Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2010 ir-rimunerazzjonu u l-pensjonijiet ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom /* KUMM/2010/0678 finali - NLE 2010/0329 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 18.11.2010 KUMM(2010) 678 finali 2010/0329 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta, b'effett mill-1 ta' Lulju 2010 ir-rimunerazzjonu u l-pensjonijiet ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom SEG(2010) 1406 MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Bħal ma jsir kull sena, skont l-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni bbażata fuq rapport tal-Eurostat, għandu jiddeċiedi qabel l-aħħar tas-sena dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet, b’seħħ mill-1 ta’ Lulju. | 120 | Il-kuntest ġenerali B’konformità mal-Artikolu 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aġġustament tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet jirriżulta direttament mill-bidliet fil-kapaċità tal-akkwist tal-pagi pubbliċi nazzjonali (indikatur speċifiku), il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell (Indiċi Internazzjonali), u kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi stabbiliti mill-Eurostat. L-indikatur speċifiku jkejjel, bl-inflazzjoni eskluża, l-iżvilupp tar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiema fis-servizz pubbliku nazzjonali tal-amministrazzjonijiet ċentrali tal-Istati Membri. Eurostat ikkalkola dan l-indikatur fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mit-tmien Stati Membri msemmija fl-Artikolu 1(4) tal-Anness XI. Il-miżuri tal-Indiċi Nazzjonali ta' Brussell jinbidel fi Brussell għall-Uffiċjali tal-UE. L-Eurostat iddetermina dan l-indiċi fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Belġjani. Il-paritajiet ekonomiċi għar-remunerazzjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-poter ta’ akkwist tar-remunerazzjonijiet bejn Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, u l-lokalitajiet l-oħra kkonċernati. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-poter ta’ akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. Il-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika. | 130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-proposta hi ppreżentata kull sena biex ikunu aġġustati r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta kienu diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa. | 212 | Sinteżi tat-tweġibiet riċevuti u tal-mod kif kienu kkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet mogħtija mill-partijiet ikkonsultati. | Il-ġbir u l-użu tal-esperti | 229 | Ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ għarfien espert estern. | 230 | Stima tal-impatt - Il-proposta hi maħsuba biex ikunu adattati r-rimunerazzjonijiet u l-pensjonijiet filwaqt li tkun segwita l-leġiżlazzjoni fis-seħħ. - Il-leġiżlazzjoni fis-seħħ ma tippermettix alternattiva oħra. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju tal-azzjoni proposta Skont l-Artikolu 1 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ħejja rapport dwar il-bidliet fl-għoli tal-ħajja fi Brussell, il-bidla fil-poter ta’ akkwist fis-salarji tas-servizzi ċivili nazzjonali, kif ukoll il-paritajiet ekonomiċi li minnhom jiġu d-diversi ponderazzjonijiet. 3.1. AĠĠUSTAMENT TAR-RIMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET FIL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Il-bidla medja fil-poter ta’ akkwist tar-remunerazzjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indikatur speċifiku hi ekwivalenti għal -2.0% Il-kambjament fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-perjodu ta’ referenza mkejjel mill-indiċi internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat huwa ta’ 2.4%. B’konformità mal-Artikolu 3(2) tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, il-valur tal-aġġustament jinkiseb bil-multiplikazzjoni tal-indikatur speċifiku mal-indiċi internazzjonali ta’ Brussell kif iddeterminat mill-Eurostat. L-aġġustament propost lir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 0.4%. B’konformità mal-Artikolu 3(5) tal-Anness XI, ebda koeffiċjent korrettiv m'hu applikabbli fil-Belġju u lanqas fil-Lussemburgu. 3.2. AĠĠUSTAMENT TAR-RIMUNERAZZJONI U L-PENSJONIJIET BARRA MILL-BELĠJU U L-LUSSEMBURGU Barra l-Belġju u l-Lussemburgu, l-aġġustamenti tal-pagi u l-pensjonijiet jiġu kkalkulati billi jiġi mmultiplikat l-aġġustament fil-Belġju u l-Lussemburgu bil-bidliet fiż-żidiet u fir-rati tal-kambju. Il-ponderazzjonijiet applikabbli għar-rimunerazzjoni, għall-pensjonijiet u għat-trasferimenti ta’ parti mir-rimunerazzjoni li jidhru fir-Regolamenti ġew ikkalkulati bil-mod li ġej: - Ponderazzjonijiet għall-UFFIĊJALI li jinsabu barra l-Belġju u l-Lussemburgu: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu, fl-1 ta’ Lulju, l-ekwivalenzi tas-saħħa tal-akkwist tar-rimunerazzjoni mħallsa fi Brussell ma' dik imħallsa fil-postijiet l-oħra tax-xogħol. Il-ponderazzjonijiet differenzjati applikabbli għar-remunerazzjoni ta' uffiċjali u aġenti oħra impjegati fl-Istati Membri barra l-Belġju u l-Lussemburgu huma ddeterminati skont ir-relazzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. - Ponderazzjoni għall-PENSJONIJIET barra l-Belġju u l-Lussemburgu u ponderazzjonijiet għat-TRASFERIMENTI: Il-Eurostat ikkalkula, bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, il-paritajiet ekonomiċi li jistabbilixxu l-ekwivalenzi tal-poter ta’ akkwist tal-pensjonijiet bejn il-Belġju u l-pajjiżi l-oħra ta’ residenza applikabbli fl-1 ta’ Lulju. Il-ponderazzjonijiet ikkalkulati għall-pensjonijiet ta’ individwi li joqogħdu f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemburgu fid-diversi pajjiżi huma ddeterminati permezz tal-proporzjonijiet bejn dawn il-paritajiet ekonomiċi u r-rati tal-kambju applikabbli fl-1 ta’ Lulju. Skont l-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-koeffiċjenti korrettivi huma direttament applikabbli għat-trasferimenti tal-uffiċjali u l-aġenti l-oħra. Skont l-Artikolu 20 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dawn il-koeffiċjenti korrettivi japplikaw biss għall-pensjonijiet fuq il-parti li tikkorrispondi mad-drittijiet akkwistati qabel l-1 ta’ Mejju 2004. - Data ta’ dħul fis-seħħ tal-ponderazzjonijiet: Id-data ta’ dħul fis-seħħ ta' dawn il-ponderazzjonijiet hi l-1 ta’ Lulju għal-lokalitajiet kollha ħlief il-lokalitajiet li għandhom żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, li għalihom il-koeffiċjent korrettiv jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju jekk iż-żieda tal-għoli tal-ħajja hi aktar minn 6.3 %, jew fl-1 ta’ Mejju jekk din hi aktar minn 12.6% Il-bidliet fl-għoli tal-ħajja, f’pajjiżi barra l-Belġju u l-Lussemburgu jitkejlu bl-għajnuna ta’ indiċijiet impliċiti. Dawn l-indiċi jinħadmu billi l-Indiċi Internazzjonali ta' Brussell jiġi immultiplikat bil-varjazzjoni mill-parità ekonomika. Għal dan l-aġġustament, id-data ta’ dħul fis-seħħ hi antiċipata għal-lokalitajiet imsemmija fir-Regolament. | 310 | Bażi legali Il-bażi legali hija r-Regolamenti tal-Persunal u b’mod partikolari l-Anness XI tagħhom. Il-legalità tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009 tat-23 ta' Diċembru 2009 li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom qed tiġi kkontestata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew, u hija suġġetta għal azzjoni ta' annullament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Madankollu, minħabba l-fatt li skont il-każistika stabbilita l-atti legali tal-Unjoni jgawdu mill-presunzjoni tal-legalità sakemm ma jiġux dikjarati nulli u bla effet mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni użat ir-Regolament tal-Kunsill imsemmi hawn fuq bħala l-bażi tal-aġġustament annwali. F'każ li l-Qorti tilqa' l-azzjoni tal-Kummissjoni, ir-Regolament propost ikunu jrid jiġi sussegwentement rivedut skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa' taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hi konsistenti mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | 331 | - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi għal Regolament tal-Kunsill. | 332 | - Il-piż finanzjarju jirriżulta direttament mill-applikazzjoni tal-metodu ta’ aġġustament provdut fir-Regolamenti tal-Persunal. | L-għażla tal-istrumenti | 341 | L-istrument propost: Regolament. | 342 | Strumenti oħra ma kinux ikunu xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: - L-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi għal Regolament tal-Kunsill. | L-IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT | 401 | L-impatt tal-adattament tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju anness miegħu. | 2010/0329 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2010 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropeja u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, b'mod partikolari l-Artikoli 63, 64, 65 u 82 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Annessi VII, XI u XIII tiegħu, kif ukoll l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20, u l-Artikoli 64, 92 u 132 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: 1. Sabiex jiggarantixxi li l-kapaċità ta' akkwist tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni jiżviluppa b'mod parallel għal dak tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tal-Istati Membri, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu aġġustati skont ir-reviżjoni annwali tas-sena 2010, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, id-data l-"1 ta' Lulju 2009" fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal għandha tinbidel u ssir l-"1 ta' Lulju 2010". Artikolu 2 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, it-tabella tal-pagi bażiċi tax-xahar fl-Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-fini tal-kalkolu tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej: [pic] Artikolu 3 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 2 tat-tabella hawn taħt. B'effett mill-1 ta' Jannar 2011, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li jsiru minn uffiċjali u ħaddiema oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 3 tat-tabella li jmiss. B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 20(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 4 tat-tabella ta' hawn taħt. B'effett mis-16 ta' Mejju 2010, il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżel fil-kolonna 5 tat-tabella li jmiss. Id-data effettiva tal-aġġustament annwali għal dawk il-karigi ta’ impjieg għandha tkun is-16 ta’ Mejju 2010. [pic] Artikolu 4 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-ammont tal-allowance għal-liv tal-ġenituri msemmi fit-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 42a tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 898,15 u EUR 1197,53 għal familji b'ġenitur wieħed. Artikolu 5 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-ammont bażiku għall-allowance għall-familja msemmi fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 167,98. B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-ammont għall-allowance ta' tfal dipendenti msemmi fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta' EUR 367,06. B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 249,05. B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta’ EUR 89,67. B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmi fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta' EUR 497,87. B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-allowance għall-espartijazzjoni msemmi fl-Artikolu 134 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra għandu jkun ta' EUR 357,91 Artikolu 6 B'effett mill-1 ta' Jannar 2011, l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal hu sostitwit b'dan li ġej: EUR 0 għal kull kilometru bejn 0 u 200 km EUR 0,3734 għal kull kilometru bejn 201 u 1 000 km EUR 0,6223 għal kull kilometru bejn 1 001 u 2 000 km EUR 0,3734 għal kull kilometru bejn 2 001 u 3 000 km EUR 0,1243 għal kull kilometru bejn 3 001 u 4 000 km EUR 0,0599 għal kull kilometru bejn 4 001 u 10 000 km EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq minn 10 000 km. Ma' din l-allowance għal kull kilometru għandu jingħadd suppliment b'rata fissa, li jammonta għal: - EUR 186,66 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u 1 450 km, - EUR 373,28 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn il-post tal-impieg u l-post tal-oriġini hija aktar minn 1 450 km, Artikolu 7 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-ammont għall-allowance għall-għajxien ta' kuljum imsemmi fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun ta': - EUR 38,58 għal uffiċjali li jkollu dritt għall-allowance tal-familja; - EUR 31,10 għall-uffiċjal li ma jkollux dritt għall-allowance tal-familja. Artikolu 8 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra huwa ta': - EUR 1098,39 għal ħaddiem intitolat għall-allowance tal-familja; - EUR 653,10 għal impjegat li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-familja. Artikolu 9 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta' EUR 1317,27, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 2634,55 u l-allowance standard għandha tkun ta' EUR 1197,53. Artikolu 10 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 93 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: [pic] Artikolu 11 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, il-limitu minimu għall-allowance għall-istallazzjoni msemmi fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ ħaddiema oħra huwa ta': - EUR 826,17 għal ħaddiem intitolat għall-allowance tal-familja; - EUR 489,81 għal impjegat li mhuwiex intitolat għall-allowance tal-familja. Artikolu 12 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta' EUR 987,96, il-limitu massimu għandu jkun ta' EUR 1975,91 u l-allowance standard għandha tkun ta' EUR 898,15. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2010, għall-allowance għall-qgħad imsemmi fl-Artikolu 136 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra, il-limitu minimu għandu jkun ta’ EUR 869,19 u l-limit massimu għandu jkun ta’ EUR 2045,15 Artikolu 13 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76[1] għandhom ikunu ta' EUR 376,48, EUR 568,24, EUR 621,30 u EUR 847,02. Artikolu 14 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, l-ammonti li jidhru fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[2] għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,434586. Artikolu 15 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti tal-Persunal għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: [pic] Artikolu 16 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fissa msemmija fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 għandu jkun ta': - EUR 129,88 fix-xahar għall-uffiċjali fi gradi C4 jew C5, - EUR 199,12 fix-xahar għal uffiċjali kklassifikati fil-gradi C1, C2 jew C3. Artikolu 17 B'effett mill-1 ta' Lulju 2010, it-tabella tas-salarji bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 133 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: [pic] Artikolu 18 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARZAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA Titolu tal-proposta/inizjattiva Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta mill-1 ta' Lulju 2010 ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropeja u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom Qasam/oqsma tal-politika konċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[3] L-oqsma u l-attivitajiet huma kollha potenzjalment ikkonċernati. Bażi għall-proposta/inizjattiva Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfatt(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien Li jiġi żgurat li l-poter tal-akkwist tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi tal-UE jiżviluppaw b'mod parallel mat-tibdil fil-poter tal-akkwist ta' uffiċjali pubbliċi fl-Istati Membri, kif imsemmi fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Tul taż-żmien u impatt finanzjarju ( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mingħajr limitu - Implimentazzjoni b'perjodu ta' inizjalizzazzjoni mill-1 ta' Lulju 2010, - segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. Metodu(i) ta’ ġestjoni previst(i)[4] ( Tmexxija ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni: PMO IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i - Il-proposta għandha impatt finanzjarju fuq il-linji baġitarji kollha marbuta man-nefqa fuq il-persunal fl-Istituzzjonijiet u l-Aġenżiji kollha. Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Kontribuzzjoni | Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] | AD/AMD ([5]) | mill-pajjiżi tal-EFTA[6] | mill-pajjiżi kandidati[7] | minn pajjiżi terzi | fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju | XX.01.01.01 u Kapitolu 11, Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenti Parlamentari. | DNA | LE | LE | LE | LE | Impatt stmat fuq in-nefqa Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru | XX.01.01.01 u Kapitolu 11, Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenti Parlamentari. | miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) - Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani - ( Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani Kompatibilità mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali - ( Proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi - Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi Impatt stmat fuq id-dħul - ( Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul. - ( Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej: - ( fuq ir-riżorsi proprja - ( fuq introjtu mixxellanju. miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Linja tad-dħul tal-baġit: | Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju tal-baġit li għaddej | Impatt tal-proposta/l-inizjattiva | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Sena 2013 | Snin sussegwenti | Kontribuzzjoni tal-Pensjoni skont l-Artikolu 410 | 392.2 | 0.8 |1.6 |1.6 |1.6 |1.6 |1.6 |1.6 | |Taxxa skont l-Artikolu 400 | 469.2 | 1.0 |1.9 |1.9 |1.9 |1.9 |1.9 |1.9 | |Taxxa speċjali skont l-Artikolul 404 | 52.0 | 0.1 |0.2 |0.2 |0.2 |0.2 |0.2 |0.2 | |Speċifika l-metodu użat għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. L-impatt fuq id-dħul jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-pagament tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet għax-xahar ta' Lulju u bl-applikazjoni tal-effett tal-aġġustament. [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 tad-9 ta' Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976, p.1). Ir-Regolament kif issupplimentat bir-Regolament (KEE, KEFA, Euratom) Nru 1307/87 (ĠU L 124, 13.5.1987, p. 6). [2] Ir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill tad-29 ta Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, tal-4.3.1968, p. 8). [3] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB ( Activity Based Management) : Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet. [4] Id-dettalji dwar il-modi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [5] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux differenzjati [6] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [7] Pajjiżi kandidati u, fejn huwa applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [8] Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentemant linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta. [9] Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentemant linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.