European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1077

18.5.2026

FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA SKONT L-ARTIKOLU XXVIII TAL-FTEHIM ĠENERALI DWAR IT-TARIFFI U L-KUMMERĊ (GATT) TAL-1994, RELATAT MAL-MODIFIKA TAL-KONĊESSJONIJIET FUQ IL-KWOTI TARIFFARJI KOLLHA IKLUŻI FL-ISKEDA CLXXV TAL-UE BĦALA KONSEGWENZA TAL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA

A.   Ittra mingħand l-Unjoni Ewropea

Sur/Sinjura,

Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati u l-konsultazzjonijiet li saru bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) f’konformità mal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda tat-Tariffi tal-Unjoni Ewropea CLXXV bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO fid-Dokument G/SECRET/42/Add.2.

Permezz ta’ dawn in-negozjati, iċ-Ċina u l-Unjoni jaqblu li jikkonkludu n-negozjati abbażi ta’ dan:

1.

Mingħajr preġudizzju għan-negozjati futuri skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 u għall-finijiet biss tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, iċ-Ċina taqbel mal-prinċipju u mal-metodoloġija tat-tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni li kienet tinkludi lir-Renju Unit, fejn parti mill-kwantità mqassma teħodha l-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit, u l-bqija tal-kwantità jeħodha r-Renju Unit.

2.

Fir-rigward tal-kwoti tariffarji fejn iċ-Ċina għandha drittijiet ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, iċ-Ċina taqbel u hija sodisfatta bl-impenji proposti tal-kwantitajiet tal-kwota tariffarja kif stabbilit fid-dokument G/SECRET/42/Add.2, meħuda mill-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit, soġġett għall-paragrafu 3.

3.

Minkejja l-paragrafu 2, fir-rigward tal-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness ta’ din l-Ittra, iċ-Ċina u l-Unjoni jaqblu mal-bidliet fl-impenji skedati kif stabbilit fih.

4.

Dawn l-arranġamenti ma jippreġudikawx in-negozjati u l-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni u Membri oħra tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO. Permezz ta’ dawk in-negozjati u l-konsultazzjonijiet, l-Unjoni tista’ tikkunsidra bidla fl-ishma u fil-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta’ din l-Ittra jew dawk fid-dokument G/SECRET/42/Add.2. Fil-każ ta’ tali bidla fir-rigward ta’ impenn preċedenti ta’ kwota tariffarja tal-Unjoni li għalih iċ-Ċina għandha dritt ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni, l-Unjoni għandha tikkonsulta maċ-Ċina biex tfittex eżitu reċiprokament sodisfaċenti qabel ma tipproċedi b’xi bidla bħal din, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kull parti skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994.

L-Unjoni u ċ-Ċina se jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Fil-każ tal-Unjoni, in-notifika bil-miktub għandha tintbagħat lis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

Għandi l-unur nissuġġerixxi li din l-Ittra u l-konferma tal-Gvern tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994. Dan il-Ftehim għandu jitfassal duplikament bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż, u biċ-Ċiniż, u kull test ikun awtentiku ugwalment.

Sur/Sinjura għoddni dejjem tiegħek,

Image 1

ANNESS

Kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit

Numru tas-sekwenza tat-TRQ

Deskrizzjoni

Unità

Termini u kundizzjonijiet oħra

Konċessjoni għall-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit

046

Tewm

tunnellati

Iċ-Ċina

38 098

047

Karrotti u ġdur, friski jew imkessħin

tunnellati

Erga omnes

1 244

051

Basal niexef

tunnellati

Erga omnes

9 770

074

Ross bil-ħliefa

tunnellati

Erga omnes

7

080

Ross imfarrak

tunnellati

Erga omnes

28 360

096

Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih inqas minn 25 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tat-tjur

tunnellati

Oħrajn

33

110

Meraq tal-frott

tunnellati

Erga omnes

6 551

112

Preparazzjonijiet tal-ikel

tunnellati

Erga omnes

783

122

Preparazzjonijiet oħra tat-tip użat fl-għalf tal-annimali: Ma fihomx prodotti tal-ħalib jew fihom inqas minn 10 % skont il-piż ta’ dawn il-prodotti

tunnellati

Erga omnes

2 700

013

Plywood ta’ speċijiet koniferi, mingħajr iż-żieda ta’ sustanzi oħra:

—

li l-uċuħ tiegħu mhumiex ippreparati aktar ħlief bil-proċess tat-tqaxxir, eħxen minn 8,5  mm, jew

—

xkatlati, eħxen minn 18,5  mm

metri kubi

Erga omnes

448 500

B.   Ittra mingħand ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Sur/Sinjura,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tgħid hekk:

“Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati u l-konsultazzjonijiet li saru bejn l-Unjoni Ewropea (“l-Unjoni”) u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“iċ-Ċina”) f’konformità mal-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda tat-Tariffi tal-Unjoni Ewropea CLXXV bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO fid-Dokument G/SECRET/42/Add.2.

Permezz ta’ dawn in-negozjati, iċ-Ċina u l-Unjoni jaqblu li jikkonkludu n-negozjati abbażi ta’ dan:

1.

Mingħajr preġudizzju għan-negozjati futuri skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 u għall-finijiet biss tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, iċ-Ċina taqbel mal-prinċipju u mal-metodoloġija tat-tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni li kienet tinkludi lir-Renju Unit, fejn parti mill-kwantità mqassma teħodha l-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit, u l-bqija tal-kwantità jeħodha r-Renju Unit.

2.

Fir-rigward tal-kwoti tariffarji fejn iċ-Ċina għandha drittijiet ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, iċ-Ċina taqbel u hija sodisfatta bl-impenji proposti tal-kwantitajiet tal-kwota tariffarja kif stabbilit fid-dokument G/SECRET/42/Add.2, meħuda mill-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit, soġġett għall-paragrafu 3.

3.

Minkejja l-paragrafu 2, fir-rigward tal-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness ta’ din l-Ittra, iċ-Ċina u l-Unjoni jaqblu mal-bidliet fl-impenji skedati kif stabbilit fih.

4.

Dawn l-arranġamenti ma jippreġudikawx in-negozjati u l-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni u Membri oħra tad-WTO li għandhom drittijiet ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994, bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni kif ikkomunikat lill-Membri tad-WTO. Permezz ta’ dawk in-negozjati u l-konsultazzjonijiet, l-Unjoni tista’ tikkunsidra bidla fl-ishma u fil-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta’ din l-Ittra jew dawk fid-dokument G/SECRET/42/Add.2. Fil-każ ta’ tali bidla fir-rigward ta’ impenn preċedenti ta’ kwota tariffarja tal-Unjoni li għalih iċ-Ċina għandha dritt ta’ negozjar jew ta’ konsultazzjoni, l-Unjoni għandha tikkonsulta maċ-Ċina biex tfittex eżitu reċiprokament sodisfaċenti qabel ma tipproċedi b’xi bidla bħal din, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kull parti skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994.

L-Unjoni u ċ-Ċina se jinnotifikaw lil xulxin meta jkunu tlestew il-proċeduri interni tagħhom għad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Fil-każ tal-Unjoni, in-notifika bil-miktub għandha tintbagħat lis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-aħħar notifika.

Għandi l-unur nissuġġerixxi li din l-Ittra u l-konferma tal-Gvern tiegħek għandhom flimkien jikkostitwixxu Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, inkluż għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994. Dan il-Ftehim għandu jitfassal duplikament bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż, u biċ-Ċiniż, u kull test ikun awtentiku ugwalment.”

B’dan għandi l-unur nesprimi l-qbil tal-Gvern tiegħi mal-ittra t’hawn fuq.

Image 2

ANNESS

Kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit

Numru tas-sekwenza tat-TRQ

Deskrizzjoni

Unità

Termini u kundizzjonijiet oħra

Konċessjoni għall-Unjoni li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit

046

Tewm

tunnellati

Iċ-Ċina

38 098

047

Karrotti u ġdur, friski jew imkessħin

tunnellati

Erga omnes

1 244

051

Basal niexef

tunnellati

Erga omnes

9 770

074

Ross bil-ħliefa

tunnellati

Erga omnes

7

080

Ross imfarrak

tunnellati

Erga omnes

28 360

096

Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih inqas minn 25 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tat-tjur

tunnellati

Oħrajn

33

110

Meraq tal-frott

tunnellati

Erga omnes

6 551

112

Preparazzjonijiet tal-ikel

tunnellati

Erga omnes

783

122

Preparazzjonijiet oħra tat-tip użat fl-għalf tal-annimali: Ma fihomx prodotti tal-ħalib jew fihom inqas minn 10 % skont il-piż ta’ dawn il-prodotti

tunnellati

Erga omnes

2 700

013

Plywood ta’ speċijiet koniferi, mingħajr iż-żieda ta’ sustanzi oħra:

—

li l-uċuħ tiegħu mhumiex ippreparati aktar ħlief bil-proċess tat-tqaxxir, eħxen minn 8,5  mm, jew

—

xkatlati, eħxen minn 18,5  mm

metri kubi

Erga omnes

448 500


ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2026/1077/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)