|
24.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 112/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta' April 2008
dwar il-ħatra ta’ membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2008/325/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom, tal-15 ta' Settembru 2006 li jirrigwarda n-nominazzjoni tal-membri Belġjani, Griegi, Irlandiżi, Ċiprijotti, Olandiżi, Pollakki, Portugiżi, Filandiżi, Żvediżi u Brittanniċi kif ukoll żewġ membri Taljani fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi:
Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara n-nomina tas-Sur PIETTE bħala Ministru tal-Gvern Federali Belġjan u minħabba l-inkompatibbiltà ta’ din il-funzjoni mal-mandat ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-inkompatibbiltà ma teżistix aktar wara r-riżenja tas-Sur PIETTE minn Ministru,
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Is-Sur Josly PIETTE, Segretarju Ġenerali Onorarju tas-CSC huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-perijodu tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fil-Lussemburgu, 18 ta’ April 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
D. MATE
(1) ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).