|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/5130 |
22.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12001 – MITSUI / MHI / MELCO / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/5130)
1.
Fl-10 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mitsui & Co., Ltd. (“Mitsui”, il-Ġappun), |
|
— |
Mitsubishi Heavy Industries, Ltd. (“MHI”, il-Ġappun), |
|
— |
Mitsubishi Electric Corporation (“MEC”, il-Ġappun). |
Mitsui, MHI u MEC se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Japan Leo Shachu, Inc. (“JLS”, il-Ġappun).
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Mitsui hija stabbiliment ta’ skambji kummerċjali b’uffiċċji rreġistrati fil-Ġappun, biż-żona ġeografika ta’ attività tagħha li tkopri l-Asja, il-Kontinent Amerikan, l-Ewropa, il-Komunità ta’ Stati Indipendenti, l-Afrika, il-Lvant Nofsani, u l-Oċeanja, |
|
— |
MHI hija involuta fin-negozji tas-sistemi tal-enerġija (sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija), l-impjanti u s-sistemi ta’ infrastruttura (bastimenti kummerċjali, inġinerija, eċċ.), il-loġistika, is-sistemi termali u ta’ mototrażmissjoni (tagħmir għall-ġestjoni tal-materjal, magni, sistemi tal-arja kundizzjonata, eċċ.), l-inġenji tal-ajru, id-difiża u l-ispazju, biż-żona ġeografika ta’ attività tagħha li tkopri l-Asja, il-Kontinent Amerikan, l-Ewropa, il-Lvant Nofsani, l-Oċeanja u l-Afrika, |
|
— |
MEC hija involuta fin-negozji tas-sistemi ta’ utilità pubblika, is-sistemi tal-enerġija, is-sistemi tad-difiża u tal-ispazju, is-sistemi ta’ awtomatizzazzjoni tal-fabbriki, it-tagħmir awtomobilistiku, is-sistemi tal-bini, l-arja kundizzjonata u l-prodotti tad-dar, l-innovazzjoni diġitali, u s-semikondutturi, biż-żona ġeografika ta’ attività tagħha li tkopri l-Kontinent Amerikan, l-Asja-Paċifiku, l-Ewropa, il-Komunità ta’ Stati Indipendenti, il-Lvant Nofsani u l-Afrika. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża JLS huma dawn li ġejjin:l-iżvilupp u l-operat tal-Japan Module u tal-HTV-XC (trasportatur tal-merkanzija mingħajr bdot abbord) għall-istazzjonijiet spazjali kummerċjali tal-Istati Uniti, u l-forniment ta’ servizzi relatati, bl-użu tal-Fond għall-Istrateġija Spazjali li bħalissa huwa kollu kemm hu proprjetà ta’ Mitsui u kkontrollat esklużivament minnha.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12001 — MITSUI / MHI / MELCO / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5130/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)