SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
27 ta’ Ġunju 2013 ( *1 )
“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Direttiva 2008/52/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal proċedura ta’ medjazzjoni obbligatorja — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”
Fil-Kawża C-492/11,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Giudice di pace di Mercato San Severino (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta’ Settembru 2011, fil-proċedura
Ciro Di Donna
vs
Società imballaggi metallici Salerno srl (SIMSA),
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, E. Jarašiūnas, A. Ó Caoimh, C. Toader (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Varone, avvocato dello Stato, |
|
— |
għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u J.-S. Pilczer, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, bħala aġent, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Moro u M. Wilderspin, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-11 ta’ April 2013,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, p. 3), tal-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali ffirmata f’Ruma fl-4 ta’ Novembru 1950, kif ukoll tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2 |
Din it-talba ġiet imressqa fil-kuntest tal-kawża bejn C. Di Donna u Società imballaggi metallici Salerno (SIMSA) srl (iktar ’il quddiem “SIMSA”) dwar il-kumpens għad-dannu kkawżat lill-vettura tiegħu u li fir-rigward tiegħu l-Giudice di pace di Mercato San Severino biħsiebu japplika l-proċedura ta’ medjazzjoni obbligatorja taħt id-dritt Taljan. |
Il-kuntest ġuridiku
Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
|
3 |
Il-premessi 8 u 10 tad-Direttiva 2008/52 huma redatti kif ġej:
[…]
|
|
4 |
L-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva jipprovdi: “L-objettiv ta’ din id-Direttiva huwa li tiffaċilita l-aċċess għar-riżoluzzjoni alternattiva ta’ disputi u li tippromwovi r-riżoluzzjoni amikevoli ta’ disputi billi tinkoraġġixxi l-użu ta’ medjazzjoni u billi tiżgura relazzjoni bilanċjata bejn il-medjazzjoni u l-proċedimenti ġudizzjarji.” |
|
5 |
L-Artikolu 3(a) ta’ din id-direttiva jiddisponi li: “[…] għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]” |
|
6 |
L-Artikolu 5(2) tal-istess direttiva jipprovdi li: “Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali li tagħmel l-użu tal-medjazzjoni obbligatorja jew suġġetta għal inċentivi jew sanzjonijiet, kemm jekk qabel kif ukoll jekk wara li jkunu bdew proċedimenti ġudizzjarji, sakemm tali liġi ma timpedixxix lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ aċċess għas-sistema ġudizzjarja.” |
|
7 |
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2008/52 huwa fformulat kif ġej: “Billi l-medjazzjoni hija maħsuba li ssir b’mod li jirrispetta l-kunfidenzjalità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, la l-medjaturi u lanqas dawk involuti fl-amministrazzjoni tal-proċess ta’ medjazzjoni m’għandhom ikunu mġegħlin jagħtu xhieda fi proċedimenti ġudizzjarji jew arbitraġġ ċivili u kummerċjali fir-rigward ta’ informazzjoni li toħroġ minn, jew li jkollha rabta ma’, proċess ta’ medjazzjoni ħlief:
[…]” |
Id-dritt Taljan
Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010
|
8 |
Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 28, tal-4 ta’ Marzu 2010, li jimplementa l-Artikolu 60 tal-Liġi Nru 69 tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar il-medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali (GURI Nru 53, tal-5 ta’ Marzu 2010, iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010”), ġie kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea bħala miżura nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/52. |
|
9 |
L-Artikolu 5(1) ta’ dan id-digriet jipprovdi li: “Kull persuna li beħsiebha tiftaħ azzjoni ġudizzjarja li tirrigwarda tilwima dwar koproprjetà, drittijiet reali, diviżjoni, drittijiet ta’ suċċessjoni, kuntratti tal-familja, kiri, self, kiri ta’ kumpanniji, kumpens għad-danni li jirriżultaw mill-użu ta’ vetturi u ta’ dgħajjes, responsabbiltà medika u malafama mill-istampa jew b’mezzi oħra ta’ reklamar, kuntratti ta’ assigurazzjoni, kuntratti bankarji u finanzjarji, hija l-ewwel nett meħtieġa tirrikorri għall-proċedura ta’ medjazzjoni taħt dan id-digriet […] Ir-rekwiżit tal-proċedura ta’ medjazzjoni hija kundizzjoni għall-ammissibbiltà tat-talba. L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà għandha tiġi mqajjma mill-konvenut, taħt piena ta’ dekadenza, jew għandha titqajjem ex officio mill-qorti, mhux wara l-ewwel seduta. Fejn il-qorti ssib li diġà ngħata bidu għall-proċedura ta’ medjazzjoni, iżda din ma ntemmitx, huwa għandu jistabbilixxi d-data tas-seduta li jmiss wara l-iskadenza tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 6. Bl-istess mod, fil-każ fejn il-proċedura ta’ medjazzjoni għadha ma nbdietx, huwa għandu jagħti lill-partijiet terminu ta’ ħmistax-il jum għall-preżentata ta’ talba għall-medjazzjoni.” |
|
10 |
L-Artikolu 6 ta’ dan id-digriet huwa redatt kif ġej: “1. It-tul tal-proċedura ta’ medjazzjoni ma għandux jeċċedi erba’ xhur. […]” |
|
11 |
L-Artikolu 8 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010, kif emendat bil-Liġi Nru 148, tal-14 ta’ Settembru 2011 (GURI Nru 216, tas-16 ta’ Settembru 2011, p. 1), jirregola l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ medjazzjoni. Dan l-artikolu jipprovdi li: “1. Matul l-att ta’ preżentazzjoni ta’ talba għall-medjazzjoni, il-persuna responsabbli mill-korp jaħtar medjatur u jistabbilixxi l-ewwel laqgħa bejn il-partijiet fi żmien massimu ta’ 15-il jum mill-preżentata tat-talba […]” |
|
12 |
L-Artikolu 11 tad-Digriet Nru 28/2010 jiddisponi: “1. Fejn ikun intlaħaq ftehim bonarju, il-medjatur għandu jfassal rapport li huwa mehmuż mat-test tal-ftehim innifsu. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-medjatur jista’ jagħmel proposta għal konċiljazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-medjatur għandu jagħmel proposta għal konċiljazzjoni jekk il-partijiet jagħmlu talba konġunta, fi kwalunkwe waqt matul il-proċedura. Qabel ma jifformola l-proposta, il-medjatur għandu jinforma lill-partijiet bil-konsegwenzi possibbli previsti fl-Artikolu 13. […] 4. Fil-każ li l-konċiljazzjoni ma sseħħx, il-medjatur għandu jfassal rapport fejn jindika l-proposta; ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-partijiet u mill-medjatur, li jiċċertifika l-awtentiċità tal-firem tal-partijiet jew li l-iffirmar min-naħa tagħhom huwa impossibbli. Fl-istess rapport, il-medjatur għandu jindika n-nuqqas ta’ parteċipazzjoni ta’ waħda mill-partijiet fil-proċess ta’ medjazzjoni.” |
|
13 |
L-Artikolu 13 ta’ dan id-digriet, dwar l-ispejjeż tal-proċedura, jipprovdi: “1. Meta d-digriet li jtemm il-proċeduri ġudizzjarji jikkorrispondi kompletament mal-kontenut tal-proposta, il-qorti għandha teskludi r-rimbors tal-ispejjeż sostnuti matul il-perijodu wara l-formulazzjoni tal-proposta mill-parti rebbieħa u li tkun irrifjutat il-proposta, u għandha tikkundannaha għall-ispejjeż sostnuti matul l-istess perijodu mill-parti telliefa, kif ukoll għall-ħlas favur it-Teżor tal-Istat ta’ somma oħra ta’ ammont ugwali għall-kontribuzzjoni unifikata dovuta. L-Artikoli 92 u 96 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili [Codice di procedura civile] għandhom jibqgħu applikabbli. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw ukoll għall-kumpens imħallas lill-medjatur u għall-ispejjeż tal-espert fis-sens tal-Artikolu 8(4). 2. Meta d-digriet li jtemm il-proċeduri ġudizzjarji ma jikkorrispondix kompletament mal-kontenut tal-proposta, il-qorti madankollu tista’, fil-preżenza ta’ raġunijiet gravi u eċċezzjonali, teskludi l-irkupru tal-ispejjeż sostnuti mill-parti rebbieħa fir-rigward tal-kumpens imħallas lill-medjatur u tal-ispejjeż tal-espert fis-sens tal-Artikolu 8(4).” |
Id-Digriet Ministerjali Nru 180/2010
|
14 |
B’regolament, il-Gvern Taljan adotta d-Digriet Ministerjali Nru 180, tat-18 ta’ Ottubru 2010, kif emendat bid-Digriet Ministerjali Nru 145, tas-6 ta’ Lulju 2011 (iktar ’il quddiem id-“Digriet Ministerjali Nru 180/2010”). Għall-finijiet ta’ din il-kawża, l-Artikolu 16 tad-Digriet Ministerjali Nru 180/2010 jiddisponi: “1. Il-kumpens jinkludi l-ispejjeż għall-ftuħ tal-proċedura u l-ispejjeż ta’ medjazzjoni. 2. F’dak li jirrigwarda l-ispejjeż għall-ftuħ, inklużi fil-kumpens globali, kull parti hija meħtieġa tħallas ammont ta’ EUR 40 li għandu jitħallas fil-mument tal-preżentata tat-talba għall-medjazzjoni u mill-persuna msejħa għall-medjazzjoni fil-mument li hija tiġi inkluża fil-proċedura. 3. F’dak li jirrigwarda l-ispejjeż ta’ medjazzjoni, kull parti hija meħtieġa tħallas l-ammont indikat fit-Tabella A annessa ma’ dan id-digriet. 4. L-ammont massimu tal-ispejjeż ta’ medjazzjoni għal kull kategorija ta’ referenza, hekk kif stabbiliti fit-Tabella A:
[…] 14. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għall-ammonti minimu ta’ kumpens għal kull kategorija ta’ referenza, kif iffissat fit-Tabella A annessa ma dan id-digriet.” |
|
15 |
It-Tabella A, imsemmija fl-Artikolu 16(4) tad-Digriet Ministerjali Nru 180/2010, hija kif ġej: |
|
Valur tat-tilwima |
Spejjez (għal kull parti) |
|
Sa EUR 1 000 |
EUR 65 |
|
Minn EUR 1 001 sa EUR 5 000 |
EUR 130 |
|
Minn EUR 5 001 sa EUR 10 000 |
EUR 240 |
|
Minn EUR 10 001 sa EUR 25 000 |
EUR 360 |
|
Minn EUR 25 001 sa EUR 50 000 |
EUR 600 |
|
Minn EUR 50 001 sa EUR 250 000 |
EUR 1 000 |
|
Minn EUR 250 001 sa EUR 500 000 |
EUR 2 000 |
|
Minn EUR 500 001 sa EUR 2 500 000 |
EUR 3 800 |
|
Minn EUR 2 500 001 sa EUR 5 000 000 |
EUR 5 200 |
|
Iktar minn EUR 5 000 000 |
EUR 9 200 |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
16 |
C. Di Donna ta bidu għal kawża kontra SIMSA sabiex din tiġi kkundannata għat-tiswija tal-ħsara lill-vettura tiegħu permezz ta’ forklifter li jappartjeni lil din il-kumpannija. Hekk kif jirriżulta mill-proċess, SIMSA ma kkontestatx il-fatti, iżda talbet il-posponiment tal-ewwel seduta sabiex tintima l-kumpannija ta’ assigurazzjoni tagħha fil-kawża inkwistjoni billi għandha polza tal-assigurazzjoni maħruġa minnha li tkopri r-responsabbiltà delittwali tagħha. F’dan ir-rigward, hija madankollu sostniet, li kien xieraq li qabel ma l-kumpannija ta’ assigurazzjoni tiġi msejħa fil-kawża, it-tilwima tiġi sottomessa għal proċedura ta’ medjazzjoni obbligatorja kif prevista mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010. |
|
17 |
Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li dan id-digriet huwa applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali sa fejn ir-rapport kuntrattwali eżistenti bejn SIMSA u l-kumpannija ta’ assigurazzjoni li hija msejħa sabiex tintervjeni jaqa’ fil-qasam tal-assigurazzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-proċedura ta’ medjazzjoni, bl-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) ta’ dan id-digriet, hija obbligatorja sabiex ir-rikors ikun ammissibbli. Madankollu, il-Giudice di pace di Mercato San Severino ma huwiex ċert jekk għall-finijiet tal-iffissar tad-data tas-seduta li jmiss, huwiex meħtieġ li jitqies it-terminu ta’ 45 jum sabiex jidher fil-kawża li huwa previst għas-sejħa għall-intervent jew ukoll, jekk huwiex meħtieġ dak ta’ erba’ xhur mitlub għall-iżvolġiment tal-proċedura ta’ medjazzjoni. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha l-istess dubju bħal SIMSA dwar il-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010 mad-dritt tal-Unjoni. |
|
18 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Giudice di pace di Mercato San Severino ddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin: “L-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea […], id-Direttiva 2008/52[…], il-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, u b’mod ġenerali, id-dritt tal-Unjoni kollu kemm hu, jipprekludu li tiġi introdotta, f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, leġiżlazzjoni, bħad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010 u d-Digriet Ministerjali Nru 180/2010, […] li abbażi tagħha:
|
L-iżviluppi li seħħew wara l-introduzzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari
|
19 |
Insegwitu għal talba għal kjarifika tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għall-eżitu tal-kawża prinċipali, fir-risposta tagħha tad-9 ta’ Marzu 2012, il-qorti tar-rinviju indikat li fil-każ ta’ deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja li tindika l-inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni, hija mhux ser tkun obbligata tissottometti l-kawża prinċipali għall-proċeduri ta’ medjazzjoni, li jaffettwa l-kalkolu tat-termini għall-iffissar tas-seduta. |
|
20 |
Permezz tas-sentenza Nru 272/2012, mogħtija fl-24 ta’ Ottubru 2012, il-Corte costituzionale ddikjarat l-antikostituzzjonalità ta’ xi artikoli tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010, b’mod partikolari tal-Artikoli 5(1), 8(5), kif ukoll 13, ħlief fil-każ ta’ dan tal-aħħar, għar-riferiment għall-Artikoli 92 u 96 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, li madankollu huwa irrilevanti fil-kawża prinċipali. |
|
21 |
B’mod partikolari jirriżulta minn din is-sentenza, li insegwitu għall-fatt li nstab li l-Artikolu 5(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010 huwa antikostituzzjonali, l-obbligu ta’ proċedura ta’ medjazzjoni minn qabel fl-Italja ma hijiex iktar kundizzjoni ta’ ammissibbiltà tal-att promotur u l-partijiet ma għadhomx iktar meħtieġa li jagħmlu użu mill-proċedura ta’ medjazzjoni. |
|
22 |
B’ittra tal-14 ta’ Diċembru 2012, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja talab lill-qorti tar-rinviju tindika l-konsegwenzi tas-sentenza Nru 272/2012, kemm fir-rigward tal-kawża quddiemha kif ukoll fuq ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari. |
|
23 |
B’ittra tas-17 ta’ Jannar 2013, din il-qorti qalet li ser iżżomm it-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha. Madankollu, hija ma ħaditx pożizzjoni dwar l-effett ta’ din is-sentenza kemm f’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni ta’ intervent fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-rilevanza tad-domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja. |
Fuq ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari
|
24 |
Jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali skont l-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tagħti d-deċiżjoni, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. B’konsegwenza ta’ dan, meta d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, marbuta tiddeċiedi (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-15 ta’ Diċembru 1995, Bosman, C-415/93, Ġabra p. I-4921, punt 59; tat-13 ta’ Marzu 2001, PreussenElektra, C-379/98, Ġabra p. I-2099, punt 38; u tad-9 ta’ Diċembru 2010, Fluxys, C-241/09, Ġabra p. I-12773, punt 28). |
|
25 |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, hija għandha teżamina l-kundizzjonijiet li fihom hija tiġi adita mill-qorti nazzjonali bil-għan li tivverifika l-ġurisdizzjoni tagħha stess. Hija tista’ tirrifjuta li tiddeċiedi fuq domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali biss jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi utilment għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi PreussenElektra, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39; tat-23 ta’ April 2009, Rüffler, C-544/07, Ġabra p. I-3389, punt 38; tad-19 ta’ Novembru 2009, Filipiak, C-314/08, Ġabra p. I-11049, punt 42; u tas-26 ta’ Frar 2013, Melloni, C-399/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 29). |
|
26 |
Għalhekk, għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita, jirriżulta kemm mill-kliem u mill-iskema tal-Artikolu 267 TFUE li l-proċedura għal deċiżjoni preliminari tassumi li kawża hija effettivament pendenti quddiem il-qrati nazzjonali, li fil-kuntest tagħhom hija mistennija li tagħti deċiżjoni li tista’ tieħu inkunsiderazzjoni s-sentenza għal d-deċiżjoni preliminari (ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza tal-20 ta’ Jannar 2005, García Blanco, C-225/02, Ġabra p. I-523, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
27 |
Madankollu, fil-kawża prinċipali, insegwitu għas-sentenza tal-Corte costituzionale tal-24 ta’ Ottubru 2012, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-kawża prinċipali ma hijiex iktar dik ikkunsidrata fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza Fluxys, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32). Fil-fatt, din is-sentenza li tiddikjara nuqqas ta’ konformità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010 mal-Kostituzzjoni għandha l-effett li tneħħi dawn id-dispożizzjonijiet mill-ordinament ġuridiku nazzjonali. |
|
28 |
Għalkemm il-qorti tar-rinviju indikat fl-ittra tas-17 ta’ Jannar 2013, li hija xtaqet iżżomm it-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha, madankollu hija ma ppreċiżatx kif id-domandi preliminari tagħha baqgħu rilevanti għall-eżitu tal-kawża prinċipali. |
|
29 |
Issa, hekk kif qieset l-Avukat Ġenerali fil-punti 20 u 23 tal-konklużjonijiet tagħha, id-disa’ domandi preliminari magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja issa għandhom natura ipotetika. |
|
30 |
Fil-fatt, l-ewwel erba’ domandi jikkonċernaw il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni li tippermetti lil qorti, minn naħa, l-użu ta’ provi kontra l-parti li naqset milli tattendi, mingħajr ġustifikazzjoni, għal proċedura ta’ medjazzjoni obbligatorja u li tikkundannaha għall-ħlas favur it-Teżor tal-Istat ta’ somma ta’ ammont ugwali għall-kontribuzzjoni unifikata għall-ispejjeż (Artikolu 8(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010) u, min-naħa l-oħra, l-esklużjoni tar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti mill-parti rebbieħa li rrifjutat l-proposta ta’ konċiljazzjoni u tikkundannaha għall-ispejjeż tal-medjazzjoni (Artikolu 13 ta’ dan id-digriet). Għalhekk, dawn id-domandi jirrigwardaw biss id-dispożizzjonijiet li ġew iddikjarati antikostituzzjonali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, dawn id-domandi saru irrilevanti permezz tal-bidliet li seħħew f’dak li jirrigwarda l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet nazzjonali kkontestati. |
|
31 |
Fir-rigward tal-aħħar ħames domandi li jikkonċernaw l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ medjazzjoni, it-termini għall-implementazzjoni tagħha kif ukoll l-ispejjeż tagħha, għandu jingħad li hekk kif ġie kkonstatat fil-punt 27 ta’ din is-sentenza, l-ordinament ġuridiku nazzjonali li fi ħdanu għandha tiġi deċiża l-kawża prinċipali ma huwiex iktar dak deskritt mill-qorti nazzjonali fid-deċiżjoni tagħha tar-rinviju. Fil-fatt, billi ġiet ikkonstata n-natura antikostituzzjonali tal-Artikolu 5(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2010, il-partijiet ma għadhomx iktar meħtieġa jipparteċipaw fi proċedura ta’ medjazzjoni. Konsegwentement, hekk kif spjegat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tagħha, dawn id-domandi tilfu r-rilevanza tagħhom għall-finijiet tad-deċiżjoni ta’ intervent fil-kawża prinċipali. |
|
32 |
Minn dan jirriżulta li, fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-proċeduri quddiem il-qorti tar-rinviju f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għadhiex iktar f’pożizzjoni li tiddeċiedi dwar id-domandi lilha magħmula (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fluxys, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34). |
Fuq l-ispejjeż
|
33 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Ma għadx hemm lok li tingħata risposta għad-domandi preliminari magħmula mill-Giudice di pace di Mercato San Severino (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża C-492/11. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.