|
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
84 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Ġunju 2005
li temenda l-Appendiċi A għall-Anness VIII ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003 fir-rigward ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-ħalib, il-ħut u l-laħam fil-Latvja
(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1609)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2005/420/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), u b’mod partikolari l-Anness VIII, Kapitolu 4, Taqsima B, Sub-taqsima I(1), paragrafu (d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Latvja ngħatat perjodi tranżitorji għal ċerti stabbilimenti mniżżla fl-Appendiċi A (2) għall-Anness VIII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. Dal l-Appendiċi ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/460/KE (3) u 2004/472/KE (4) |
|
(2) |
Il-Latvja ressqet dikjarazzjoni fejn tistqarr li ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-ħalib, il-ħut u l-laħam lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa jikkonformaw għal kollox mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Barra minn hekk, ċerti stabbiliment waqfu joperaw. |
|
(3) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat l-Appendiċi A għall-Anness VIII ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003. Madankollu, għal raġunijiet ta’ ċarezza, dak l-Appendċi għandu jiġi ssostitwit. |
|
(4) |
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali ġie infurmat bil-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi A għall-Anness VIII ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-2003 jiġi ssostitwit mit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-2 ta’ Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(2) ĠU C 227 E, 23.9.2003, p. 104.
ANNESS
“Appendiċi A
kif imsemmi fil-Kapitolu 4, Taqsima B, Sub-taqsima I, punt 1 ta’ l-Anness VIII (*1)
Lista ta’ stabbilimenti, inklużi n-nuqqasijiet u ż-żmien mogħti għat-tiswija ta’ dawn in-nuqqasijiet
STABBILIMENTI TAL-LAĦAM
|
Nru |
Nru Vet. |
Isem l-istabbiliment |
Nuqqasijiet |
Data ta’ konformità sħiħa |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. |
|
Talsu gaļa, Akciju sabiedrība |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE:
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KEE
|
31.12.2005 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
|
Tukuma gaļas pārstrādes sabiedrība, Akciju sabiedrība |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KEE
|
31.12.2005 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
|
Triāls filiāle ‘Valmieras gaļas kombināts’, Sabiedrība ar ierobežotu atbildību |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE
|
31.12.2005 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
4. |
|
Gravendāle, Sabiedrība ar ierobežotu atbildību |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE
|
31.12.2005 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. |
|
Putnu fabrika Kękava, Akciju sabiedrība |
Id-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE
|
31.12.2005 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
6. |
|
Erso7, Sabiedrība ar ierobežotu atbildību |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE
|
31.12.2005 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
7. |
|
Strautmaļi, Zemnieku saimniecība |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE
|
31.12.2005 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
8. |
|
Bērzlejas, Zemnieku saimniecība |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE
|
31.12.2005 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
9. |
|
GPC Smārde, Sabiedrība ar ierobežotu atbildību |
Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE
Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE
|
31.12.2005” |
(*1) Għat-test ta' l-Anness VIII, ara ĠU L 236, 23.9.2003, p. 824.