|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/265 |
10.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/265
tas-7 ta’ Frar 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/704 fir-rigward tal-bidliet amministrattivi fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta’ Mejju 2020, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/704 (2) ta awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru EU-0021035-0000 lil Agrobiothers Laboratoire għat-tqegħid fis-suq tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE” u għall-użu. L-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jipprovdi s-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott (“SPC”, summary of product characteristics) għal dik il-familja ta’ prodotti bijoċidali. |
|
(2) |
Fit-30 ta’ Novemberu 2021, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2109 (3) emenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/704 biex isiru bidliet amministrattivi fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”, f’konformità mal-Artikolu 50(2) u l-Artikolu 50(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Fl-24 ta’ Awwissu 2022, fil-5 ta’ Jannar 2023, fil-15 ta’ Frar 2023 u fis-26 ta’ Settembru 2023, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013 (4), Agrobiothers Laboratoire ppreżentaw lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) aktar notifiki ta’ bidliet ulterjuri fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”, irreġistrati fir-reġistru għall-prodotti bijoċidali bin-numri tal-każ BC-RR079365-04, BC-TJ083601-30, BC-GR084556-13 u BC-FT088928-97. Il-bidliet proposti notifikati jikkonċernaw iż-żieda ta’ erba’ ismijiet kummerċjali, il-bidliet f’żewġ ismijiet kummerċjali u t-tneħħija ta’ żewġ ismijiet kummerċjali. |
|
(4) |
Fit-3 ta’ Ottubru 2022 (5), fit-2 ta’ Frar 2023 (6), fid-9 ta’ Marzu 2023 (7) u fid-19 ta’ Ottubru 2023 (8), f’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, l-Aġenzija ppreżentat lill-Kummissjoni opinjonijiet dwar il-bidliet amministrattivi notifikati fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE”, flimkien ma’ sommarju rivedut tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali. Fl-opinjonijiet, l-ECHA tikkonkludi li l-bidliet proposti huma bidliet amministrattivi kif imsemmija fl-Artikolu 50(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u kif speċifikat fit-Titolu 1, it-Taqsima 1, tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013, u li wara l-implimentazzjoni tal-bidliet, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 jibqgħu jiġu ssodisfati. |
|
(5) |
Fid-19 ta’ Ottubru 2023, l-Aġenzija bagħtet lill-Kummissjoni s-sommarju rivedut tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE” fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, li jkopri l-bidliet amministrattivi kollha li saret applikazzjoni għalihom, f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 354/2013. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjonijiet tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tiġi emendata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE” biex tintroduċi l-bidliet amministrattivi mitluba minn Agrobiothers Laboratoire. |
|
(7) |
Ħlief għall-emendi rigward il-bidliet amministrattivi, l-informazzjoni sostantiva l-oħra kollha inkluża fis-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali ta’ “INSECTICIDES FOR HOME USE” kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/704 tibqa’ l-istess. |
|
(8) |
Sabiex tissaħħaħ iċ-ċarezza u jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-utenti u tal-partijiet interessati għall-verżjoni konsolidata tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott bijoċidali li trid tiġi ppubblikata mill-Aġenzija, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/704 jiġi sostitwit fl-intier tiegħu. Minħabba bidla fil-format għall-ġenerazzjoni tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali fir-reġistru għall-prodotti bijoċidali fl-2024, is-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodotti bijoċidali f’dak l-Anness jenħtieġ li jinkludi wkoll xi bidliet editorjali u bidliet żgħar fit-tqassim. |
|
(9) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/704 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/704 huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/704 tas-26 ta’ Mejju 2020 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE” ( ĠU L 164, 27.5.2020, p. 19; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/704/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2109 tat-30 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/704 biex isiru bidliet amministrattivi fl-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-familja tal-prodotti bijoċidali “INSECTICIDES FOR HOME USE” (ĠU L 429, 1.12.2021, p. 99; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2109/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).
(5) ECHA Opinion N° UAD-C-1614316-40-00/F of 3 October 2022 on the administrative change of the Union authorisation of the biocidal product family: INSECTICIDES FOR HOME USE, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
(6) ECHA Opinion N° UAD-C-1642252-38-00/F of 2 February 2023 on the administrative change of the Union authorisation of the biocidal product family: INSECTICIDES FOR HOME USE, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
(7) ECHA Opinion N° UAD-C-1648354-23-00/F of 9 March 2023 on the administrative change of the Union authorisation of the biocidal product family: INSECTICIDES FOR HOME USE, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
(8) ECHA opinion N° UAD-C-1689543-18-00/F of 19 October 2023 on the administrative change of the Union authorisation of the biocidal product family: INSECTICIDES FOR HOME USE, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
ANNESS
SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL FAMILJA TA’ PRODOTTI BIJOĊIDALI
INSECTICIDES FOR HOME USE
Tip(i) ta’ prodott
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra
Numru tal-awtorizzazzjoni EU-0021035-0000
Numru tal-assi R4BP EU-0021035-0000
PARTI I
L-EWWEL LIVELL TA’ INFORMAZZJONI
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Kunjom
|
Isem |
INSECTICIDES FOR HOME USE |
1.2. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
1.3. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Agrobiothers Laboratoire |
|
Indirizz |
ZI Route des Platières 71290 CUISERY FR |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0021035-0000 |
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0021035-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
|
16.06.2020 |
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
|
31.05.2030 |
1.4. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
AGROBIOTHERS LABORATOIRE |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
ZI Les Platières 71290 Cuisery Franza |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
1.5. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Permetrina |
||
|
Isem tal-manifattur |
Tagros Chemicals india Ltd. (Art.95 List: LIMARU NV (Acting for Tagros Chemicals India Private Limited) |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Jhaver Centre, Rajah Annamalai Bldg., IV floor 72 Marshal s road Egmore 600008 Chennai L-Indja |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
|
Sustanza attiva |
S-metopren |
||
|
Isem tal-manifattur |
Babolna bio Ltd. |
||
|
Indirizz tal-manifattur |
Szallas u.6 H- 1107 Budapest L-Ungerija |
||
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
|
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-FAMILJA TAL-PRODOTT U FORMULAZZJONI
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-familja
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Permetrina |
3-fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat |
sustanza attiva |
52645-53-1 |
258-067-9 |
0,177 - 0,177 % (w/w) |
|
S-metopren |
Isopropil-(2E,4E,7S)-11-metossi-3,7,11-trimetil-2,4-dodekadienoat |
sustanza attiva |
65733-16-6 |
|
0,00225 - 0,00225 % (w/w) |
|
propan-2-ol alcool izopropilic izopropanol |
Propan-2-ol |
Sustanza mhux attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
3,33475 - 3,33475 % (w/w) |
|
n-butan |
n-butan |
Sustanza mhux attiva |
106-97-8 |
203-448-7 |
63,458 - 63,458 % (w/w) |
|
propan |
propan |
Sustanza mhux attiva |
74-98-6 |
200-827-9 |
16,271 - 16,271 % (w/w) |
|
isobutan |
isobutan |
Sustanza mhux attiva |
75-28-5 |
200-857-2 |
4,068 - 4,068 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AE Dispensur tal-aerosol |
PARTI II
IT-TIENI LIVELL TA’ INFORMAZZJONI META SPC(S)
1. META SPC 1 INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Meta SPC 1 identifikatur
|
Identifikatur |
INSETTIĊIDA SPREJ DOMESTIKU |
1.2. Suffiss għan-numru tal-awtorizzazzjoni
|
Numru |
1-1 |
1.3. Tip(i) ta’ prodott
|
Tip(i) ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
2. KOMPOŻIZZJONI TAL-META SPC 1
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-meta SPC 1
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Permetrina |
3-fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat |
sustanza attiva |
52645-53-1 |
258-067-9 |
0,177 - 0,177 % (w/w) |
|
S-metopren |
Isopropil-(2E,4E,7S)-11-metossi-3,7,11-trimetil-2,4-dodekadienoat |
sustanza attiva |
65733-16-6 |
|
0,00225 - 0,00225 % (w/w) |
|
propan-2-ol alcool izopropilic izopropanol |
Propan-2-ol |
Sustanza mhux attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
3,33475 - 3,33475 % (w/w) |
|
n-butan |
n-butan |
Sustanza mhux attiva |
106-97-8 |
203-448-7 |
63,458 - 63,458 % (w/w) |
|
propan |
propan |
Sustanza mhux attiva |
74-98-6 |
200-827-9 |
16,271 - 16,271 % (w/w) |
|
isobutan |
isobutan |
Sustanza mhux attiva |
75-28-5 |
200-857-2 |
4,068 - 4,068 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni tal-meta SPC 1
|
Tip(i) ta’ formulazzjoni |
AE Dispensur tal-aerosol |
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI TAL-META SPC 1
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H222 : Aerosol li jaqbad malajr ħafna, H229 : Kontenitur taħt pressjoni: Jista’ jinfaqa’ meta jissaħħan H229: Kontenitur taħt pressjoni: Jista’ jinfaqa’ meta jissaħħan H304: Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs. H319: Jagħmel irritazzjoni serja għall-għajnejn. H410: Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. EUH208: Jinkludi PERMETRIN. Jista’ jagħmel reazzjoni allerġika. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P101: Jekk ikun meħtieġ parir mediku, ara li jkollok il-kontenitur jew it-tikketta tal-prodott fil-qrib. P102: Żommu ’l bogħod minn fejn jistgħu jilħquh it-tfal. P103: Aqra sew u segwi l-istruzzjonijiet kollha. P210: Żomm ’il bogħod mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħrajn li jaqbdu. Tpejjipx. P211: Tisprejjax fuq fjamma mikxufa jew sors ieħor li jaqbad. P251: Ittaqqbux u taħarqux, anke wara li tużah. P264: Aħsel idejk sew wara li tużah. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P337+P313: Jekk l-irritazzjoni tal-għajnejn tippersisti: Ikkonsulta tabib. P410+P412: Ipproteġi mid-dawl tax-xemx. Tesponix għal temperaturi li jeċċedu l-50°C/ 122°F. P411: Aħżen f’temperaturi li ma jeċċedux 40°C/104°F. P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent. P391: Iġbor it-tixrid. P501: Armi l-l-kontenut fi skont ir-regoli lokali. |
4. UŻU/I AWTORIZZAT(I) TAL-META SPC
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Tabella 1
Insettiċida sprej domestiku
|
Tip ta’ prodott |
PT18: Insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta’ artropodi oħra |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem xjentifiku: Ctenocephalides felis Isem komuni: Briegħed Istadju iżvilupp: larva Isem xjentifiku: Ctenocephalides felis Isem komuni: Briegħed Istadju iżvilupp: adulti Isem xjentifiku: Ixodes ricinus Isem komuni: Qurdien Istadju iżvilupp: - Isem xjentifiku: Rhipicephalus sanguineus Isem komuni: Qurdien Istadju iżvilupp: - |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Trattament fil-mira ta’ għamara li ma tinħasilx u tessuti domestiċi bħal twapet, twapet żgħar, pultruni |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: sprejjar Deskrizzjoni dettaljata: Wara li tivvakumja l-wiċċ li trid tittratta, sprejja l-prodott b’distanza ta’ 30 cm. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: 1.3 sekondi trattament bl-isprej għal madwar 1 m2 (2,1 g/m2) Numru u ħin tal-applikazzjoni: L-intervall ta’ ħin minimu bejn żewġ trattamenti hu ta’ 6 xhur. |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
pubbliku ġenerali (mhux professjonali) |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Landa aerosol b’kisja ta’ verniċ ta’ eposside fenolidu protettiv (250mL jew 500 mL) minn ġewwa Landa aerosol mingħajr kisja interna (300mL) |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ara l-istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU TAL-META SPC 1
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
|
— |
Il-prodott irid jintuża għal trattament fil-mira ta’ għamara li ma tinħasilx u tessuti domestiċi bħal twapet, twapet żgħar, pultruni. |
|
— |
Dejjem aqra t-tiketta jew il-fuljett qabel l-użu u segwi l-istruzzjonijiet kollha pprovduti. |
|
— |
Segwi d-dożi ta’ applikazzjoni rakkomandati. |
|
— |
Effikaċja residwa sa’ 6 xhur li jistgħu jitnaqqsu f’każ ta’ tindif normali (pereżempju vacuum fuq it-twapet) jew użu estensiv tal-uċuħ (pereżempju mixi, frizzjoni...). |
|
— |
Jekk ikun hemm infestazzjoni kontinwa, uża prodotti sostituti li jkollhom sustanzi attivi b’mod differenti ta’ azzjoni sabiex tevita li jkun hemm reżistenza. Dan sabiex tneħħi l-individwi reżistenti minn fost il-popolazzjoni. |
|
— |
Jekk l-infestazzjoni tippersisti minkejja li ssegwi l-istruzzjonijiet tat-tikketta/fuljett, ikkuntattja professjonista tal-kontroll tal-pesti. |
|
— |
Tużax fuq qtates u annimali oħra jew f’basktijiet għal qtates domestiċi. |
|
— |
Informa d-detentur tal-awtorizzazzjoni jekk it-trattament ma jkunx effettiv. |
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
|
— |
Tużax fuq uċuħ mxarrba li jinħaslu u tessut. |
|
— |
Taħsilx għamara bi ċraret tal-imsieħ mxarrba u xxarrabx twapet nodfa jew twapet żgħar biex tevita skariki fis-sistema ta’ drenaġġ. |
|
— |
Neħħi l-ikel, għalf u xorb kollu qabel it-trattament. |
|
— |
Tużax fuq uċuħ u faċilitajiet li jkunu fil-viċinanza jew li jista’ jkollhom kuntatt ma’ ikel, għalf u xorb. |
|
— |
Evita kuntatt mal-għajnejn. |
|
— |
Wara li tisprejja, itlaq mill-kamra u ħallih jaħdem għal siegħa qabel ma tperreċ. |
|
— |
Neħħi jew għatti terrarji, akkwarji u gaġeġ tal-annimali qabel tapplika. |
|
— |
Itfi l-filtru tal-arja tal-akkwarju waqt li tisprejja. |
|
— |
Żomm il-qtates ‘il bogħod minn superfiċji ttrattati. Minħabba s-sensittività partikolari tagħhom għal permethrin, il-prodott jista’ jikkawża reazzjonijiet avversi serji fi qtates. |
|
— |
Żomm it-tfal u l-annimali domestiċi ’l bogħod waqt it-trattament. |
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
|
— |
Inalazzjoni: Poġġi l-vittma fl-arja friska u ħalliha tistrieħ nofsha bilqiegħda. Fittex parir mediku fil-pront jekk ikun hemm sintomi u/jew jekk tkun ħadet kwantitajiet kbar. |
|
— |
Kuntatt mal-għajnejn: -Laħlaħ fil-pront b’ħafna ilma u kultant għolli l-kpiepel tal-għajn ta’ fuq u niżżel t’isfel. Iċċekkja u neħħi l-lentijiet tal-kuntatt jekk faċli tagħmel hekk. Kompli laħlaħ b’ilma fietel għal 10 minuti mill-inqas. Fittex parir mediku jekk ikun hemm irritazzjoni jew jekk il-vista tibda tbati. |
|
— |
Kuntatt mal-ġilda: Neħħi l-ħwejjeġ u żraben ikkontaminati. Aħsel il-ġilda kkontaminata b’ilma. Ikkuntattja speċjalista tat-trattament tal-velenu jekk ikun hemm sintomi. |
|
— |
Kuntatt mal-ħalq: Aħsel il-ħalq bl-ilma. Ikkuntattja speċjalista tat-trattament tal-velenu fil-pront jekk ikun hemm sintomi u/jew f’każ ta’ kuntatt mal-ħalq bi kwantitaijiet kbar. |
|
— |
Tagħtix fluwidi u tipprovokax rimettar f’każ li l-persuna tibda tintilef minn sensiha; poġġi f’pożizzjoni ta’ rkupru u fittex parir mediku fil-pront. |
|
— |
Żomm il-kontenitur jew it-tikketta disponibbli. |
|
— |
Permethrin jista’ jkun perikoluż għal qtates. Jekk ikun hemm sinjali ta’ avvelenament, fittex parir ta’ veterinarju fil-pront u uri l-ippakkjar lil xi veterinarju. |
|
— |
Piretrojde jistgħu jikkawżaw paraesthesia (ħruq u sensazzjoni ta’ tingiż fil-ġilda mingħajr irritazzjoni). Jekk is-sintomi jippersistu: Ikkonsulta tabib. |
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
|
— |
Tarmix prodott mhux użat fl-art, f’korsijiet tal-ilma, pajpijiet (sink, toilets...) u lanqas fid-drains. |
|
— |
Armi l-prodott mhux użat, l-ippakkjar tiegħu u kull skart ieħor skont ir-regolamenti lokali. |
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
|
— |
Ħajja fuq l-ixkaffa: 24 xahar. |
|
— |
Taħżinx f’temperatura ogħla minn 40°C. |
|
— |
Tħallix fix-xemx diretta. |
|
— |
Ipproteġi minn ġlata. |
6. INFORMAZZJONI OĦRA
7. IT-TIELET LIVELL TA’ INFORMAZZJONI: PRODOTTI INDIVIDWALI FIL-META SPC 1
7.1. Isem/Ismijiet kummerċjali, numru tal-awtorizzazzjoni u kompożizzjoni speċifika ta’ kull prodott individwali
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
FRONTLINE PET CARE SPRAY INSECTICIDE ET ACARICIDE POUR L’HABITAT |
qasam tas-suq: UE |
|||||
|
SPRAY ANTIPARASITAIRE POUR L’HABITAT 300 ML FRISKIES |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
INSECTICIDE HABITAT/ HOME VETOCANIS |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD SPRAY INSECTICIDE ET ACARICIDE POUR L’HABITAT |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
INSECTICIDE HABITAT/ HOME VITALVETO |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
SPRAY INSECTICIDE POUR L’HABITAT VITALVETO / INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY VITALVETO |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
SPRAY INSECTICIDE POUR L’HABITAT VETOCANIS / INSECTICIDE HOUSEHOLD SPRAY VETOCANIS |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
BEAPHAR SPRAY POUR L’HABITAT INSECTICIDE |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
BEAPHAR OMGEVINGSSPRAY BINNEN INSECTICIDE |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
BEAPHAR UMGEBUNGSSPRAY INNEN INSECTICIDE |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD Husholdningsspray med insekticid og acaricid |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD Insecticide and acaricide household spray |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD Hyönteisten ja punkkien torjuntasuihke kotitalouksille |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD insektizides und akarizides Haushaltsspray |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD Spray Εντομοκτόνο και ακαρεοκτόνο σπρέι οικιακής χρήσης |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD Spray insetticida e acaricida per l’ambiente domestico |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD Insecticide en acaricidespray voor huishoudelijk gebruik |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD Husholdningsspray med insekticid og acaricid |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD INSETICIDA E ACARICIDA EM SPRAY PARA USO DOMÉSTICO |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FRONTLINE HOMEGARD Hushållspray med insekticid och akaricid |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
PECUSANOL CASA Spray Inseticida para uso doméstico |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
FLEA FREE omgevingsspray combo binnen insecticide |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
BOGAPROTECT INSEKTIZIDES UMGEBUNGSSPRAY |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
INSECTICIDE HABITAT CLÉMENT THÉKAN SPRAY ENVIRONNEMENT |
qasam tas-suq: UE |
||||||
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0021035-0001 1-1 |
|||||
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
||
|
Permetrina |
3-fenossibenżil (1RS,3RS;1RS,3SR)-3-(2,2-diklorovinil)-2,2-dimetilċiklopropankarbossilat |
sustanza attiva |
52645-53-1 |
258-067-9 |
0,177 % (w/w) |
||
|
S-metopren |
Isopropil-(2E,4E,7S)-11-metossi-3,7,11-trimetil-2,4-dodekadienoat |
sustanza attiva |
65733-16-6 |
|
0,00225 % (w/w) |
||
|
propan-2-ol alcool izopropilic izopropanol |
Propan-2-ol |
Sustanza mhux attiva |
67-63-0 |
200-661-7 |
3,33475 % (w/w) |
||
|
n-butan |
n-butan |
Sustanza mhux attiva |
106-97-8 |
203-448-7 |
63,458 % (w/w) |
||
|
propan |
propan |
Sustanza mhux attiva |
74-98-6 |
200-827-9 |
16,271 % (w/w) |
||
|
isobutan |
isobutan |
Sustanza mhux attiva |
75-28-5 |
200-857-2 |
4,068 % (w/w) |
||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/265/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)