17.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/159


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/58

tal-14 ta' Diċembru 2016

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' alfa-terpineol, nerolidol, 2- (4-metilfenil) propan-2-ol, terpineol u aċetat tal-linalil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-alfa-terpineol, in-nerolidol, 2-(4-metilfenil) propan-2-ol, it-terpineol u l-aċetat tal-linalil kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawk il-prodotti mbagħad iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-alfa-terpineol, in-nerolidol, 2-(4-metilfenil) propan-2-ol, it-terpineol u l-aċetat tal-linalil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikant talab li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta' Novembru 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li bil-kundizzjonijiet proposti għall-użu fl-għalf tal-alfa-terpineol, in-nerolidol, 2-(4-metilfenil) propan-2-ol, it-terpineol u l-aċetat tal-linalil, dawn ma jħallux effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-funzjoni tal-alfa-terpineol, tan-nerolidol, 2- (4-metilfenil) propan-2-ol, tat-terpineol u tal-aċetat tal-linalil fl-għalf hija simili għal dik fl-ikel. L-Awtorità diġà kkonkludiet li, għall-ikel, l-alfa-terpineol, in-nerolidol, 2- (4-metilfenil) propan-2-ol, it-terpineol u l-aċetat tal-linalil huma effikaċi, peress li jżidu r-riħa jew it-togħma tal-ikel. L-Awtorità kkonkludiet li għan-nerolidol u 2-(4-metilfenil) propan-2-ol in-nuqqas ta' marġni ta' sikurezza ma jippermettix l-amministrazzjoni simultanja fl-għalf u fl-ilma. Għall-alfa-terpineol, għat-terpineol u għall-aċetat tal-linalil, il-proporzjon eżatta għall-inklużjoni fl-għalf u fl-ilma mhuwiex disponibbli. Madankollu, dawk is-sustanzi jistgħu jintużaw f'għalf kompost sussegwentement amministrat permezz tal-ilma.

(5)

Għandhom jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kontroll aħjar. Għal raġunijiet prattiċi u b'kunsiderazzjoni tal-valutazzjoni mill-ġdid imwettqa mill-Awtorità, il-kontenut massimu rrakkomandat għandu jiġi stabbilit. Meta jinqabeż il-kontenut irrakkomandat tal-addittiv fl-għalf komplet, in-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf, ismu u l-ammont miżjud tiegħu għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, tal-għalf kompost u tal-materjali tal-għalf

(6)

L-Awtorità kkonkludiet li, fin-nuqqas ta' dejta dwar is-sikurezza tal-utent, jenħtieġ li l-alfa-terpineol, in-nerolidol, 2-(4-metilfenil) propan-2-ol, it-terpineol u l-aċetat tal-linalil jiġu kkunsidrati bħala irritanti għall-ġilda, għall-għajnejn u għas-sistema respiratorja, u bħala sensitizzaturi tal-ġilda. Konsegwentement, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa. L-Awtorità jidhrilha li ma hemmx bżonn rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(7)

Il-valutazzjoni tal-alfa-terpineol, tan-nerolidol, 2-(4-metilfenil) propan-2-ol, tat-terpineol u tal-aċetat tal-linalil turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(8)

Billi r-raġunijiet ta' sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għall-alfa-terpineol, in-nerolidol, 2-(4-metilfenil) propan-2-ol, it-terpineol u l-aċetat tal-linalil, huwa xieraq li l-partijiet interessati jingħataw perjodu ta' tranżizzjoni biex iħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “komposti li jgħinu fit-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Awwissu 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Frar 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Frar 2018 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Frar 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi hekk kif speċifikat fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Frar 2019 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Frar 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)   EFSA Journal 2012;10(11):2966.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti aromatiċi

2b02014

—

alfa-Terpineol

Kompożizzjoni tal-addittiv

alfa-Terpineol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

alfa-Terpineol

Prodott b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 96 %

Formula kimika: C10H18O

Nru tal-CAS: 98-55-5

Nru tal-FLAVIS: 02.014

Metodu ta' analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-alfa-Terpineol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatiċi tal-għalf:

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa b'ħin ta' retenzjoni li jillokkja GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għandhom jiġu indikati.

3.

Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun ta' 5 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %: 5 mg/kg”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk dan il-kontenut tas-sustanza attiva f'għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % li ġej jinqabeż: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi ta' negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati flimkien ma' tagħmir ta' protezzjoni personali, inklużi l-protezzjoni għan-nifs, u n-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

is-6 ta' Frar 2027

2b02018

—

Nerolidol

Kompożizzjoni tal-addittiv

Nerolidol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Nerolidol

Prodott b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 97 %

Formula kimika: C15H26O

Nru tal-CAS: 7212-44-4

Nru tal-FLAVIS: 02.018

Metodu ta' analiżi  (1)

Għall-identifikazzjoni tan-Nerolidol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatiċi:

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa b'ħin ta' retenzjoni li jillokkja GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għandhom jiġu indikati.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun:

għall-ħnieżer u t-tjur: 1 mg/kg, u għal speċijiet u kategoriji oħra: 1,5 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %:

—

1 mg/kg għall-ħnieżer u t-tjur;

—

1,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk dan il-kontenut tas-sustanza attiva f'għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % li ġej jinqabeż:

—

1 mg/kg għall-ħnieżer u t-tjur;

—

1,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi ta' negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati flimkien ma' tagħmir ta' protezzjoni personali, inklużi l-protezzjoni għan-nifs, u n-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

is-6 ta' Frar 2027

2b02042

—

2-(4-Metilfenil)propan-2-ol

Kompożizzjoni tal-addittiv

2-(4-Metilfenil)propan-2-ol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

2-(4-Metilfenil)propan-2-ol

Prodott b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 90 %

Formula kimika: C10H14O

Nru tal-CAS 1197-01-9

Nru tal-FLAVIS: 02.042

Metodu ta' analiżi  (1)

Għall-identifikazzjoni ta' 2-(4-Metilfenil)propan-2-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatiċi:

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa b'ħin ta' retenzjoni li jillokkja GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għandhom jiġu indikati.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun:

għall-ħnieżer u t-tjur: 1 mg/kg, u għall-ispeċijiet u l-kategoriji l-oħra kollha: 1,5 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %:

—

1 mg/kg għall-ħnieżer u t-tjur;

—

1,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk dan il-kontenut tas-sustanza attiva f'għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % li ġej jinqabeż:

—

1 mg/kg għall-ħnieżer u t-tjur;

—

1,5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħra.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi ta' negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati flimkien ma' tagħmir ta' protezzjoni personali, inklużi l-protezzjoni għan-nifs, u n-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

is-6 ta' Frar 2027

2b02230

—

Terpineol

Kompożizzjoni tal-addittiv

Terpineol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Terpineol

Prodott b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 91 %

Formula kimika: C10H18O

Nru tal-CAS: 8000-41-7

Nru tal-FLAVIS: 02.230

Metodu ta' analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tat-Terpineol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatiċi tal-għalf:

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa b'ħin ta' retenzjoni li jillokkja GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għandhom jiġu indikati.

3.

Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun ta' 5 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %: 5 mg/kg”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk dan il-kontenut tas-sustanza attiva f'għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % li ġej jinqabeż: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi ta' negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati flimkien ma' tagħmir ta' protezzjoni personali, inklużi l-protezzjoni għan-nifs, u n-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

is-6 ta' Frar 2027

2b09013

—

Aċetat tal-linalil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat tal-linalil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċetat tal-linalil

Prodott b'sinteżi kimika

Purità: minimu ta' 95 %

Formula kimika: C12H20O2

Nru tal-CAS: 115-95-7

Nru tal-FLAVIS: 09.013

Metodu ta' analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-aċetat tal-Linalil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatiċi tal-għalf:

Kromatografija b'fażi gassuża u spettrometrija ta' massa b'ħin ta' retenzjoni li jillokkja GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għandhom jiġu indikati.

3.

Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun ta' 5 mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandhom jiġu indikati dawn li ġejjin:

“Il-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %: 5 mg/kg”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta' identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikkettar tat-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, jekk dan il-kontenut tas-sustanza attiva f'għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % li ġej jinqabeż: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi ta' negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw riskji li jistgħu jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun bi proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu użati flimkien ma' tagħmir ta' protezzjoni personali, inklużi l-protezzjoni għan-nifs, u n-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

is-6 ta' Frar 2027


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports