European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5528

13.10.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12128 – EVH GE / HSBC / SPEICHERWERKE MERBITZ)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5528)

1.   

Fit-2 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EVH Grüne Energie - Beteiligung GmbH & Co. KG (“EVH GE”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-belt ta’ Halle (il-Ġermanja),

—

HSBC Alternative Investments S.C.A. SICAV-RAIF (“HSBC Alternative Investments”, il-Lussemburgu), parti mill-grupp HSBC (ir-Renju Unit),

—

L-impriża konġunta Speicherwerke Merbitz GmbH & Co. KG (“Speicherwerke Merbitz”, il-Ġermanja).

EVH GE u HSBC Alternative Investments se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Speicherwerke Merbitz kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

EVH GE hija attiva fil-ġenerazzjoni u l-provvista tal-elettriku, tal-gass u tas-sħana, kif ukoll fl-iżvilupp u l-operat tal-faċilitajiet rilevanti,

—

HSBC Alternative Investments hija kumpanija ta’ investiment tal-HSBC group. L-HSBC group huwa attiv f’diversi segmenti tal-industrija bankarja.

3.   

L-impriża Speicherwerke Merbitz se tibni u topera sistema ta’ ħżin bil-batteriji f’Wettin-Löbejün (il-Ġermanja).

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12128 — EVH GE / HSBC / SPEICHERWERKE MERBITZ

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

B - 1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5528/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)