7.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/18


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10053 — Zollner Elektronik/Syskron Holding/Samhammer/TIKI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 5/17)

1.   

Fit-22 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Zollner Elektronik AG (“Zollner”, il-Ġermanja),

—

Syskron Holding GmbH (“Syskron”, il-Ġermanja), li tappartjeni għal Krones AG,

—

Samhammer AG (“Samhammer”, il-Ġermanja),

—

Technologisches Institut für angewandte künstliche Intelligenz GmbH (“TIKI”, il-Ġermanja), bħalissa kkontrollata minn Syskron u Samhammer.

Zollner, Syskron u Samhammer jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ TIKI.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Zollner: fornitur ta’ servizz sħiħ mill-iżvilupp u l-produzzjoni sas-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-kummerċ ta’ komponenti elettroniċi għal servizzi ta’ manifattura elettronika,

—

Syskron: sussidjarja ta’ Krones AG, manifattur ta’ sistemi u magni għall-produzzjoni, il-mili u l-ippakkjar ta’ xorb u ikel likwidu. Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni u s-soluzzjonijiet intraloġiċi kif ukoll is-servizzi ta’ wara l-bejgħ jikkompletaw il-firxa ta’ prodotti tal-grupp Krones,

—

Samhammer: fornitur ta’ servizzi b’servizzi ta’ helpdesk taż-żoni tan-negozju kif ukoll servizzi ta’ fergħat u terminals,

—

TIKI: kumpanija attiva fl-iżvilupp ta’ software b’rabta ma’ servizzi ta’ riċerka u żvilupp proċedurali fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10053 — Zollner Elektronik/Syskron Holding/Samhammer/TIKI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.