija relatata oħra. Il-kumpanija talbet ukoll ir-reviżjoni tal-livell ta’ profitt applikat għan-negozjant relatat tagħha u t-test OCOT jitwettaq abbażi ta’ data ta’ kull xahar.

(517)

Il-Kummissjoni rrevediet iċ-ċifri tal-SG&A u aġġustat il-kalkolu kif xieraq. Fir-rigward tal-affermazzjonijiet l-oħra kollha, il-Kummissjoni nnotat li kif indikat fl-ittra ta’ akkumpanjament mibgħuta lill-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun fl-14 ta’ Ottubru 2026; fid-divulgazzjoni minn qabel, jenħtieġ li l-kummenti jkunu limitati għall-akkuratezza tal-kalkoli, u kwalunkwe kumment ieħor se jitqies biss wara d-divulgazzjoni tal-miżuri proviżorji. Bħala tali, il-kummenti dwar is-sors tal-marġni ta’ profitt għan-negozjant relatat tiegħu, u l-użu ta’ data ta’ kull xahar ġew injorati.

(518)

Hailiang Vietnam innotat differenza fil-kwantitajiet totali li abbażi tagħhom kienu ġew ikkalkolati l-marġnijiet tad-dannu u tad-dumping. Il-Kummissjoni spjegat li d-differenza fil-volum kienet tikkorrispondi għall-bejgħ mill-istokks u aġġustat il-kalkolu tad-dumping tagħha biex teskludihom mill-valutazzjoni.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(519)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(520)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ pajpijiet u tubi, ta’ ram raffinat, f’koljaturi mkebbin f’livelli, kemm jekk lixxi kif ukoll jekk bi skanalaturi interni, mhux ipproċessati ulterjorment, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7411 10 90 (il-kodiċi TARIC 7411 10 90 10) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Messiku, mill-Vjetnam u mill-Użbekistan.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Pajjiż ta’ oriġini

Kumpanija

Dazju anti-dumping proviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Ningbo Jintian Copper Tube Co., Ltd

33,5 %

88GX

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

51,5 %

8999

Il-Messiku

GD Affiliates de RL de CV

18,2  %

88GY

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Messiku

18,2  %

8999

L-Użbekistan

ICG Infinity Copper Group LLC

Metal Processing Technology LLC

11  %

88GZ

Angren Pipe Plant LLC

5,6  %

88HA

JV Sharq Tubes LLC

6,8  %

88HB

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Użbekistan

11  %

8999

Il-Vjetnam

Jintian Copper Industrial Company Limited

13,8  %

88HC

Hailiang (Vietnam) Copper Manufacturing Co., Ltd

12,3  %

88HD

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fil-Vjetnam

13,3  %

Ara l-Anness

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-Vjetnam

14,4  %

8999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’tunnellati) ta’ tubi tar-ram mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġew immanifatturati minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1161.

2.   Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21. ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Notifika tal-bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ tubi tar-ram li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Messiku, mill-Vjetnam u mill-Użbekistan (ĠU C, C/2026/1506, 12.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1506/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1161 tat-22 ta’ Mejju 2026 li jagħmel l-importazzjonijiet tat-tubi tar-ram li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mill-Messiku, mill-Vjetnam u mill-Użbekistan soġġetti għar-reġistrazzjoni bil-ħsieb li tkun tista’ ssir l-imposta ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2026/1161, 26.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1161/oj).

(4)  Importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-UE matul il-PI stmati għal 4 000 MT – ara l-paragrafu 332 tal-ilment.

(5)  Il-Punt 287 tal-ilment.

(6)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2847.

(7)  L-ilment, il-paragrafi 20 sa 31.

(8)  L-ilment, il-paragrafi 32 sa 40.

(9)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final.

(10)  Rapport — Kapitolu 2, p. 7.

(11)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 7–8.

(12)  Ara fi: http://finance.people.com.cn/n1/2026/0128/c1004-40654753.html (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2026).

(13)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 10, 18.

(14)  Disponibbli fi: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.htm (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2024).

(15)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 29–30.

(16)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 4, p. 57, 92.

(17)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 149–150.

(18)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 153–171.

(19)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 7, p. 204–205.

(20)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 8, p. 207–208, 242–243.

(21)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 19-24, il-Kapitolu 4, p. 69, p. 99-100, il-Kapitolu 5, p. 130-131.

(22)  Ara https://www.enreach.com.cn/about_14/ (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2026).

(23)  Ara r-rapport annwali 2025 ta’ Zhejiang Hailiang Co. Ltd., p. 107, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2026/2026-4/2026-04-29/12269645.PDF, (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2026).

(24)  Ara r-rapport annwali 2025 ta’ Ningbo Jintian Copper (Group) Co. Ltd., p. 72, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2026/2026-4/2026-04-24/12156933.PDF, (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2026).

(25)  Ara https://zgty.chinalco.com.cn/ (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2026).

(26)  Ara r-rapport annwali 2025 ta’ Chinalco, p. 253, disponibbli fuq: https://www.chalco.com.cn/tzzgx/thygg/202603/P020260330341392300660.pdf, (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2026).

(27)  Ara http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2026).

(28)  Ara https://www.minmetals.com/ (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2026).

(29)  Ara http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fid-19 ta’ Ġunju 2026).

(30)  L-Art. 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 47-50.

(31)  Ara https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/5665166/files/90c1c79a00b44c67b59c29392476c862.pdf (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(32)   Ibid., it-Taqsima IV.1, p. 12.

(33)   Ibid., it-Taqsima IV.2, p. 14.

(34)  Ara https://www.gov.cn/lianbo/bumen/202509/P020250928687723775593.pdf, (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(35)   Ibid., it-Taqsima II, p. 2.

(36)  Ara https://www.ncsti.gov.cn/zcfg/zcwj/202502/t20250212_195423.html, (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(37)   Ibid., it-Taqsima I.

(38)   Ibid., it-Taqsima I.

(39)   Ibid., it-Taqsima I.

(40)  Ara https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/t20231229_1362999.html, p. 22, (aċċessat fl-24 ta’ Ġunju 2026).

(41)   Ibid., p. 91.

(42)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 2, p. 24–27.

(43)  Ara https://www.cnfa.net.cn/ (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(44)  Ara https://www.cnfa.net.cn/about/1546.aspx (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(45)   Ibid., (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(46)  Ara https://www.cnfa.net.cn/roster.aspx, (aċċessat fis-26 ta’ Ġunju 2026).

(47)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 40.

(48)  Għal eżempju ara: Blanchette, J. - Xi's Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, Nru 4, Lulju/Awwissu 2021, pp. 10-19.

(49)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41.

(50)  Disponibbli fi: https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(51)  Il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(52)  Financial Times (2020) - Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise: https://www.ft.com/content/582411f6-fc3b-4e4d-9916-c30a29ad010e?syn-25a6b1a6=1 (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(53)  Ara r-rappor t annwali ta’ Zhejiang Hailiang Co. Ltd tal-2025, p. 60, li ssibu hawn: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2026/2026-4/2026-04-29/12269645.PDF, (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(54)  Ara https://www.cnfa.net.cn/institute/show-2672.aspx (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(55)  Ara https://js.news.cn/20250609/01a98f2d767044798192f9a068694b0d/c.html (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(56)  Ara https://finance.sina.com.cn/roll/2025-11-10/doc-infwwvuv1539830.shtml (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(57)  Ara https://zgty.chinalco.com.cn/gywm/gsld/ (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(58)  Ibid.

(59)  Ara https://zgty.chinalco.com.cn/xwzx/gsyw/202606/t20260612_171520.html (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(60)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 14, it-Taqsimiet 14.1 sa 14.3.

(61)  Ir-Rapport – Il-Kapitolu 4, p. 56-57, 99-100.

(62)  Ara https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/5665166/files/90c1c79a00b44c67b59c29392476c862.pdf (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(63)  Ibid. It-Taqsimiet IV.1m p. 12 u VI.2, p. 25.

(64)  Ara https://www.ncsti.gov.cn/zcfg/zcwj/202502/t20250212_195423.html, (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(65)  Ibid. It-Taqsima VIII.

(66)  Ibid. It-Taqsimiet XIII u XIV.

(67)  Ara l-14-il FYP ta’ Jiangxi dwar l-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija tal-metalli mhux ferrużi.

(68)   Ibid., it-Taqsima III.1.

(69)  Ara https://www.sohu.com/a/970930639_121106902, (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(70)  Ibid.

(71)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 171–179.

(72)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 260–261.

(73)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 257–260.

(74)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 9, p. 252–254.

(75)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 360–361, 364–370.

(76)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 366.

(77)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 13, p. 370–373.

(78)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 137–140.

(79)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 146–149.

(80)  Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 149.

(81)  Ara “GOC Ad hoc Support to Banks”, Tħabbira uffiċjali, Ministeru għall-Finanzi, disponibbli fuq: https://www.mof.gov.cn/zhengwuxinxi/caizhengxinwen/202503/t20250329_3961036.htm, (aċċessat fil-5 ta’ Ġunju 2026).

(82)  China Banking and Insurance Regulatory Commission (it-28 ta’ Awwissu 2020) - Three-year action plan for improving corporate governance of the banking and insurance sectors (2020-2022), disponibbli fuq: http://www.scio.gov.cn/xwfb/gwyxwbgsxwfbh/wqfbh_2284/2021n_2711/2021n07y14r/wjxgzc_3574/202208/t20220808_312682.html, (aċċessat fl-4 ta’ Ġunju 2026). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “jiġi implimentat ulterjorment l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “se nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri [...] Kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni ewlenin iridu jkunu ġew diskussi mill-Kumitat tal-Partit qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew il-maniġment superjuri”.

(83)  China Banking and Insurance Regulatory Commission (il-15 ta’ Diċembru 2020) - Notice on the Commercial banks performance evaluation method; disponibbli fi: https://jrs.mof.gov.cn/zhengcefabu/cwjx/202101/t20210104_3638904.htm, (aċċessat fl-4 ta’ Ġunju 2026).

(84)  Ara fi: https://www.gov.cn/zhengce/content/202511/content_7047643.htm (aċċessat fil-5 ta’ Ġunju 2026).

(85)  Ibid, Taqsima 11.

(86)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 157–158.

(87)  Ir-Rapport — il-Kapitolu 6, p. 150–152, 156–160, 165–171.

(88)  OECD (2019), Stħarriġ Ekonomiku tal-OECD: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, disponibbli fuq:

https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fit-22 ta’ Ġunju 2026).

(89)  Ara: https://www.mof.gov.cn/zhengwuxinxi/caizhengxinwen/202006/t20200618_3534446.htm, (aċċessat fil-5 ta’ Ġunju 2026).

(90)  Id-Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

(91)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(92)   https://www.termomecanica.com.br/EN/termomecanica.

(93)   https://www.paranapanema.com.br/en/our-products/paranapanema/.

(94)   https://www.maksal.com/.

(95)   https://coppertubing.co.za/.

(96)   https://sarkuysan.com/en/product/product-copper-tube-page.

(97)   https://www.uci.com.tr/products.

(98)   https://vbs.co.rs.

(99)  Pereżempju fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/4 tas-17 ta’ Diċembru 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, profitt ta’ 4,24 % tqis bħala raġjonevoli (ĠU L, 2025/4, 9.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/4/oj premessa (171)).

(100)   https://www.stat.gov.rs/en-US/oblasti/trziste-rada/zarade.

(101)   https://ilostat.ilo.org/data/?cat_mode=subject.

(102)   https://www.eps.rs/cir/snabdevanje/Pages/cene.aspx.

(103)   https://www.srbijagas.com/?page_id=2562.

(108)   https://www.stat.gov.rs/en-US/oblasti/trziste-rada/zarade.

(109)   https://ilostat.ilo.org/data/?cat_mode=subject.

(110)   https://www.aers.rs/media/Files/Izvestaji/Godisnji/Izvestaj%20Agencije%202025.pdf.

(111)   https://www.aers.rs/media/Files/Izvestaji/Godisnji/Izvestaj%20Agencije%202025.pdf.

(112)  Investigazzjoni ta’ rifużjoni RF86-01: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2026) 3105 final tal-20.5.2026 https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-history?caseId=2484#RF86-01.

(113)  Investigazzjoni ta’ rifużjoni RF86-01: Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2026) 3105 final tal-20.5.2026 https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-history?caseId=2484#RF86-01.

(114)  Il-Komunikazzjoni tas-27 ta’ April 2026, save number: t26.003023 u Nota għall-Fajl tat-8 ta’ Mejju 2026, numru ta’ referenza t26.003356.

(115)  Nota għall-fajl tat-8 ta’ Settembru 2026, T26.007340.

(116)   t26.002008.

(117)  Il-Grupp tal-Bank Dinji, Lower Middle Income, https://data.worldbank.org/country/lower-middle-income.

(118)  Il-Grupp tal-Bank Dinji, Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/country/upper-middle-income.

(119)  t26.003907.

(120)  t26.004103.

(121)  Il-Kawża C-338/10, Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt., ECLI:EU:C:2012:158, il-punti 20-22; Il-Kawża C-687/13, Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Regensburg, ECLI:EU:C:2015:573, il-punt 49.

(122)   Fact Sheet: President Donald J. Trump Takes Action to Address the Threat to National Security from Imports of Copper – The White House.

(123)  L-hekk imsejħa “copper 232 tariffs” japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tar-ram nofshom lesti, bħal pajpijiet tar-ram, wajers, vireg, folji, tubi, fittings tal-pajpijiet, kejbils, konnetturi, u komponenti elettriċi. Dawn ma japplikawx għal materjali ta’ input bħal minerali tar-ram, konċentrati, matti, katodi, u anodi.

(124)  Nota għall-fajl tat-8 ta’ Settembru 2026 (disponibbli fil-fajl tal-każ fid-9 ta’ Settembru 2026) (t26.007340) li tistieden lill-partijiet jissottomettu kummenti fi żmien 10 ijiem mid-data meta n-nota ssir disponibbli fil-fajl tal-każ miftuħ. Il-produtturi Użbeki ssottomettew it-tweġiba tagħhom fil-21 ta’ Settembru 2026, wara l-10 ijiem stabbiliti.

(125)  Ara wkoll il-premessa 219 hawn fuq għal aktar dettalji Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2026) 3105 final tal-20.5.2026.

(127)  Sors: https://fred.stlouisfed.org/data/PCOPPUSDA, maqlub għal EUR bl-użu tar-rata tal-kambju annwali medja EUR/USD.

(128)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/270 tal-4 ta’ Frar 2026 li jimponi dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-1,4-Butanidjol li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, mir-Renju tal-Arabja Sawdija u mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L, 2026/270, 5.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/270/oj).

(129)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/939 tal-10 ta’ Ġunju 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ monoetilenglikol li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Renju tal-Arabja Sawdija (ĠU L 205, 11.6.2021, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/939/oj).

(130)   https://www.sctubes.com/en/about-us.

(131)  Ara https://www.kme.com/fileadmin/DOWNLOADCENTER/ABOUT%20US/4 %20Commitments/Sustainability_Report_2025/KME_2026_SCT_-_TMX_ENG.pdf, p. 22.

(132)   https://www.coppercouncil.org/wp-content/uploads/2022/02/TS22-Di-Cosimo.pdf.

(133)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2020 , Eurofer, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, AISBL vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-Kawża T-835/17, il-punt 82.

(134)   https://www.transcustoms.cn/.

(135)  Il-Liġi dwar id-Dazji fuq l-Esportazzjoni u l-Importazzjoni Nru 107/2016/QH13; Il-Liġi dwar id-Dwana Nru 54/2014/QH13; Id-Digriet Nru 35/2022/ND-CP; Id-Digriet Nru 08/2015/ND-CP; Iċ-Ċirkolari Nru 38/2015/TT-BTC.

(136)  Ara n-numru ta’ ssejvjar TRON t26.007930.

(137)  L-ilment, il-paragrafu 302.

(138)  L-ilment, il-paragrafu 307.

(139)  L-ilment, il-paragrafu 348.

(140)  L-ilment, il-paragrafu 501.

(141)  L-ilment, il-paragrafu 413.

(142)  L-ilment, il-paragrafu 497.


ANNESS

Produtturi esportaturi oħra li kkooperaw li ma humiex fil-kampjun

Pajjiż

Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

Il-Vjetnam

LS Metal Vilna LLC

88HE

TOAN PHAT COPPER TUBE Joint Stock Company

88HF


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2497/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)