|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1764 |
22.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1764
tat-13 ta’ Lulju 2026
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1706 fir-rigward ta’ metodi, rekwiżiti u testijiet speċifiċi kif ukoll rekwiżiti amministrattivi rigward id-durabbiltà tal-batterija fil-vettura, l-awtonomija elettrika tal-vettura f’temperatura baxxa u l-potenza tas-sistema tal-vettura elettrifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batterija tagħhom (Euro 7), li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(3), il-punt (a) u l-Artikolu 14(4), il-punti (a), (i), (j), (q), (s), (u) u (v), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-koerenza mal-istandards internazzjonali, huwa xieraq li ssir referenza għar-Regolament tan-NU Nru 154 (2) (is-serje 04 ta’ emendi) u r-Regolament tan-NU Nru 83 (3) (is-serje 09 ta’ emendi), li jintroduċu d-durabbiltà tal-batterija fil-vettura u rekwiżiti oħra ffukati fuq l-elettrifikazzjoni li fihom avvanzi tekniċi ewlenin, li jappoġġaw is-sostenibbiltà u l-innovazzjoni fis-settur awtomobilistiku. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet Euro 7 jirriflettu bis-sħiħ l-aħħar avvanzi fit-teknoloġija tal-vetturi elettrifikati, huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1706 (4). Sabiex jiġu żgurati valutazzjonijiet akkurati tal-emissjonijiet u tal-konsum tal-enerġija, jiġu pprovduti perkorsi ta’ konformità aktar ċari għall-manifatturi, u tissaħħaħ l-integrità ambjentali tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet Euro 7, huwa meħtieġ li f’dak ir-Regolament jiġu inklużi l-metrika tal-prestazzjoni fil-kundizzjonijiet reali għad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura, l-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa għal vetturi purament elettriċi (PEVs), u rekwiżiti aġġornati għall-monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil (OBFCM) introdotti mir-Regolament tan-NU Nru 154 (is-serje 04). |
|
(3) |
B’mod simili, ir-Regolament tan-NU Nru 83 (is-serje 09 ta’ emendi) jipprovdi metodoloġiji aġġornati għall-konformità waqt is-servizz, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-durabbiltà tal-batterija fil-vettura, il-potenza tas-sistema tal-vettura elettrifikata u l-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa, li jenħtieġ li jiġu riflessi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1706 biex jiġu żgurati implimentazzjoni armonizzata u sorveljanza tas-suq. |
|
(4) |
Għad-determinazzjoni tal-potenza tas-sistema f’vetturi elettriċi ibridi u f’PEVs b’muturi multipli, ir-Regolament tan-NU Nru 177 (5) jistabbilixxi l-proċeduri tekniċi meħtieġa. Ir-referenzi għal dak ir-Regolament tan-NU jenħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1706 biex jiġi żgurat kejl konsistenti u riproduċibbli tal-potenza tas-sistema, f’konformità mal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni tal-Euro 7. |
|
(5) |
Sabiex jiġu żgurati dikjarazzjonijiet ta’ konformità akkurati u trasparenti, huwa xieraq li fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1706 jiġi inkluż rekwiżit għall-manifatturi biex jużaw mudell għal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-Emissjonijiet f’Sewqan Reali (RDE). Dan jippermetti lill-manifatturi jiddikjaraw il-konformità ma’ valuri limitu tal-emissjonijiet aktar baxxi matul il-konformità waqt is-servizz u s-sorveljanza tas-suq b’mod konsitenti, u b’hekk jissaħħu l-effettività u l-infurzabbiltà tar-rekwiżiti tal-RDE. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-manifatturi jiġu pprovduti b’mudelli standardizzati għad-dikjarazzjonijiet tal-konformità, f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1257, biex tiġi ffaċilitata s-sottomissjoni ta’ informazzjoni kompluta u akkurata għat-testijiet rilevanti kollha, inklużi dawk relatati mal-emissjonijiet, id-durabbiltà tal-batterija fil-vettura, l-awtonomija elettrika, u l-potenza tas-sistema, u biex jittejbu l-effiċjenza amministrattiva u ċ-ċertezza legali. |
|
(7) |
Sabiex jittejbu t-trasparenza u l-armonizzazzjoni madwar l-Istati Membri u biex jiġu żgurati preżentazzjoni u traċċabbiltà konsistenti tal-informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, is-sistema ta’ numerazzjoni taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi adattata biex tallinja mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2024/1257, inklużi dispożizzjonijiet għal testijiet u proċeduri ġodda introdotti taħt l-Euro 7. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-proċessi amministrattivi, il-valutazzjonijiet tal-konformità, u l-kejl tekniku jkunu bbażati fuq standards globalment armonizzati, riproduċibbli u infurzabbli, u biex tiġi żgurata implimentazzjoni koerenti u jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji bla bżonn, huwa xieraq li fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1706 jiġu riflessi l-aħħar żviluppi fir-Regolamenti tan-NU Nri 83, 154, 168 (6) u 177 fir-rigward tar-rekwiżiti u l-proċeduri tekniċi dettaljati kif ukoll id-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet, il-metodoloġiji ta’ konformità waqt is-servizz, id-durabbiltà tal-batterija fil-vettura, l-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa u d-determinazzjoni tal-potenza tas-sistema, kif ukoll ir-rekwiżiti għall-OBFCM. |
|
(9) |
Il-metodoloġiji fakultattivi ta’ konformità waqt is-servizz jenħtieġ li jiġu introdotti għad-determinazzjoni tal-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa u tal-potenza tas-sistema biex jipprovdu flessibbiltà għall-manifatturi u għall-awtoritajiet filwaqt li jiżguraw ittestjar robust u rappreżentattiv. Dawk il-metodoloġiji jappoġġaw l-infurzar effettiv tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1706 billi jikkomplementaw ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ konformità waqt is-servizz għad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura, u b’hekk jiżguraw konformità konsistenti u verifikabbli mal-objettivi tagħha bbażati fuq il-prestazzjoni. |
|
(10) |
Sabiex jiġi żgurat li d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti amministrattivi jibqgħu allinjati mal-istandards tekniċi u ambjentali li qed jevolvu għall-vetturi bil-mutur, it-tabelli tal-karattri tal-emissjonijiet jenħtieġ li jiġu emendati biex jinkludu rekwiżiti speċifiċi għall-PEVs fir-rigward tal-apparati għall-monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija elettrika (OBFCM). |
|
(11) |
Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u effiċjenti lejn mobbiltà elettrifikata u biex ikun hemm allinjament mal-isforzi ta’ armonizzazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari r-Regolament tan-NU Nru 154, filwaqt li l-manifatturi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti speċifiċi għall-PEVs, huwa xieraq li l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-OBFCM għal tali vetturi tiġi differita sal-1 ta’ Jannar 2030 u sa fejn temenda l-Anness II, 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1706 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur (TCMV), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1706 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1706 tal-25 ta’ Lulju 2025 li jistabbilixxi regoli, proċeduri u metodoloġiji tal-ittestjar għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1257 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-emissjonijiet evaporattivi, id-durabbiltà tal-batterija fil-vettura, awtonomija elettrika tal-vettura f’temperatura baxxa u potenza tas-sistema tal-vettura elettrifikata ta’ vetturi tal-kategoriji M 1 u N 1 u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet b’rabta mal-emissjonijiet tal-egżost u l-emissjonijiet evaporattivi, id-durabbiltà tal-batterija fil-vettura, l-awtonomija elettrika tal-vettura f’temperatura baxxa, u potenza tas-sistema tal-vettura elettrifikata tal-vetturi bil-mutur li jappartjenu għall-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin:”; |
|
(3) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Sabiex jirċievi approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2024/1257, il-manifattur għandu juri li l-vetturi jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta jiġu ttestjati f’konformità mal-proċeduri tat-test speċifikati fl-Annessi III sa VIII, X, XI, XIV, XV, XVI, XVII, XIX, XX, XXI u XXII. Il-manifattur għandu jiżgura wkoll li l-fjuwils ta’ referenza jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX.” |
|
(4) |
fl-Artikolu 5(1), jiżdied il-punt (c) li ġej wara l-punt (b):
|
|
(5) |
L-Artikolu 6(3)(c) jitħassar; |
|
(6) |
L-Artikolu 6(4) jitħassar; |
|
(7) |
fl-Artikolu 10, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej: “Konformità waqt is-servizz tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-emissjonijiet evaporattivi”; |
|
(8) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-rekwiżiti għall-kontrolli tal-konformità waqt is-servizz huma applikabbli sa 10 snin wara li jinħareġ l-aħħar Ċertifikat ta’ Konformità jew ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali għall-vetturi ta’ familja ta’ konformità waqt is-servizz li tkun soġġetta għal ittestjar skont il-paragrafu 9.2.3 tar-Regolament tan-NU Nru 83, kif definit fil-paragrafu 3 tal-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 83.”; |
|
(9) |
Jiddaħħlu l-Artikoli 10a, 10b u 10c li ġejjin: “Artikolu 10a Konformità waqt is-servizz għad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura Il-konformità waqt is-servizz għad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura għandha tiġi vverifikata fuq vetturi miżmuma u użati sewwa, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Anness XV ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 10b Konformità waqt is-servizz għall-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa Il-konformità waqt is-servizz għall-awtonomija elettrika tal-PEVs f’temperatura baxxa għandha tiġi vverifikata fuq vetturi miżmuma u użati sewwa, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 9.4.1 tar-Regolament tan-NU Nru 83 u fl-Appendiċi 1 tal-Anness XVII ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 10c Konformità waqt is-servizz tal-potenza tas-sistema Il-konformità waqt is-servizz tal-potenza tas-sistema għandha tiġi vverifikata fuq vetturi miżmuma u użati sewwa, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 9.7.1 tar-Regolament tan-NU Nru 83 u fl-Appendiċi 1 tal-Anness XIX ta’ dan ir-Regolament.” |
|
(10) |
L-Annessi I, II, III, XV, XVII, XIX u XXII huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn dik id-data.
Madankollu, l-Artikolu 1, il-punt (4), għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2030. L-Artikolu 1, il-punt (10), sakemm ikun qed jemenda l-Anness II, għandu japplika 18-il-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1257, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1257/oj.
(2) Ir-Regolament tan-NU Nru 154 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali ħfief fir-rigward tal-emissjonijiet tal-kriterji, tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u tal-awtonomija elettrika (WLTP) [2026/1130] (ĠU L, 2026/1130, 26.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1130/oj).
(3) Ir-Regolament tan-NU Nru 83 - Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta’ inkwinanti skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna [2026/1086] (ĠU L, 2026/1086, 29.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1086/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1706 tal-25 ta’ Lulju 2025 li jistabbilixxi regoli, proċeduri u metodoloġiji tal-ittestjar għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1257 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-emissjonijiet evaporattivi ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L, 2025/1706, 5.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1706/oj).
(5) Ir-Regolament tan-NU Nru 177 - Dispożizzjonijiet uniformi dwar id-determinazzjoni tal-potenza tas-sistema ta’ vetturi elettriċi ibridi u ta’ vetturi purament elettriċi li għandhom aktar minn magna elettrika waħda għall-propulsjoni [2025/1910] (ĠU L, 2025/1910, 26.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1910/oj).
(6) Emendi għar-Regolament tan-NU Nru 168 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali ħfief fir-rigward tal-emissjonijiet f’sewqan reali (RDE) [2026/1900] (ĠU L, 2026/1900, 15.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1900/oj).
ANNESS
L-Annessi I, II, III, XV, XVII, XIX u XXII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1706 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Anness XV huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS XV Durabbiltà tal-batterija fil-vettura 1. INTRODUZZJONI Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċedura għall-valutazzjoni tad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura. Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip b’dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata mar-rekwiżiti tad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura bl-użu tal-mudell għad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura stipulati fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. 2. REKWIŻITI ĠENERALI
3. REKWIŻITI TEKNIĊI
Appendiċi 1 Metodoloġija tal-konformità waqt is-servizz għad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura Il-konformità waqt is-servizz għad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura għandha tiġi vverifikata fuq vetturi miżmuma u użati sewwa, f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness 5 tar-Regolament tan-NU Nru 83. Appendiċi 2 Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura (Manifattur): ….. (Indirizz tal-manifattur): ….. Jiddikjara li: [Il-paragrafu li ġej għandu japplika fil-każ li jiġu applikati r-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni. Mhux applikabbli fil-każ li jiġu applikati r-rekwiżiti dikjarati ta’ prestazzjoni:] Il-vettura/i koperta/i minn din l-approvazzjoni / il-vettura/i elenkata/i fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni(1) hija/huma(2) f’konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni kif stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/1257 għal vetturi M1 / it-Tabella 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/1257 għal vetturi N1 (1); [Il-paragrafu li ġej għandu japplika fil-każ li jiġu applikati r-rekwiżiti dikjarati ta’ prestazzjoni. Mhux applikabbli fil-każ li jiġu applikati r-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni:] Il-vettura/i koperta/i minn din l-approvazzjoni / il-vettura/i elenkata/i fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni(1) hija/huma(2) f’konformità mar-rekwiżiti dikjarati ta’ prestazzjoni kif stabbilit fit-tabella ta’ hawn taħt;
[Il-paragrafu li ġej għandu japplika fil-każ li jew ir-rekwiżiti dikjarati ta’ prestazzjoni jew ir-rekwiżiti minimi ta’ prestazzjoni jiġu applikati:] Barra minn hekk, il-vettura/i koperti minn din l-approvazzjoni / il-vettura/i elenkata/i fl-Anness I ta’ din id-dikjarazzjoni(1) hija/huma(2) f’konformità mar-rekwiżiti tad-durabbiltà tal-batterija fil-vettura stabbiliti fl-Anness XV tar-Regolament (UE) 2026/1764. Magħmul fi [..... Post(3)] Fi [..... Data] [Isem u firma tal-persuna awtorizzata mill-Manifattur jew ir-Rappreżentant tal-Manifattur (4)] Dokumenti mehmuża Anness I: It-tip(i), il-familja/i ta’ vettura/i jew il-vetturi deskritti minn deskrittur(i) ieħor/oħra tal-vetturi li għalihom tapplika din id-dikjarazzjoni (jekk applikabbli).
|
|
(5) |
L-Anness XVII huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS XVII Awtonomija elettrika f’temperatura baxxa 1. INTRODUZZJONI Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċedura għad-determinazzjoni tat-test tat-temperatura baxxa sabiex tiġi vverifikata l-awtonomija elettrika tal-PEVs f’temperatura baxxa. 2. REKWIŻITI ĠENERALI
3. REKWIŻITI TEKNIĊI
Appendiċi 1 Metodoloġija fakultattiva tal-konformità waqt is-servizz għall-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa Il-konformità waqt is-servizz għall-awtonomija elettrika f’temperatura baxxa għandha tiġi vverifikata fuq vetturi miżmuma u użati sewwa, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 11 tar-Regolament tan-NU Nru 83. |
|
(6) |
L-Anness XIX huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS XIX Determinazzjoni tal-potenza tas-sistema 1. INTRODUZZJONI Dan l-Anness jistabbilixxi l-proċedura għad-determinazzjoni tal-potenza tas-sistema tal-HEVs u tal-PEVs b’muturi multipli skont il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 177. 2. REKWIŻITI ĠENERALI
3. REKWIŻITI TEKNIĊI
Appendiċi 1 Metodoloġija fakultattiva għall-valutazzjoni tal-konformità waqt is-servizz għad-determinazzjoni tal-potenza tas-sistema Il-valutazzjoni tal-konformità waqt is-servizz fir-rigward tad-determinazzjoni tal-potenza tas-sistema għandha titwettaq fuq vetturi miżmuma u użati sewwa, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Anness 14 tar-Regolament tan-NU Nru 83. |
|
(7) |
L-Anness XXII huwa emendat kif ġej: “3. REKWIŻITI TEKNIĊI Ir-rekwiżiti tekniċi għall-apparat OBFCM għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Appendiċi 5 tar-Regolament tan-NU Nru 154, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fil-paragrafi 11.1.4 u 11.1.5 ta’ dak ir-Regolament.”. |
(*1) Ir-Regolament tan-NU Nru 154 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-passiġġieri u kummerċjali ħfief fir-rigward tal-emissjonijiet tal-kriterji, tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju u tal-konsum tal-fjuwil u/jew tal-kejl tal-konsum tal-enerġija elettrika u tal-awtonomija elettrika [2026/1130] (WLTP), is-serje 04 ta’ emendi ECE/TRANS/WP.29/2026/26 (ĠU L, 2026/1130, 26.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1130/oj).”;
(*2) Ir-Regolament tan-NU Nru 177 - Dispożizzjonijiet uniformi dwar id-determinazzjoni tal-potenza tas-sistema ta’ vetturi elettriċi ibridi u ta’ vetturi purament elettriċi li għandhom aktar minn magna elettrika waħda għall-propulsjoni (ĠU L, 2025/1910, 26.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1910/oj).”
(*3) Ir-Regolament tan-NU Nru 83 – Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta’ inkwinanti skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna, is-serje 09 ta’ emendi ECE/TRANS/WP.29/2026/25 [2026/1086] (ĠU L, 2026/1086, 29.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1086/oj).”;
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1764/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)