<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑243/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0243</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:838">EU:C:2016:838</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20161108">8.11.2016</DATE> – KAWŻA C‑243/15</P><P>LESOOCHRANÁRSKE ZOSKUPENIE VLK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: is-Slovakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/43/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni tal-habitat naturali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(3)</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Aarhus</KEYWORD><KEYWORD>Parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess deċiżjonali u aċċess għall-ġustizzja fil-qasam tal-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 6 u 9</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD><KEYWORD>Proġett ta’ bini ta’ ħajt ta’ lqugħ</KEYWORD><KEYWORD>Sit protett ta’ Strážovské vrchy</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura amministrattiva għall-awtorizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Talba intiża għall-kisba tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda</KEYWORD><KEYWORD>Rimedju ġudizzjarju</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑243/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (qorti suprema tar-Repubblika Slovakka, Is-Slovakkja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150527">27 ta’ Mejju 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Lesoochranárske zoskupenie VLK</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Obvodný úrad Trenčín,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Biely potok a.s.,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, L. Bay Larsen, T. von Danwitz, J. L. da Cruz Vilaça, E. Juhász, M. Berger, A. Prechal (relatur), M. Vilaras u E. Regan, Presidenti tal-Awla, MM. A. Rosas, A. Borg Barthet, J. Malenovský, E. Jarašiūnas u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Lesoochranárske zoskupenie VLK, minn I. Rajtáková, advokátka,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová u M. Kianička, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár u L. Pignataro-Nolin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE> u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164M" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 164M, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Konvenzjoni ta’ Aarhus<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet imressqa fil-kuntest ta’ kawża bejn Lesoochranárske zoskupenie VLK (assoċjazzjoni għall-protezzjoni tal-foresti VLK, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>LZ<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), organizzazzjoni ta’ protezzjoni tal-ambjent ikkostitwita skont id-dritt Slovakk, u Obvodný úrad Trenčín (awtorità tad-distrett ta’ Trenčín, is-Slovakkja), dwar talba ta’ din l-organizzazzjoni biex tiġi rrikonoxxuta bħala parti fil-proċedura amministrattiva għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal proġett ta’ bini ta’ ħajt ta’ lqugħ minħabba t-tkabbir ta’ park tal-annimali tal-kaċċa fuq sit protett.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4) u (5) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>4.</NO.PARAG><ALINEA>It-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser persuna waħda jew iktar fiżiċi jew ġuridiċi, u, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>pubbliku kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser il-pubbliku affettwat jew li aktarx ikun affettwat minn, jew li għandu interess fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ambjentali; għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni, organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien ambjentali u li jissodisfaw ir-rekwiżiti taħt id-dritt nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-konvenzjoni msemmija intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Parteċipazzjoni pubblika f’deċiżjonijiet dwar ċerti attivitajiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull Parti:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għandha tapplika wkoll, skont id-dritt nazzjonali tagħha, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu għal deċiżjonijiet dwar attivitajiet proposti, li ma humiex elenkati fl-Anness I, li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq l-ambjent. Għal dan il-għan, il-partijiet għandhom jistabbilixxu jekk dan l-artikolu japplikax għal tali attività proposta</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jinbeda proċess deċiżjonali li jmiss l-ambjent, il-pubbliku kkonċernat huwa informat kif għandu jkun, b’mod effettiv u fil-ħin mixtieq, permezz ta’ avviż pubbliku jew individwalment, skont il-każ, fil-bidu tal-proċess. […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-istadji differenti tal-proċedura ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku, hemm termini raġonevoli li jipprovdu żmien biżżejjed sabiex il-pubbliku jiġi informat skont il-paragrafu 2 iktar ’il fuq u sabiex il-pubbliku jipprepara ruħu u jipparteċipa b’mod effettiv fix-xogħlijiet matul il-proċess deċiżjonali kollu fil-qasam tal-ambjent.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kull parti għandha tipprovdi għal parteċipazzjoni pubblika fil-bidu tal-proċedura, jiġifieri meta l-għażliet u s-soluzzjonijiet kollha jkunu għadhom possibbli u l-pubbliku jkun jista’ jeżerċita influwenza effettiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Kull parti għandha, kif xieraq, tinkoraġġixxi kull min għandu l-intenzjoni jressaq talba għal awtorizzazzjoni, jidentifika l-pubbliku kkonċernat, jinformah dwar is-suġġett tat-talba li huwa jikkunsidra li jressaq u jkollu diskussjoni miegħu dwar dan is-suġġett qabel ma jressaq it-talba tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Kull parti għandha titlob lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti biex jagħmlu mod li l-pubbliku kkonċernat ikun jista’ jikkonsulta meta jagħmel talba għal dan, meta d-dritt nazzjonali jeżiġi dan, u mingħajr ħlas, minn meta tkun disponibbli, l-informazzjoni kollha li jkollha xi rilevanza għall-proċess deċiżjonali msemmi f’dan l-artikolu u li tista’ tinkiseb fil-mument tal-proċedura ta’ parteċipazzjoni pubblika, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-partijiet li jirrifjutaw li jiżvelaw ċerta informazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 4(3) u (4). […]</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedura ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku tipprevedi l-possibbiltà għall-pubbliku li jressaq bil-miktub jew, kif xieraq, f’seduta jew f’investigazzjoni pubblika fil-preżenza tal-applikant, l-osservazzjonijiet, informazzjoni, analiżi jew opinjonijiet kollha li huwa jidhirlu xieraq fir-rigward l-attività proposta.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-istess konvenzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Aċċess għall-ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprevedi fil-paragrafi 2 sa 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull parti għandha tiżgura li, fil-qafas tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, il-membri tal-pubbliku kkonċernat</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jkollhom interess suffiċjenti jew, jekk le,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jsostnu l-ksur ta’ dritt, meta l-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva ta’ Parti tistabbilixxi tali kundizzjoni,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>ikunu jistgħu jaġixxu quddiem qorti u/jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit mil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità, kemm fir-rigward tal-mertu kif ukoll tal-proċedura, ta’ kull deċiżjoni, kull att jew kull ommissjoni koperta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 u, jekk id-dritt intern jipprevedi dan u mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 iktar ’il quddiem, dispożizzjonijiet oħra rilevanti ta’ din il-konvenzjoni.</P><?PAGE NO="4"?><P>Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u ksur ta’ dritt għandu jiġi ddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u f’konformità mal-għan li l-pubbliku kkonċernat jingħata aċċess ġudizzjarju wiesa’ fil-kuntest ta’ din il-konvenzjoni. Għal dan il-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2(5) għandu jitqies li huwa suffiċjenti għall-finijiet tal-punt (a) iktar ’il fuq. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ukoll jitqiesu li għandhom drittijiet li jistgħu jiġu ppreġudikati fis-sens tal-punt (b) iktar ’il fuq.</P><P>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu 2 ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà li titressaq proċedura preliminari quddiem awtorità amministrattiva u ma għandhomx jitqiesu li jeludu l-obbligu li jiġu eżawriti r-rimedji amministrattivi qabel ma jingħata bidu għal proċedura ġudizzjarja, meta dan l-obbligu jkun previst fid-dritt nazzjonali.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Barra minn hekk, u bla ħsara għall-proċeduri preliminari msemmija fil-paragrafi 1 u 2 iktar ’il fuq, kull parti għandha tiżgura li l-membri tal-pubbliku li jissodisfaw il-kriterji eventwali previsti mid-dritt intern tagħha jkunu jistgħu jipproċedu bi proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji sabiex jikkontestaw l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ individwi jew ta’ awtoritajiet pubbliċi li jiksru d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar l-ambjent.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Barra minn hekk, u bla ħsara għall-paragrafu 1, il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 iktar ’il fuq għandhom jipprovdu rimedji xierqa u effettivi, inklużi konformità permezz ta’ ordni fejn ikun xieraq, u għandhom ikunu oġġettivi, ekwi u mingħajr dewmien u ma għandhomx jinvolvu spiża projbittiva. Id-deċiżjonijiet meħuda skont dan l-artikolu għandhom jingħataw jew għandhom jiġu rreġistrati bil-miktub. Id-deċiżjonijiet tal-qrati, u sa fejn possibbli, dawk ta’ korpi oħra, għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2), tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="883" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 352M, p. 883</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Direttiva 92/43<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/43 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Għandu jiġi stabbilit network ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni taħt l-isem ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Natura 2000<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>. Dan in-network, magħmul minn siti li jħaddnu fihom it-tipi ta’ habitat naturali elenkati fl-Anness I u l-habitat ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness II, għandhom jippermettu li t-tipi ta’ habitat naturali u l-habitat naturali ta’ l-ispeċi konċernati jinżammu jew, fejn jixraq, jiġu ripristinati fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom.</ALINEA><ALINEA>In-network Natura 2000 se jkun fiha ż-żoni ta’ protezzjoni speċjali klassifikati mill-Istati Membri skond id-Direttiva 79/409/KEE [tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19790402">2 ta’ April 1979</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98)].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III (Stadju 1) u l-informazzjoni xjentifika relevanti, kull Stat Membru għandu jipproponi lista ta’ siti li jindikaw liema tipi ta’ habitat naturali fl-Anness I u liema speċi fl-Anness II li hemm fis-siti huma endemiċi għat-territorju tagħhom. […]</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Il-lista għandha tkun mgħoddija lill-Kummissjoni, fi żmien tliet snin min-notifika ta’ din id-Direttiva, flimkien ma’ informazzjoni dwar kull sit. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness III (Stadju 2) u fl-istruttura kemm ta’ kull wieħed mill-ħames reġjuni bioġeografiċi msemmija fl-Artikolu 1(ċ)(iii) kif ukoll dik tat-territorju kollu msemmi fl-Artikolu 2(1), il-Kummissjoni trid tistabilixxi, bi ftehim ma’ kull Stat Membru, lista preliminari tas-siti li huma ta’ importanza għall-Komunità msawra mil-listi ta’ l-Istati Membri li tidentifika dawk li jospitaw waħda jew aktar mit-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità jew l-ispeċi ta’ priorità.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Il-lista tas-siti magħżula bħala siti ta’ importanza għall-Komunità, li tidentifika dawk li jilqgħu fihom waħda jew aktar mit-tipi ta’ habitat naturali ta’ priorità jew l-ispeċi ta’ priorità, għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ladarba sit ta’ importanza għall-Komunità jkun adottat skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, l-Istat Membru konċernat irid jinnomina dak is-sit bħala żona speċjali ta’ konservazzjoni kemm jista’ jkun malajr […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Hekk kif sit jitniżżel fil-lista msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2 dan ikun suġġett għall-Artikolu 6(2), (3) u (4).<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma’ jew li ma hux meħtieġ għat-tmexxija tas-sit iżda li x’aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, jew b’mod individwali jew inkella flimkien ma’ xi pjanijiet jew proġetti oħra, għandu jkun suġġett għal evalwazzjoni xierqa ta’ l-implikazzjonijiet tiegħu għas-sit in vista ta’ l-għanjiet ta’ konservazzjoni tas-sit. Fl-isfond tar-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-implikazzjonijiet għas-sit u skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit konċernat u, jekk xieraq, wara li jkunu raw l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 6(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandhom jissostitwixxu kull obbligu li joħroġ mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva [79/409] dwar iż-żoni klassifikati skont l-Artikolu 4(1) jew meqjusa bl-istess mod skont l-Artikolu 4(2) tiegħu, mid-data tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jew mid-data tal-klassifikazzjoni jew għarfien minn Stat Membru skont id-Direttiva [79/409], meta d-data tal-aħħar tiġi aktar tard.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Slovakk</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(2) taż-zákon č. 543/2002 Z.z. o ochrane prírody a krajiny (liġi Nru 543/2002 dwar il-protezzjoni tan-natura u l-pajsaġġ) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Għaż-żoni li għalihom huwa previst it-tieni livell ta’ protezzjoni, jinħtieġ permess mill-korp responsabbli għall-protezzjoni tan-natura</P><P>[…]</P><?PAGE NO="6"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>għall-bini ta’ ħajt ta’ lqugħ barra l-limiti taż-żona muniċipali intiża għall-bini, bl-eċċezzjoni ta’ mixtliet, ġonna tal-frott u dwieli.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 82(3) ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[…] [H]uwa biss l-applikant li huwa parti fil-proċedura tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ deroga, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. […] Kull assoċjazzjoni li għandha personalità ġuridika u li ilha mill-inqas sena taħdem għall-protezzjoni tal-ambjent u tal-pajsaġġ […] li nnotifikat bil-miktub il-parteċipazzjoni tagħha fil-proċedura fi żmien sebat ijiem min-notifika msemmija fil-paragrafu 7, hija persuna kkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-imsemmija dispożizzjoni, fil-verżjoni emendata tagħha fis-seħħ sa mill-<DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, taqra kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Kemm il-darba din il-liġi ma tipprovdix mod ieħor, huwa biss l-applikant li għandu l-kwalità ta’ parti fil-proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni jew għall-għoti ta’ deroga […], l-assoċjazzjonijiet li għandhom personalità ġuridika li, għal perjodu minimu ta’ sena, l-għan tagħhom huwa l-protezzjoni tal-ambjent […] u li talbu minn qabel biex jipparteċipaw fil-proċedura […], huma partijiet fil-proċedura […] jekk huma kkonfermaw l-interess tagħhom li jkunu parti bil-miktub jew b’mezzi elettroniċi fil-bidu tal-proċedura amministrattiva; id-dikjarazzjoni għandha tiġi trażmessa lill-awtorità responsabbli għall-protezzjoni tan-natura fiż-żmien stabbilit għal dan il-għan mill-awtorità inkwistjoni u nnotifikat fl-istess ħin flimkien mal-informazzjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura bħala proċedura li tista’ taffettwa l-interessi tan-natura u tal-ispazji naturali protetti minn din il-liġi […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tas-Správny poriadok (kodiċi ta’ proċedura amministrattiva), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="014.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Hija parti fil-proċedura dik il-persuna li d-drittijiet, l-interessi legalment protetti jew l-obbligi tagħha huma involuti fil-proċedura, jew li d-drittijiet, l-interessi legalment protetti jew l-obbligi tagħha jistgħu jiġu direttament affettwati mid-deċiżjoni; parti fil-proċedura hija wkoll dik il-persuna li, sakemm ma ssirx prova kuntrarja, issostni li d-drittijiet tagħha, l-interessi legalment protetti jew l-obbligi tagħha jistgħu jkunu direttament affettwati mid-deċiżjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="014.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Parti fil-proċedura hija wkoll dik il-persuna li tingħata tali status minn liġi partikolari.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15a(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>persuna parteċipanti<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tgawdi mid-dritt li tiġi informata bil-bidu ta’ proċedura amministrattiva, li tikkonsulta l-fajls ippreżentati mill-partijiet fil-proċedura amministrattiva, li tipparteċipa fil-verifiki tal-kontijiet u fl-ispezzjonijiet fuq il-post kif ukoll li tipproduċi provi u elementi oħrajn li abbażi tagħhom tkun ser tittieħed id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 250b(2) u (3) tal-Občiansky súdny poriadok (kodiċi ta’ proċedura ċivili), fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="250B.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>(2)</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-azzjoni tiġi ppreżentata minn persuna li tallega li hija ma ġietx innotifikata bid-deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva, għalkemm hija għandha tkun involuta fil-proċedura, il-qorti għandha tistħarreġ il-validità ta’ din l-allegazzjoni, titlob lill-awtorità amministrattiva tinnotifika d-deċiżjoni amministrattiva lil din il-parti, u jekk ikun meħtieġ timponi s-sospensjoni tal-infurzabbiltà tagħha. L-awtorità amministrattiva hija marbuta b’din il-fehma tal-qorti. Jekk fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva wara l-eżekuzzjoni tal-ordni ġudizzjarja tan-notifika tad-deċiżjoni tinbeda azzjoni amministrattiva, l-awtorità amministrattiva għandha tinforma lill-qorti dwar dan mingħajr dewmien żejjed.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="250B.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-qorti tipproċedi skont il-paragrafu 2 biss jekk mill-adozzjoni tad-deċiżjoni li ma ġietx innotifikata lir-rikorrent ma jkunx għadu għadda terminu ta’ tliet snin<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040428">28 ta’ April 2004</DATE>, ir-Repubblika tas-Slovakkja informat lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-klassifikazzjoni tas-sit ta’ Strážovské vrchy (muntanji ta’ Strážov, is-Slovakkja), ta’ erja totali ta’ ċirka <FT TYPE="NUMBER">59000</FT> ettaru, bħala żona ta’ protezzjoni speċjali skont id-Direttiva 79/409, sabiex tiżgura l-konservazzjoni u r-riproduzzjoni ta’ ċerti għasafar ta’ interess Ewropew, bħall-falkun pellegrin (<HT TYPE="ITALIC">falco peregrinus</HT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/218/KE, tal-<DATE ISO="20080125">25 ta’ Jannar 2008</DATE> li, b’implementazzjoni tad-Direttiva 92/43, tadotta l-ewwel lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Alpi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="106" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 77, p. 106</REF.DOC.OJ>), parti mis-sit imsemmi, ta’ erja ta’ ċirka <FT TYPE="NUMBER">29000</FT> ettaru, giet inkluża fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20081118">18 ta’ Novembru 2008</DATE>, LZ ġiet informata bil-ftuħ mill-awtorità tad-distrett ta’ Trenčín ta’ proċedura amministrattiva li tirrigwarda talba, imressqa mill-Biely potok a.s., għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għal proġett ta’ bini ta’ ħajt ta’ lqugħ, għat-tkabbir ta’ riżerva għat-trobbija ta’ ċriev, fuq porzjonijiet ta’ art li jinsabu fis-sit protett ta’ Strážovské vrchy.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement, LZ avviċinat lil din l-awtorità, li għadditilha l-proċess verbali tal-proċedura orali kif ukoll id-dokumenti preparatorji tad-deċiżjoni tal-għoti tal-awtorizzazzjoni mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn l-elementi, LZ talbet is-sospensjoni tal-proċedura amministrattiva billi indikat raġunijiet għar-rifjut tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni. F’dan ir-rigward, hija bbażat ruħha b’mod partikolari fuq ċerti elementi fl-osservazzjonijiet tas-Štátná ochrana prírody – Správy ZNP (Uffiċċju pubbliku għall-protezzjoni tan-natura – Servizz ZNP, is-Slovakkja), imressqa fit-<DATE ISO="20081203">3 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20090423">23 ta’ April 2009</DATE>, l-awtorità tad-distrett ta’ Trenčín ċaħdet it-talba ta’ LZ li tiġi rrikonoxxuta bħala parti fil-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni minħabba li l-leġiżlazzjoni applikabbli tagħti biss lill-assoċjazzjonijiet li għandhom personalità ġuridika bħalma hija LZ il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, iżda mhux dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>parti fil-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-azzjoni amministrattiva ġerarkika ppreżentata minn LZ kontra din id-deċiżjoni ġiet miċħuda għall-istess raġuni mill-Krajský úrad pre životného prostredia Trenčín (awtorità reġjonali tal-ambjent ta’ Trenčín, is-Slovakkja), b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090601">1 ta’ Ġunju 2009</DATE>, li saret definittiva fl-<DATE ISO="20090610">10 ta’ Ġunju 2009</DATE> (iktar ’il quddiem dawn iż-żewġ deċiżjonijiet, meħuda flimkien, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>deċiżjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni, din ukoll tal-<DATE ISO="20090610">10 ta’ Ġunju 2009</DATE> u li saret definittiva fid-<DATE ISO="20090619">19 ta’ Ġunju 2009</DATE>, l-awtorità tad-distrett ta’ Trenčín tat l-awtorizzazzjoniji mitluba minn Biely potok.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, LZ ippreżentat appell mid-deċiżjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali quddiem il-Krajský súd v Trenčíne (qorti reġjonali ta’ Trenčín, is-Slovakkja), intiż għall-kisba tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva abbażi, b’mod partikolari, tal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Din il-qorti, wara li ssospendiet il-proċedimenti sakemm tingħata s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), annullat, b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110823">23 ta’ Awwissu 2011</DATE>, id-deċiżjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali billi bbażat ruħha, b’mod partikolari, fuq din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>, in-Najvyšší súd Slovenskej republiky (qorti suprema tar-Repubblika Slovakka, is-Slovakkja) annullat id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110823">23 ta’ Awwissu 2011</DATE> tal-Krajský súd v Trenčíne (qorti reġjonali ta’ Trenčín) u rreferiet il-kawża lura lil dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-imsemmija deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE> jirriżulta, minn naħa, li, skont id-dispożizzjonijiet tal-proċedura ċivili Slovakka, wara l-għeluq b’mod definittiv, fil-mertu, ta’ proċedura amministrattiva, li f’dan il-każ ġara wara d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090610">10 ta’ Ġunju 2009</DATE> tal-awtorità tad-distrett ta’ Trenčín li laqgħet it-talba għall-awtorizzazzjoni, ma għadx hemm lok li jitwettaq stħarriġ ġudizzjarju awtonomu tad-deċiżjoni li ċaħdet ir-rikonoxximent tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva, peress li d-drittijiet proċedurali inerenti għal din il-kwalità jistgħu jiġu eżerċitati biss fil-każ fejn il-proċedura tkun għadha pendenti u l-persuna li titlob ir-rikonoxximent tal-kwalità msemmija ma tkunx tista’ teżerċitahom iktar għaliex din il-proċedura tkun diġà ngħalqet b’mod definittiv fil-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk, f’tali sitwazzjoni, il-proċedura ġudizzjarja għar-rikonoxximent ta’ tali kwalità għandha tkun magħluqa, il-persuna kkonċernata għandha tkun avżata dwar il-possibbiltà li titlob rikonoxximent tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura billi tressaq azzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>parti omessa<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> skont l-Artikolu 250(b)(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, liema azzjoni għandha, madankollu, titressaq fit-terminu legali ta’ tliet snin previst mill-Artikolu 250(b)(3) ta’ din il-kodiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120912">12 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Krajský súd v Trenčíne (qorti reġjonali ta’ Trenčín) għat-tieni darbi, annullat id-deċiżjonijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, id-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-<DATE ISO="20090610">10 ta’ Ġunju 2009</DATE> tal-awtorità tad-distrett ta’ Trenčín ittieħdet b’mod prematur peress li, waqt l-iżvolġiment tal-proċedura amministrattiva dwar it-talba għal awtorizzazzjoni, il-proċedura ġudizzjarja dwar it-talba intiża għar-rikonoxximent tal-kwalità ta’ parti f’din il-proċedura amministrattiva ma kinitx magħluqa b’mod definittiv. Din il-qorti ssostni li, sa dan l-għeluq b’mod definittiv, il-proċedura dwar it-talba għal awtorizzazzjoni kellha tiġi sospiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, in-Najvyšší súd Slovenskej republiky (qorti suprema tar-Repubblika Slovakka) annullat id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120912">12 ta’ Settembru 2012</DATE> tal-Krajský súd v Trenčíne (qorti reġjonali ta’ Trenčín) essenzjalment għall-istess raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha tas-<DATE ISO="20120126">26 ta’ Jannar 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20131123">23 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-Krajský súd v Trenčíne (qorti reġjonali ta’ Trenčín) ċaħdet it-talba għar-rikonoxximent tal-kwalità ta’ parti fil‑proċedura mitluba minn LZ u kkunsidrat li ma hemmx għalfejn tavża lil din tal-aħħar dwar il-possibbiltà li titlob rikonoxximent tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura billi tressaq azzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>parti omessa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> skont l-Artikolu 250(b)(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Civili, peress li, sadanittant, it-terminu ta’ tliet snin tal-Artikolu 250(b)(3) ta’ dan il-kodiċi kien għadda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fuq appell ta’ LZ minn din id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20131123">23 ta’ Novembru 2013</DATE>, il-qorti tar-rinviju ssostni li, fid-dawl tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tqum essenzjalment il-kwistjoni dwar jekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tirrigwarda d-drittijiet li għandhom il-partijiet f’kawża skont id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, ġewx osservati d-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll l-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent li huwa l-għan ta’ din id-direttiva u tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, f’dan ir-rigward, li jista’ jiġi kkunsidrat li d-dritt nazzjonali proċedurali għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-proċedura amministrattiva dwar l-għoti ta’ awtorizzazzjoni la tista’ titkompla u lanqas, għaldaqstant, tingħalaq b’mod definittiv sakemm ma tkunx ittieħdet deċiżjoni ġudizzjarja definittiva dwar it-talba għar-rikonoxximent tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali sitwazzjoni, it-tkomplija tal-proċedura amministrattiva dwar it-talba għal awtorizzazzjoni tista’ tikser il-prinċipju ta’ kontradittorju sa fejn huwa l-applikant għall-awtorizzazzjoni biss li huwa parti għal din il-proċedura u ma jistax jiġi eskluż li, fin-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fl-imsemmija proċedura ta’ organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent bħal LZ, argumenti intiżi għall-protezzjoni tal-ambjent ma jiġux invokati, jew meħuda inkunsiderazzjoni, b’mod li l-għan fundamentali ta’ tali proċedura, jiġifieri dak li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, ma jkunx intlaħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, jista’ jitqies ukoll li t-tkomplija tal-proċedura amministrattiva dwar it-talba tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni, anki meta hija pendenti l-proċedura ġudizzjarja għar-rikonoxximent tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura, tippermetti trattament partikolarment mgħaġġel tal-imsemmija talba għall-awtorizzazzjoni. Jekk tali proċedura amministrattiva ma tistax titkompla mingħajr ma tkun ingħatat deċiżjoni dwar l-azzjonijiet ġudizzjarji relatati mar-rikonoxximent ta’ din il-kwalità, l-applikant għall-awtorizzazzjoni jista’ jilmenta mal-korpi amministrattivi minħabba trattament inġust.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, in-Najvyšší súd Slovenskej republiky (qorti suprema tar-Repubblika Slovakka) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Fil-każ ta’ allegat ksur tad-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, implementat prinċipalment, f’dak li jikkonċerna l-Unjoni Ewropea, bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, jiġifieri b’mod partikolari permezz ta’ għajnuna sabiex tinkiseb l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali fuq proġett li x’aktarx jaffettwa b’mod sinjifikattiv żoni speċjali ta’ konservazzjoni kkonċentrati fin-netwerk ekoloġiku Ewropew taħt l-isem ta’ NATURA 2000, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dritt li r-rikorrenti, fil-kwalità tagħha bħala assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru stabbilita għall-finijiet tal-protezzjoni tal-ambjent fil-livell nazzjonali, issostni skont l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali fil-proċess deċiżjonali u l-aċċess għall-qrati fil-qasam tal-ambjent u fil-limiti indikati fis-sentenza Lesoochranárske zoskupenie [tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>] (<NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) jistgħu jiġu applikati b’mod ekwu wkoll meta l-qorti nazzjonali tagħlaq l-istħarriġ ġudizzjarju f’tilwima dwar l-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni li ma tirrikonoxxix il-pożizzjoni legali bħala parti fi proċedura amministrattiva dwar l-għoti ta’ awtorizzazzjoni, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża, u tistieden lir-rikorrenti sabiex tippreżenta appell peress li ġiet eskluża mill-proċedura amministrattiva msemmija?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 47 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, għandux jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan jipprekludi interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali li appell minn deċiżjoni li jċaħħad ir-rikonoxximent lil organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett li jrid jitwettaq fuq sit protett skont id-Direttiva 92/43 ma għandux neċessarjament jiġi eżaminat waqt l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura msemmija, li tista’ tingħalaq b’mod definittiv qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni ġudizzjarja definittiva fuq il-kwalità ta’ parti, u hija awtomatikament miċħuda fil-mument li dan il-proġett jiġi awtorizzat, li jobbliga lil din l-organizzazzjoni tressaq tip ieħor ta’ azzjoni sabiex tikseb ir-rikonoxximent ta’ din il-kwalità u tissuġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju l-osservanza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, LZ, organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent, titlob, permezz tal-qorti, ir-rikonoxximent tal-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni sabiex tkun tista’ tinvoka, fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja, drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni fil-qasam<?PAGE NO="10"?> tal-ambjent, sa fejn din l-organizzazzjoni tikkunsidra li d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-proġett ikkunsidrat, li għandu jitwettaq fuq sit protett skont id-Direttiva 92/43 bħala żona ta’ protezzjoni speċjali jew sit ta’ importanza Komunitarja, ittieħdet bi ksur tal-obbligi li jaqgħu fuq l-awtoritajiet nazzjonali skont l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-atti tal-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, skont ir-regoli tad-dritt nazzjonali proċedurali fis-seħħ, organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent bħal LZ tista tikkontesta, fejn xieraq, permezz tal-qorti, deċiżjoni li setgħet ittieħdet bi ksur tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ appell mid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni sussegwenti, biss jekk din l-organizzazzjoni tiġi rrikonoxxuta qabel bħala parti fil-proċedura inkwistjoni, f’dan il-każ il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett li għandu jitwettaq fuq sit protett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, evalwazzjoni xierqa tal-effetti fuq is-sit ikkonċernat mill-pjan jew mill-proġett timplika li, qabel l-approvazzjoni tiegħu, għandhom jiġu identifikati, fid-dawl tal-aħjar għarfien xjentifiku f’dan il-qasam, l-aspetti kollha tal-pjan jew tal-proġett li jistgħu, fihom innifishom jew flimkien ma’ pjanijiet jew proġetti oħra, jaffettwaw l-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jawtorizzaw attività fis-sit protett biss jekk ikollhom iċ-ċertezza li din l-attività ma għandhiex effetti ta’ ħsara fuq l-integrità tas-sit imsemmi. Dan huwa l-każ meta ma jibqa’ ebda dubju raġonevoli mill-aspett xjentifiku fir-rigward tan-nuqqas ta’ tali effetti (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:768">EU:C:2011:768</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Grüne Liga Sachsen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑399/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:10">EU:C:2016:10</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’dan il-mod, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 jikkontribwixxi għall-kisba tal-għan tal-miżuri meħuda abbażi ta’ din id-direttiva li, skont l-Artikolu 2(2) tagħha, huwa li jiġi żgurat il-manteniment jew ir-ripristinar fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, il-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Unjoni, u l-għan iktar ġenerali tal-istess direttiva li huwa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent fir-rigward is-siti protetti permezz tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, ikun inkompatibbli mal-effett vinkolanti li l-Artikolu 288 TFUE jattribbwixxi lil direttiva, li jiġi eskluż, fil-prinċipju, li l-obbligi li hija timponi jiġu invokati mill-persuni kkonċernati. L-effettività tad-Direttiva 92/43 kif ukoll l-għan tagħha, imfakkra fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza, jeżiġu li individwi jkunu jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati u li l-qrati jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni din id-direttiva bħala element tad-dritt tal-Unjoni sabiex, b’mod partikolari, jivverifikaw jekk l-awtorità nazzjonali li toħroġ awtorizzazzjoni għal pjan jew proġett tkunx osservat l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 6(3) tad-direttiva msemmija, imfakkra fil-punt 42 ta’ din is-sentenza, u li għalhekk baqgħet fil-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti minn din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:482">EU:C:2004:482</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 jipprevedi li, qabel ma japprovaw proġett jew pjan bħal dak indikat f’din id-dispożizzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, fejn xieraq, jieħdu inkunsiderazzjoni l-opinjoni tal-pubbliku. L-imsemmija dispożizzjoni għandha tinqara flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li hija parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tal-aħħar tipprevedi li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus fil-qasam ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku fid-deċiżjonijiet relatati ma’ attivitajiet partikolari japplikaw fil-każ tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar attivitajiet proposti li ma humiex elenkati fl-Anness I ta’ din il-konvenzjoni li jista’ jkollhom effett sinjifikattiv fuq l-ambjent. Kif jirriżulta minn dan l-Artikolu 6(3), (4) u (7), dan jagħti lill-pubbliku, b’mod partikolari, id-dritt li jipparteċipa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>effettivament fix-xogħlijiet involuti fil-proċess deċiżjonali kollu fil-qasam ambjentali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, billi jissottometti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bil-miktub, jew, kif xieraq, f’seduta jew f’investigazzjoni pubblika fil-preżenza tal-applikant, l-osservazzjonijiet,<?PAGE NO="11"?> informazzjoni, analiżi jew opinjonijiet kollha li huwa jidhirlu xieraq fir-rigward l-attività proposta<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Din il-parteċipazzjoni għandha tibda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fil-bidu tal-proċedura, jiġifieri meta l-għażliet u s-soluzzjonijiet kollha jkunu għadhom possibbli u l-pubbliku jkun jista’ jeżerċita influwenza effettiva<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, LZ, li huwa paċifiku li hija tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2(5) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>pubbliku kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija wkoll koperta mill-kunċett iktar wiesa’ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta’ din il-konvenzjoni. Barra minn hekk, jekk, kif irrilevat ukoll l-Avukat Ġenerali fil-punt 65 tal-konklużjonijiet tagħha, il-proġett ta’ bini ta’ ħajt ta’ lqugħ f’sit protett, inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma huwiex inkluż fl-attivitajiet elenkati fl-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-fatt li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ddeċidew jiftħu proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal dan il-proġett skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 jippermetti, madankollu, li jitqies li dawn l-awtoritajiet nazzjonali kkunsidraw li huwa neċessarju li ssir evalwazzjoni dwar l-importanza tal-effett tal-imsemmi proġett fuq l-ambjent, fis-sens tal-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ċertament, din id-dispożizzjoni tal-aħħar tippreċiża li l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus hija rregolata bid-dritt intern tal-parti kontraenti kkonċernata. Madankollu, din il-preċiżjoni hija relatata biss mal-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku kif spjegat f’dan l-Artikolu 6, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ parteċipazzjoni ta’ organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent bħal LZ skont l-artikolu msemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent li, bħal LZ, tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2(5) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, għandha skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) ta’ din il-konvenzjoni, dritt ta’ parteċipazzjoni, fis-sens ippreċiżat fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, f’proċedura ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar talba ta’ awtorizzazzjoni ta’ pjan jew proġett li jista’ jkollu effett sinjifikattiv fuq l‑ambjent sa fejn, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, trid tittieħed waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, huma l-qrati tal-Istati Membri li, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali indikat fl-Artikolu 4(3) TUE, għandhom jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li jitnisslu favur l-individwi mid-dritt tal-Unjoni. L-Artikolu 19(1) TUE jobbliga lill-Istati Membri jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jiżguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141119">19 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2382">EU:C:2014:2382</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fir-rigward tad-deċiżjonijiet amministrattivi meħuda fil-kuntest tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, dan l-obbligu jirriżulta wkoll mill-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu tal-Karta, f’dak li jirrigwarda l-azzjonijiet tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) tagħha, li jgħid li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lill-Istati Membri meta dawn jimplementaw id-dritt tal-Unjoni, u din id-dispożizzjoni tikkonferma l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux lil hinn minn tali sitwazzjonijiet (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Toma u Biroul Executorului Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑205/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:499">EU:C:2016:499</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, meta Stat Membru jistabbilixxi regoli ta’ dritt proċedurali applikabbli għall-azzjonijiet li jirrigwardaw l-eżerċizzju tad-drittijiet li organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent għandha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, sabiex jiġu kkontrallati deċiżjonijiet ta’ awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward l-obbligi tagħhom skont dawn id-dispożizzjonijiet, dan l-Istat Membru jimplementa l-obbligi li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet imsemmija u għandu għalhekk jitqies li qiegħed jimplementa d-dritt tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa sa fejn din tirrigwarda l-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali indikat fl-imsemmi Artikolu 47 jinkludi, b’mod partikolari, id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-imsemmi dritt għal rimedju effettiv, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jagħti dritt għal azzjoni legali lill-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2(5) ta’ din il-konvenzjoni, li huwa l-każ fil-każ ta’ LZ, sa fejn l-azzjoni legali hija diretta kontra deċiżjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 9(2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-kuntest tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, li jirrigwardaw talba għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, l-evalwazzjoni tan-neċessità ta’ evalwazzjoni ambjentali tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett jew in-natura xierqa tal-konklużjonijiet li jirriżultaw minn tali evalwazzjoni fir-rigward ir-riskji ta’ dan il-proġett jew dan il-pjan għall-integrità ta’ tali sit, u kemm jekk ikunu indipendenti kif ukoll integrati f’deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni, huma deċiżjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif essenzjalment irrilevat l-Avukat Ġenerali, fil-punt 80 tal-konklużjonijiet tagħha, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, li ma jirrigwardawx attività msemmija fl-Anness I tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, huma indikati fl-Artikolu 6(1)(b) ta’ din il-konvenzjoni u, għalhekk, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(2) tagħha, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet jimplikaw li l-awtoritajiet kompetenti jevalwaw, qabel kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ attività, jekk din, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, jistax ikollha effett sinjifikattiv fuq l-ambjent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, mill-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jirriżulta li din id-dispożizzjoni tirrestrinġi l-marġni ta’ diskrezzjoni li l-Istati Membri għandhom fid-determinazzjoni tal-modalitajiet ta’ rimedju msemmija peress li l-għan tagħha huwa li tagħti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>aċċess wiesa’ għall-ġustizzja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> lill-pubbliku kkonċernat li jinkludi l-organizzazzjonijiet għall-protezzjoni tal-ambjent li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2(5) ta’ din il-konvenzjoni, [ara, b’analoġija, l-Artikolu 10(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendat bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20030526">26 ta’ Mejju 2003</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Direttiva 85/337<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>) li jirriproduċi fi kliem kważi identiċi l-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gruber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑570/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:231">EU:C:2015:231</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, dawn l-organizzazzjonijiet għandhom neċessarjament ikunu jistgħu jsostnu, ġudizzjarjament, ir-regoli tad-dritt nazzjonali li jimplementaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent kif ukoll ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni tal-ambjent li għandhom effett dirett (ara, b’analoġija, fir-rigward tal-Artikolu 10(a) tad-Direttiva 85/337, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs. Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑137/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:683">EU:C:2015:683</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fost in-numru ta’ drittijiet li tali organizzazzjoni għandha tkun tista’ tinvoka fil-kuntest ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus hemm ir-regoli tad-dritt nazzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43 (ara, b’analoġija, fir-rigward tal-Artikolu 10(a) tad-Direttiva 85/337, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑115/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:289">EU:C:2011:289</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għalhekk, tali organizzazzjoni għandha tkun tista’ tikkontesta, fil-kuntest ta’ tali azzjoni, mhux biss id-deċiżjoni li ma titwettaqx evalwazzjoni xierqa tal-effetti tal-pjan jew tal-proġett ikkunsidrat fuq is-sit ikkonċernat, iżda wkoll, skont il-każ, l-evalwazzjoni mwettqa meta din tkun ivvizzjata b’difetti (ara b’analoġija, fir-rigward l-Artikolu 10(a) tad-Direttiva 85/337, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gemeinde Altrip <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑72/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:712">EU:C:2013:712</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 9(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jeżiġi li l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9(2) tagħha jipprovdu rimedji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>xierqa u effettivi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi eżaminat jekk l-Aritkolu 47 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, jipprekludix, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali li minnhom jirriżulta li appell, imressaq minn organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 2(5) ta’ din il-konvenzjoni minn deċiżjoni ta’ rifjut ta’ rikonoxximent bħala parti fil-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett li għandu jitwettaq fuq sit protett skont id-Direttiva 92/43, ma għandux neċessarjament jiġi eżaminat waqt l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura msemmija, li tista’ tingħalaq b’mod definittiv qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni ġudizzjarja definittiva fuq il-kwalità ta’ parti fil-proċedura, u hija awtomatikament miċħuda fil-mument li dan il-proġett jiġi awtorizzat, li jobbliga lil din l-organizzazzjoni tressaq tip ieħor ta’ azzjoni sabiex tikseb din il-kwalità u tissuġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju l-osservanza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Filwaqt li, ċertament, bħala prinċipju, dan l-eżami huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju biss, xorta waħda jibqa’ l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tislet mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, il-kriterji li din il-qorti tista’ jew għandha tapplika f’dan il-kuntest. Barra minn hekk, ma hemm xejn li jżomm lil qorti nazzjonali milli titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tad-disposiżizzjonijiet imsemmija fil-każ ineżami, sakemm madankollu, fid-dawl tal-elementi kollha tal-proċess għad-dispożizzjoni ta’ din il-qorti nazzjonali, hija tipproċedi bil-konstatazzjoni u bl-evalwazzjoni tal-fatti neċessarji għal dan il-għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Banif Plus Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑312/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:794">EU:C:2015:794</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Wara din il-kjarifika, għandu jitfakkar li, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku nazzjonali ta’ kull wieħed mill-Istati Membri li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali ta’ azzjonijiet intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li l-individwi għandhom bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, billi l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw, f’kull każ, il-protezzjoni effettiva ta’ dawn id-drittijiet u, b’mod partikolari, li jiggarantixxu l-osservanza tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑240/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:125">EU:C:2011:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Star Storage <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/14 u C‑488/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:688">EU:C:2016:688</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 jistabbilixxi proċedura ta’ kontroll minn qabel li hija bbażata fuq kriterju ta’ awtorizzazzjoni strett li, bl-inkorporazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, tippermetti li jiġu evitati, b’mod effettiv, il-ħsarat lill-integrità tas-siti protetti minħabba l-pjanijiet jew il-proġetti li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati peress li tobbliga lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni ta’ pjan jew proġett meta jeżistu xi inċertezzi dwar l-assenza ta’ effetti dannużi ta’ dawn il-pjanijiet jew ta’ dawn il-proġetti għall-integrità ta’ dawn is-siti (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Waddenvereniging u Vogelbeschermingsvereniging</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:482">EU:C:2004:482</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Grüne Liga Sachsen <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑399/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:10">EU:C:2016:10</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kawża prinċipali, filwaqt li huwa paċifiku li, sa ċertu punt, LZ setgħet tipparteċipa fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, li ppermettilha, b’mod partikolari, li fid-dawl ta’ osservazzjonijiet ippreżentati minn awtorità ambjentali, tinvoka argumenti intiżi sabiex juru li l-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali jista’ jaffettwa l-integrità ta’ sit protett, din il-kwalità ma hijiex ekwivalenti għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>parti fil-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-interpretazzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali, ikkontestata minn LZ, li appell minn deċiżjoni amministrattiva ta’ rifjut ta’ rikonoxximent bħala parti fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ma għandux neċessarjament jiġi eżaminat waqt l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura msemmija u huwa miċħud <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mal-għoti tal-awtorizzazzjoni mitluba, ma tiżgurax lil organizzazzjoni bħal LZ protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-diversi prerogattivi li jirriżultaw mid-dritt ta’ parteċipazzjoni tal-pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, kif ippreċiżat fil-punt 46 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-atti tal-proċess li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha jirriżulta li l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>parti fil-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, kieku din ġiet irrikonoxxuta lil LZ, kienet tippermetti lil LZ tipparteċipa b’mod iktar attiv fil-proċess deċiżjonali bl-iżvilupp ulterjuri u b’mod iktar rilevanti tal-argumenti tagħha dwar ir-riskji ta’ ħsara għall-integrità tas-sit protett bil-proġett previst, li barra minn hekk kien ikollhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti qabel l-awtorizzazzjoni u t-twettiq ta’ dan il-proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju rrilevat ukoll li, sa fejn huwa l-applikant għall-awtorizzazzjoni biss li huwa parti fil-proċedura, ma jistax jiġi eskluż li, fin-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fil-proċedura amministrattiva ta’ organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent bħal LZ bħala parti fil-proċedura, argumenti intiżi għall-protezzjoni tal-ambjent ma jkunux saru jew ittieħdu inkunsiderazzjoni, u għalhekk l-għan fundamentali tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, ma jkunx intlaħaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>persuna kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, li ġiet irrikonoxxuta lil LZ fil-kawża prinċipali, hija insuffiċjenti sabiex, fil-kuntest ta’ appell, jiġu invokati l-argumenti għall-kontestazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni, peress li sabiex ikun jista’ jitressaq dan l-appell, hija meħtieġa l-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>parti fil-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni tad-dritt proċedurali nazzjonali, ikkontestata minn LZ, li l-preżentata ta’ appell kontra deċiżjoni ġudizzjarja amministrattiva li tirrifjuta r-rikonoxximent tal-kwalità ta’ parti fi proċedura ta’ awtorizzazzjoni ma tipprekludix li din tal-aħħar tingħalaq b’mod definittiv u dan l-appell huwa miċħud <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fi kwalunkwe ċirkustanza sa mill-mument tal-għoti tal-awtorizzazzjoni kkonċernata, ma hijiex tali li, fid-dawl tal-għan li jiġi ggarantit aċċess wiesa’ għall-ġustizzja fir-rigward ta’ appelli minn deċiżjonijiet ambjentali, tiggarantixxi protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet li organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent għandha skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, intiż sabiex jiġu evitati l-ħsarat lill-integrità tas-siti protetti taħt din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 47 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, sa fejn dan jistabbilixxi d-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja effettiva, f’kundizzjonijiet li jiżguraw aċċess wiesa’ għall-ġustizzja, drittijiet li għandha organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent li tissodisfa r-rekwiżiti indikati fl-Artikolu 2(5) ta’ din il-konvenzjoni, bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) ta’ din il-konvenzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan jipprekludi interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali li appell minn deċiżjoni li ma tirrikonoxxix lil tali organizzazzjoni l-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett li għandu jitwettaq fuq sit protett taħt din id-direttiva ma għandux neċessarjament jiġi eżaminat waqt l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura, li tista’ tingħalaq b’mod definittiv qabel ma tittieħed deċiżjoni<?PAGE NO="15"?> ġudizzjarja definittiva dwar il-kwalità ta’ parti, u huwa awtomatikament miċħud fil-mument li dan il-proġett jiġi awtorizzat, li b’hekk jobbliga lil din l-organizzazzjoni tressaq tip ieħor ta’ azzjoni sabiex tikseb din il-kwalità u tissuġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju l-osservanza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus fil-<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE> u approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE>, sa fejn dan jistabbilixxi d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, f’kundizzjonijiet li jiżguraw aċċess wiesa’ għall-ġustizzja, drittijiet li għandha organizzazzjoni għall-protezzjoni tal-ambjent li tissodisfa r-rekwiżiti indikati fl-Artikolu 2(5) ta’ din il-konvenzjoni bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni, f’dan il-każ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE>, moqri flimkien mal-Artikolu 6(1)(b) ta’ din il-konvenzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dan jipprekludi interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt proċedurali nazzjonali li appell minn deċiżjoni li ma tirrikonoxxix lil tali organizzazzjoni l-kwalità ta’ parti fil-proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni ta’ proġett li għandu jitwettaq fuq sit protett taħt id-Direttiva 92/43, kif emendata bid-Direttiva 2006/105, ma għandux neċessarjament jiġi eżaminat waqt l-iżvolġiment ta’ din il-proċedura, li tista’ tingħalaq b’mod definittiv qabel ma tittieħed deċiżjoni ġudizzjarja definittiva dwar il-kwalità ta’ parti, u huwa awtomatikament miċħud fil-mument li dan il-proġett jiġi awtorizzat, li b’hekk jobbliga lil din l-organizzazzjoni tressaq tip ieħor ta’ azzjoni sabiex tikseb din il-kwalità u tissuġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju l-osservanza mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>