<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-571/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0571</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:807">EU:C:2018:807</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>26</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>26</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20181004">4.10.2018</DATE> – Kawża C-571/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Kantarev</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Skemi ta’ garanzija għal depożiti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 94/19/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(3)(i)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>depożitu mhux disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà ta’ Stat Membru għal danni kkawżati liċ-ċittadini minn ksur tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(3) TUE</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑571/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Administrativen sad Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161104">4 ta’ Novembru 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20161114">14 ta’ Novembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Nikolay Kantarev</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Balgarska Narodna Banka,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Okrazhna prokuratura – Varna,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI (il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça (Relatur), President tal-Awla, E. Levits, A. Borg Barthet, M. Berger u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal N Kantarev, minn K. Boncheva u M. Ekimdzhiev, advokati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Balgarska Narodna Banka, minn A. Kalaydzhiev, R. Georgiev u M. Kalaydzhieva, advokati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Mihaylova u A. Steiblytė kif ukoll minn H. Krämer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas-<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(3)(i) u tal-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE> dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 252), kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="068" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 68, p. 3</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 94/19<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Nikolay Kantarev u l-Balgarska Narodna Banka (il-Bank Nazzjonali Bulgaru, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>BNB<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar id-dannu li N. Kantarev sostna minħabba l-allegat ħlas tardiv tal-garanzija ta’ depożiti, fir-rigward ta’ fondi f’kont kurrenti miftuħ mal-Korporativna Targovska Banka (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Bank KTB<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u li saru indisponibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 94/19</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel, it-tieni, ir-raba’, it-tmien, id-disa’, il-ħdax, il-wieħed u għoxrin kif ukoll l-erbgħa u għoxrin premessa tad-Direttiva 94/19 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Billi, bi qbil ma’ l-għanijiet tat-Trattat, żvilupp armonizzat ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Kommunità kollha għandu jkun imħeġġeġ permezz ta’ l-eliminazzjoni tar-restrizzjonijiet kollha tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jkunu ipprovduti servizzi, waqt li tiżdied l-istabbilità tas-sistema bankarja u tal-protezzjoni ta’ dawk li jfaddlu;</P></CONSID><CONSID><P>Billi, meta r-restrizzjonijiet dwar l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu eliminati, konsiderazzjoni għandha tingħata lis-sitwazzjoni li tista’ tinqala jekk depożiti f’istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha friegħi fi Stati Membri oħra ma jkunux aktar disponibbli; billi huwa indispensabbli li jkun assigurat livell minimu ta’ armoniżazzjoni tal-protezzjoni ta’ depożiti kull meta depożiti jkunu lokalizzati fil-Komunità minħabba li protezzjoni bħal din għal depożiti hija essenzjali bħala regola prudenti għat-twettieq tas-suq singolu bankarju,</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>Billi l-kost għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jipparteċipaw fi skema ta’ garanzija m’għandu l-ebda relazzjoni ma’ l-ispiża li tirriżulta minn ġbir massiv ta’ depożiti fil-bank mhux biss mill-istituzzjoni ta’ kreditu f’diffikultajiet imma wkoll mill-instituzzjonijiet b’saħħithom, wara li jkun hemm telf ta’ fiduċja tad-depożitaturi fis-sodizza tas-sistema bankarja;</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>Billi armoniżazzjoni għandha tkun illimitata għall-elementi ewlenija ta’ skemi ta’ garanzija ta’ depożiti u, fi żmien qasir, għandha tassigura pagamenti permezz ta’ garanzija ikkalkolati fuq il-bażi ta’ livell minimu armonizzat;</P></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><P>Billi skemi ta’ garanzija għal depożiti għandhom jintervjenu malli d-depożiti ma jkunux disponibbli;</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>Billi l-armonizzazzjoni ta’ skemi ta’ garanziji ta’ depożitu fil-Komunità m’għandhiex minnha nnisifha toħloq dubji dwar l-eżistenza ta’ sistemi operattivi iddisinjati biex jipproteġu l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, partikolarment billi jassiguraw il-likwidità tagħhom, hekk li d-depożiti ma’ dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-friegħi tagħhom stabbiliti fi Stati Membri oħra, ma ssirx mhux disponibbli; billi sistemi alternattivi bħal dawn li jservu skop protettiv differenti jistgħu, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, ikunu meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti li jissodisfaw l-għanijiet ta’ din id-Direttiva; billi għandu jkun għal dawk l-awtoritajiet kompetenti li jivverifikaw il-konformità ma dawk il-kundizzjonijiet;</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>Billi informazzjoni hija element essenzjali fil-protezzjoni ta’ depożitaturi u għandhom għalhekk ukoll ikunu suġġetti għal numru minimu ta’ dispożizzjonijiet li jorbtu: […]</P></CONSID><P>[…]</P><CONSID><P>Billi din id-Direttiva ma tistax tirriżulta li l-Istat Membru jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu responsabbli fir-rigward ta’ depożitaturi jekk huma jkunu assiguraw li skema waħda jew aktar li tiggarantixxi depożiti jew l-istituzzjonijiet ta’ kreditu nnifishom u tassigura kumpens jew protezzjoni tad-depożitaturi skond il-kundizzjonijiet preskritti f’din id-Direttiva kienu ġew introdotti u uffiċjalment rikonoxxuti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 1(3) ta’ din id-direttiva jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>depożitu<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandha tfisser xi bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li joħorġu minn transazzjonijiet bankarji normali u li l-istituzzjoni ta’ kreditu għandha tħallas skond il-kondizzjonijiet legali u kontrattwali applikabbli, u xi dejn b’xhieda ta’ ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni ta’ kreditu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>depożiti mhux disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> għandu jfisser depożitu li huwa dovut u pagabbli imma li ma kienx ġie mħallas mill-istituzzjoni ta’ kreditu permezz tal-kundizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli dwarhom, li kienu jew:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>l-awtoritajiet kompetenti relevanti jkunu ddeterminaw li fl-aspett tagħhom l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tkun tidher li ma tkunx tista’ għal issa, għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħha, li jitħallas lura d-depożitu u li ma jkollha l-ebda prospett attwali li jkun jista jsir dan.</TXT><P>L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli; jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>awtorità ġudizzjarja li tkun tat digriet għar-raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu li jkollha l-effett li tissospendi l-abbiltà ta’ depożitantituri li jagħmlu pretensjonijiet kontra tagħha, għandha sseħħ qabel ma’ d-determinazzjoni msemmija hawn fuq tkun saret<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (1a) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandha tkun ta’ mill-anqas EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007A.001A"><NO.PARAG>1a.</NO.PARAG><ALINEA>Sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopertura għad-depożiti aggregati ta’ kull depożitant għandha tkun iffissata għal EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT> fil-każ li d-depożiti ma jkunux disponibbli.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1. L-iskemi ta’ garanzija għad-depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu t-talbiet debitament ivverifikati magħmulin minn depożitanti fir-rigward ta’ depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien għoxrin jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 1(3)(i) jew li fih awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 1(3)(ii). Dak il-limitu ta’ żmien jinkludi l-ġbir u t-trażmissjoni ta’ data preċiża dwar id-depożitanti u d-depożiti, li huma meħtieġa għall-verifika tat-talbiet.</ALINEA><ALINEA>F’ċirkostanzi kompletament eċċezzjonali, skema ta’ garanzija għad-depożiti tista’ tagħmel applikazjoni lill-awtoritajiet kompetenti għal estenzjoni tal-limitu taż-żmien. Din l-estensjoni m’għandhiex teċċedi għaxart ijiem ta’ xogħol.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2009/14</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessi 11 u 12 tad-Direttiva 2009/14 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>(11)</NO.P><TXT>Barra dan, fil-każijiet fejn ir-rimbors [tad-depożiti] [j]seħħ skont determinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, il-perijodu ta’ deċiżjoni ta’ 21 jum previst attwalment għandu jitnaqqas għal ħamest ijiem ta’ xogħol sabiex ma jkunx imfixkel ir-rimbors rapidu. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom l-ewwel ikunu sodisfatti li istituzzjoni ta’ kreditu naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli. Dik l-evalwazzjoni għandha tkun soġġetta għall-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi tal-Istati Membri.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Id-depożiti jistgħu jitqiesu mhux disponibbli ladarba l-miżuri ta’ intervent bikri jew ta’ riorganizzazzjoni ma jkollhomx suċċess. Dan m’għandux iżomm lill-awtoritajiet kompetenti milli jagħmlu aktar sforzi ta’ ristrutturar matul il-perijodu ta’ rimbors.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Bulgaru</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Iż-Zakon za otgovornostta na darzhavata i obshtinite za vredi (il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat u tal-Komuni għad-Danni Kkawżati) (DV Nru 60, tal-<DATE ISO="19880805">5 ta’ Awwissu 1988</DATE>, iktar ’il quddiem il- <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), tipprovdi, fl-Artikolu 1(1) u (2) tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istat u l-muniċipalitajiet huma responsabbli għad-danni sostnuti minn ċittadini u minn persuni ġuridiċi bħala riżultat ta’ atti, azzjonijiet jew nuqqas ta’ azzjonijiet illegali tal-korpi u l-impjegati tagħhom fl-eżerċizzju tal-attività amministrattiva jew matulha.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-azzjonijiet imressqa taħt il-paragrafu 1 għandhom jiġu eżaminati skont il-proċedura prevista fl-Administrativnoprotsesualen kodeks (il-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva) […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) u (3) ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumpens għal danni kkawżati taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1(1), fl-Artikolu 2(1) u (2), fl-Artikolu 2a u fl-Artikolu 2b(1) jista’ jintalab skont il-proċedura prevista minn din il-liġi u mhux skont il-proċedura tad-dritt komuni.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta liġi jew digriet stabbilixxiet metodu speċifiku ta’ kumpens, din il-liġi ma għandhiex tapplika.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 taż-Zakon za zadalzheniata i dogovorite (il-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti) (DV Nru 275, tal-<DATE ISO="19501122">22 ta’ Novembru 1950</DATE>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Kull min jikkawża dannu lil ħaddieħor minħabba nuqqas li jkun wettaq għandu jagħmel tajjeb għal dan id-dannu. F’kull każ ta’ danni li jirriżultaw minn att illegali, hija preżunta l-ħtija sakemm ma tinġiebx prova kuntrarja.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 49 tal-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Kull minn jinkariga persuna oħra b’kompitu, ikun responsabbli għad-danni kkawżati minn din il-persuna fl-ambitu jew waqt l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kompitu.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Iż-Zakona za garantirane na vlogovete v bankite (il-Liġi dwar il-Garanzija tad-Depożiti Bankarji) (DV Nru 49 tad-<DATE ISO="19980429">29 ta’ April 1998</DATE>) tirregola l-ħolqien, il-funzjonijiet u l-attività tal-fond ta’ garanzija tad-depożiti bankarji (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Fond<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Konformement mal-Artikolu 1a tad-dispożizzjonijiet kumplimentari tal-2009 (DV Nru 44 tat-<DATE ISO="20090612">12 ta’ Ġunju 2009</DATE>), din il-liġi tittrasponi d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 94/19 u 2009/14.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(1), (2), (5) u (6) ta’ din il-liġi huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Fond għandu jirrimborsa d-djun tal-bank ikkonċernat lid-depożitanti tiegħu sal-livelli ggarantiti meta l-[BNB] ikun irrevoka l-liċenzja bankarja tal-bank kummerċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Fond għandu jirrimborsa l-ammonti ggarantiti tad-depożiti permezz ta’ bank kummerċjali jew ta’ banek kummerċjali, maħtura mill-Bord tad-Diretturi.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="023.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rimbors ta’ ammonti mill-Fond għandu jibda mhux iktar tard minn 20 jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-[BNB] ikun ħa d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>F’ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Fond jista’ jestendi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 5 b’massimu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(1) tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mid-data li fiha l-[BNB] jkun ħa d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 23(1), il-Fond huwa ssurrogat għad-drittijiet tad-depożitanti fil-konfront tal-bank sal-livell iggarantit irrispettivament mill-ammont u mid-data li fiha l-Fond ikun għamel pagamenti fuq il-bażi tal-garanzija lil kull depożitant.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Iż-Zakona za Bulgarskata narodna banka (il-Liġi dwar il-Bank Nazzjonali Bulgaru) (DV Nru 46, tal-<DATE ISO="19970610">10 ta’ Ġunju 1997</DATE>) jirregola l-istatus, l-għanijiet u l-kompetenzi tal-BNB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-[BNB] huwa l-Bank Ċentrali tar-Repubblika tal-Bulgarija. Dan huwa persuna ġuridika.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(6) tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-[BNB] huwa kompetenti għar-regolamentazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sorveljanza tal-attività eżerċitata mill-banek l-oħra stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż sabiex tinżamm l-istabbiltà tas-sistema bankarja u jkunu protetti l-interessi tad-depożitanti.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16 ta’ din l-istess liġi, il-Bord tad-Diretturi tal-BNB, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>għandu joħroġ il-liċenzji, jirrifjuta l-għoti ta’ liċenzji u jirrevoka l-liċenzji ta’ banek, operaturi ta’ sistemi ta’ pagament, istituzzjonijiet ta’ pagament u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniku taħt il-kundizzjonijiet u skont il-proċeduri stabbiliti bil-liġi; […] huwa għandu jqiegħed banek taħt superviżjoni speċjali taħt il-kundizzjonijiet u skont il-proċeduri previsti mil-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Iż-Zakona za kreditnite institutsii (il-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu) (DV Nru 59, tal-<DATE ISO="20060721">21 ta’ Lulju 2006</DATE>) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċedura ta’ approvazzjoni, l-eżerċizzju tal-attività, l-istħarriġ tal-osservanza tar-rekwiżiti prudenzjali u l-waqfien tal-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu bl-għan li tiġi żgurata sistema bankarja stabbli, affidabbli u sikura u l-protezzjoni tal-interessi tad-depożitanti kif ukoll l-obbligi ta’ informazzjoni mill-BNB fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tas-sorveljanza prudenzjali tal-banek.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tal-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu, il-BNB huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>l-awtorità kompetenti fir-Repubblika tal-Bulgarija sabiex tissorvelja lill-banek fis-sens tal-punt 40 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="176" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 176, p. 1</REF.DOC.OJ>)<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 36(2) u (3) ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="036.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-[BNB] għandu jirrevoka l-liċenzja maħruġa lil bank minħabba l-insolvenza tiegħu meta:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>dan ma jeżegwixxix, għal iktar minn sebat ijiem ta’ xogħol, l-impenn finanzjarju tiegħu li jkun sar dovut, meta dan ikun direttament marbut mas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dan il-bank u l-[BNB] iqis li jkun improbabbli li dan ikun ser iwettaq l-impenji finanzjarji li saru dovuti fi żmien aċċettabbli, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>il-fondi tiegħu jkunu jikkorrispondu għal ammont negattiv.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-[BNB] għandu jieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol b’effett mill-konstatazzjoni tal-istat ta’ insolvenza.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 79(8) tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Il-[BNB], il-korpi tiegħu u l-persuni inkarigati minnu ma humiex responsabbli għal danni kkawżati fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom ta’ sorveljanza, sakemm ma jkunux aġixxew b’mod intenzjonat.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 115 tal-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="115.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ konsolidazzjoni ta’ bank f’riskju ta’ insolvenza, il-[BNB] jista’ jqiegħed lil dan il-bank taħt sorveljanza speċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="115.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bank huwa espost għal riskju ta’ insolvenza:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>meta l-proporzjon tal-fondi tiegħu totali tal-bank ikun inqas mil-livell minimu stabbilit, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>meta l-[BNB] iqis li l-assi likwidi tal-bank ma jkunux biżżejjed sabiex jippermettu lill-bank jeżegwixxi l-impenji tiegħu fil-jum meta dawn ikunu dovuti, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>meta l-bank ma jkunx eżegwixxa fit-terminu meħtieġ wieħed jew iktar mill-impenji li saru dovuti fil-konfront tal-kredituri tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 116 ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="116.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 115(1), il-[BNB] jqiegħed lill-bank ikkonċernat taħt sorveljanza speċjali u:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>jaħtar kuraturi fil-każ li ma jkunux inħatru kuraturi qabel u jiddetermina l-kompetenzi tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>jiddetermina t-tul u l-modalitajiet tas-sorveljanza speċjali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="116.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każi msemmija fil-paragrafu 1, il-[BNB] jista’:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>inaqqas l-interessi fuq l-impenji tal-bank għall-valur medju tagħhom fis-suq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>jinterrompi totalment jew parzjalment, għal perijodu ddeterminat, l-implimentazzjoni tal-impenji kollha jew ta’ ċerti impenji ta’ dan il-bank;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>jillimita totalment jew parzjalment l-attività tiegħu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 119(5) tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="119.005"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>5.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 116(2), il-bank ma huwiex finanzjarjament responsabbli għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-impenji li l-eżekuzzjoni tagħhom kienet ġiet interrotta wara s-sorveljanza speċjali. Matul it-tqegħid taħt sorveljanza speċjali la hemm interessi moratorji lanqas interessi minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-impenji finanzjarji tal-bank li l-eżekuzzjoni tagħhom kienet ġiet interrotta, filwaqt li huma dovuti l-interessi konvenzjonali fuq dawn l-impenji, l-interessi li madankollu huma mħallsa wara t-tħassir tat-tqegħid taħt sorveljanza speċjali.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140304">4 ta’ Marzu 2014</DATE>, N. Kantarev kkonkluda mal-Bank KTB kuntratt qafas dwar servizzi ta’ pagament kif ukoll ftehim supplimentari għall-imsemmi kuntratt dwar il-ftuħ ta’ kont kurrenti. Dan il-ftehim supplimentari kien jindika, b’mod partikolari, li l-ammonti ddepożitati fil-kont inkwistjoni kienu<?PAGE NO="8"?> koperti mill-Fond. Barra minn hekk, l-ammonti ddepożitati f’dan il-kont kellhom jipproduċu interessi b’rata fissa, li kellhom jiġu mħallsa f’dan il-kont darba fis-sena jew fid-data tal-għeluq ta’ dan l-istess kont, u kienu wkoll koperti mill-Fond.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Peress li l-Bank KTB kien affaċċja kriżi ta’ likwidità wara l-irtirar massiv ta’ depożiti li huwa kellu, ir-rappreżentanti tiegħu talbu, fl-<DATE ISO="20140620">20 ta’ Ġunju 2014</DATE>, lill-BNB iqiegħed taħt sorveljanza speċjali lil din l-istituzzjoni ta’ kreditu. Huma għarrfu wkoll lil dan tal-aħħar bis-sospensjoni tal-pagamenti u bl-operazzjonijiet bankarji kollha tal-imsemmija istituzzjoni. Permezz ta’ deċiżjoni tal-istess jum, il-Bord tad-Diretturi tal-BNB qiegħed lill-bank KTB taħt sorveljanza speċjali għal perijodu ta’ tliet xhur. L-eżekuzzjoni tal-impenji ta’ din l-istituzzjoni ta’ kreditu ġiet sospiża u l-attività tagħha ġiet ristretta. Inħatru kuraturi li ġew inkarigati mill-BNB sabiex jagħmlu permezz ta’ awditur estern evalwazzjoni tal-assi u tad-djun tal-imsemmija istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn din l-evalwazzjoni ħareġ li r-riżultat finanzjarju tal-Bank KTB kien negattiv u li dan ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti ta’ fondi proprji previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Konsegwentement, il-BNB, b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, l-ewwel nett, irrevoka l-liċenzja bankarja tal-Bank KTB, it-tieni nett, qabel li kellhom jittieħdu miżuri sabiex tinfetaħ proċedura ta’ falliment kontra tiegħu u, it-tielet nett, iddeċieda li kien hemm lok li l-Fond jiġi informat b’dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-kont tal-attur fil-kawża prinċipali ġie magħluq <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> f’dik id-data, u dan wassal, skont id-dritt Bulgaru, għar-rimbors tad-depożitu ta’ N. Kantarev fuq il-bażi tal-garanzija tad-depożiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20141204">4 ta’ Diċembru 2014</DATE>, istituzzjoni ta’ kreditu Bulgara, inkarigata mill-Fond sabiex tirrimborsa d-depożiti miżmuma mill-Bank KTB, ħallset lil N. Kantarev ammont ta’ BGN 86 973.81 leva Bulgari (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">44465</FT>), bl-inklużjoni f’dan l-ammont tal-interessi akkumulati sas-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, id-data tar-revoka tal-liċenzja tal-Bank KTB, jiġifieri BGN 2 673.81. F’dan ir-rigward, sal-<DATE ISO="20140701">1 ta’ Lulju 2014</DATE>, ir-rata tal-interessi applikata għad-depożitu tal-attur fil-kawża prinċipali kienet konformi mal-kundizzjonijiet kuntrattwali filwaqt li, b’effett minn din id-data u sas-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, ir-rata tal-interessi applikata kienet dik stabbilita permezz ta’ deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BNB, tat-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>, li naqqset ir-rati tal-interessi applikati għad-depożiti tal-Bank KTB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Sussegwentement, is-Sofiyski gradski sad (il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20150422">22 ta’ April 2015</DATE>, iddikjarat li l-istat ta’ insolvenza tal-Bank KTB beda fis-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>. Il-BNB kkontesta din il-parti tas-sentenza fl-appell quddiem is-Sofiyski apelativen sad (il-Qorti tal-Appell ta’ Sofija, il-Bulgarija) li annullat is-sentenza tal-ewwel istanza billi kkunsidrat li d-data li kellha titqies kienet dik tal-<DATE ISO="20140620">20 ta’ Ġunju 2014</DATE>, data li fiha l-fondi proprji tal-Bank KTB saru negattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-bidu tas-sena 2016, N. Kantarev ippreżenta azzjoni quddiem l-Administrativen sad Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna, il-Bulgarija), ibbażata fuq l-Artikolu 4(3) TUE, kontra l-BNB, bl-argument li, minkejja l-Liġi dwar il-Garanzija tad-Depożiti Bankarji, din l-istituzzjoni kellha tikkonstata l-indisponibbiltà tad-depożiti skont l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, jiġifieri fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ tqegħid taħt sorveljanza speċjali tal-Bank KTB. Konsegwentement, il-BNB wettaq ksur tad-dritt tal-Unjoni li jagħtih dritt għal kumpens. F’dan ir-rigward, N. Kantarev isostni li r-rimbors tardiv tad-depożitu tiegħu kkawżalu dannu li jikkorrispondi għall-interessi moratorji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20160312">12 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-qorti tar-rinviju ssospendiet il-proċedura fil-kawża prinċipali għar-raġuni li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat ma kinux issodisfatti. Madankollu, dan id-digriet ġie annullat mill-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Bulgarija), permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20160718">18 ta’ Lulju 2016</DATE>. F’din is-sentenza, l-imsemmija qorti tat indikazzjonijiet lill-qorti tar-rinviju dwar diversi elementi li għandhom jiġu evalwati sabiex il-kawża tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-indikazzjonijiet, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-eżitu tal-azzjoni ppreżentata minn N. Kantarev jiddependi, l-ewwel nett, fuq jekk ir-responsabbiltà tal-BNB għandhiex tirriżulta skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat jew skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti. Hija tippreċiża, f’dan ir-rigward, li l-ġurisprudenza tal-qrati Bulgari hija kontradittorja fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-qrati — ċivili jew amministrattivi — għall-eżami tal-azzjonijiet għal kumpens għad-danni li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni. Hija żżid li l-Varhoven administrativen sad (il-Qorti Amministrattiva Suprema) adottat ġurisprudenza kontradittorja sa fejn iddeċidiet, f’xi każijiet, li, billi l-BNB la huwa korp tas-setgħa eżekuttiva u lanqas korp iffinanzjat mill-baġit tal-Istat, il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat ma kinitx tapplika għal din tal-aħħar u, f’każijiet oħra, li huwa kellu jiġi kkunsidrat li huwa organiżmu bi prerogattivi ta’ awtorità pubblika, billi din il-liġi tqieset applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tindika wkoll li hemm differenzi sostanzjali bejn il-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-responsabbiltà previsti mil-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat u mil-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti. B’hekk, il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat, li tapplika biss meta d-dannu jirriżulta minn att illegali annullat jew minn azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni illegali tal-amministrazzjoni, stabbilixxiet sistema ta’ responsabbiltà oġġettiva. Skont din il-liġi, l-attur għandu jħallas taxxa sempliċi fid-data tal-preżentata tal-azzjoni u jista’ jadixxi l-qrati tad-domiċilju tiegħu. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ azzjoni bbażata fuq il-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, l-attur għandu jħallas lill-Istat taxxa li tikkorrispondi għal ċertu perċentwali tal-valur tal-kawża u għandu jadixxi lill-qrati tar-residenza tal-konvenut jew tal-post fejn ikun seħħ il-fatt dannuż. Huwa meħtieġ ukoll, bħala kundizzjoni sostantiva ta’ azzjoni legali bħal dik tal-kawża prinċipali, li l-attur jipprova l-eżistenza ta’ żball tal-BNB jew l-eżistenza ta’ aġir intenzjonat ta’ din l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, fuq il-mertu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk il-BNB kienx obbligat jieħu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 b’tali mod li jkun neċessarju, għad-deċiżjoni tal-kawża, li jiġi stabbilit jekk din id-dispożizzjoni ġietx trasposta b’mod korrett fil-leġiżlazzjoni Bulgara. F’dan il-kuntest, hija tistaqsi dwar il-kundizzjonijiet previsti minn din id-direttiva sabiex tiġi ddikjarata l-indisponibbiltà tad-depożiti, sabiex jiġi eżaminat f’liema data dawn kienu ssodisfatti. F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tirrileva li, minn naħa, sabiex jibda l-implimentazzjoni tal-Garanzija tad-Depożiti, il-BNB seta’ biss jirrevoka l-liċenzja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u, min-naħa l-oħra, il-BNB ddeċieda, qabel ir-revoka tal-liċenzja tal-Bank KTB, li jqiegħed lil dan tal-aħħar taħt sorveljanza speċjali sabiex jipproteġih mill-insolvenza. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li r-rimbors fuq il-bażi tal-garanzija tad-depożiti mill-Fond ma jipprekludix it-tqegħid taħt sorveljanza speċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 1(3)(i) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 jagħtux lid-depożitanti d-dritt li jitlob kumpens mingħand l-Istat Membru għall-ksur, mill-awtorità kompetenti, tat-terminu sabiex tikkonstata l-indisponibbiltà tad-depożiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza nazzjonali hija mill-ġdid kontradittorja. Azzjonijiet ta’ depożitanti kontra l-BNB ġew milqugħa għar-raġuni li dan kiser id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li għandhom effett dirett u azzjonijiet oħra ġew miċħuda għar-raġuni li d-dewmien tar-rimbors kien imputabbli lill-Fond u mhux lill-BNB, li r-rimbors kien impossibbli sa fejn il-liċenzja bankarja tal-istituzzjoni kkonċernata ma kinitx ġiet irrevokata, jew li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/19 ma kellhomx effett dirett u li, jekk jiġi kkonstatat nuqqas fit-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, dan ikun jinvolvi r-responsabbiltà mhux tal-BNB, iżda tal-Istat innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tqis li l-BNB wettaq ksur tad-dritt tal-Unjoni, iżda tistaqsi dwar jekk dan il-ksur huwiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ksur suffiċjentement serju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni. Hija tikkonstata, f’dan ir-rigward, li l-miżura ta’ riorganizzazzjoni inkwistjoni ġiet deċiża mill-BNB fl-interess ġenerali b’mod li b’hekk ingħatat protezzjoni lid-depożitanti ekwivalenti għal dik prevista mid-Direttiva 94/19 u li ġew applikati interessi għad-depożiti matul dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l’Administrativen sad Varna (il-Qorti Amministrattiva ta’ Varna) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) TUE u l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ dispożizzjoni nazzjonali, jippermettu d-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni u tal-proċedura applikabbli għar-rikorsi għad-danni li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni skont l-awtorità pubblika li tkun wettqet il-ksur u skont in-natura tal-azzjoni/nuqqas ta’ azzjoni li jikkostitwixxu l-ksur, f’sitwazzjoni fejn l-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji twassal sabiex ir-rikorsi jiġu eżaminati minn qrati differenti, jiġifieri minn qrati ordinarji u minn qrati amministrattivi, skont proċedura differenti, jiġifieri l-proċedura prevista fil-[Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili] u dik prevista [fil-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva], li jeħtieġu l-ħlas ta’ taxxi tal-Istat differenti, jiġifieri taxxa proporzjonali u taxxa sempliċi, u l-prova ta’ kundizzjonijiet differenti, inkluża l-eżistenza ta’ nuqqas?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) TUE u r-rekwiżiti li jirriżultaw mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911119">19 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-6/90 u C-9/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:428">EU:C:1991:428</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rikorsi għad-danni li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni jiġu eżaminati skont proċedura bħal dik ibbażata fuq l-Artikolu 45 u fuq l-Artikolu 49 [tal-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti], li teħtieġ il-ħlas ta’ taxxa tal-Istat proporzjonali u l-prova ta’ nuqqas, jew skont proċedura bħal dik ibbażata fuq l-Artikolu 1 [tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat], li, minkejja li tipprevedi responsabbiltà oġġettiva u minkejja li tinkludi regoli speċifiċi li jiffaċilitaw l-aċċess għal qorti, tapplika biss għad-danni li jirriżultaw minn atti illegali annullati u minn azzjonijiet/nuqqas ta’ azzjonijiet fattwali illegali tal-amministrazzjoni u ma tkoprix il-ksur tad-dritt tal-Unjoni mwettaq minn awtoritajiet pubbliċi oħra u li jikkonsisti f’azzjonijiet/nuqqas ta’ azzjonijiet legali li ma jkunux ġew annullati skont il-proċedura prevista għal dan il-għan?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-punt 3(i) tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw approċċ leġiżlattiv bħal dak adottat permezz tal-Artikolu 36(3) [tal-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu) u permezz tal-Artikolu 23(5) [tal-Liġi dwar il-Garanzija tad-Depożiti Bankarji (imħassra)], approċċ li jfisser li r-rekwiżit li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata tkun tidher li ma tkunx tista’ għal issa, għal raġunijiet li huma direttament relatati maċ-ċirkostanzi finanzjarji tagħha, li [tħallas] lura d-depożitu u li ma jkollha l-ebda prospett attwali li [tkun tista’ tagħmel] dan<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/>, huwa ekwivalenti għall-konstatazzjoni ta’ insolvabbiltà tal-istabbiliment u għar-revoka tal-awtorizzazzjoni tiegħu, u li jfisser ukoll li l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti bankarji għandha tiġi skattata hekk kif tiġi rrevokata l-awtorizzazzjoni tal-bank?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Il-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex depożitu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>mhux disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/>, huwa meħtieġ li jiġi kkonstatat li hemm tali depożitu minħabba att espliċitu meħud mill-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>awtoritajiet kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/> wara l-evalwazzjoni prevista fil-punt 3(i) tal-istess dispożizzjoni jew għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, minħabba lakuna legali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li l-evalwazzjoni u r-rieda tal-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> jiġu dedotti, permezz ta’ interpretazzjoni, minn atti oħra meħuda minn din l-awtorità, pereżempju, f’dan il-każ, mid-Deċiżjoni Nru 73 tal-<DATE ISO="20140620">20 ta’ Ġunju 2014</DATE> tal-Bord tad-Diretturi tal-[BNB], li permezz tagħha l-[Bank KTB] tqiegħed taħt sorveljanza speċjali, jew li jiġu preżunti fuq il-bażi ta’ ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali – fejn, permezz tad-Deċiżjoni Nru 73 tal-<DATE ISO="20140620">20 ta’ Ġunju 2014</DATE> tal-Bord tad-Diretturi tal-[BNB], il-pagamenti u t-tranżazzjonijiet kollha ġew sospiżi, b’tali mod li b’hekk id-depożitanti ġew imċaħħda mill-possibbiltà li jagħmlu talbiet għall-irtirar tad-depożiti tagħhom u milli jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom matul il-perijodu bejn l-<DATE ISO="20140620">20 ta’ Ġunju 2014</DATE> u s-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE> –, għandu jitqies li d-depożiti kurrenti ggarantiti kollha (li ma jeħtieġux preavviż sabiex ikunu jistgħu jiġu rtirati u li jingħataw lura immedjatament fuq talba) saru mhux disponibbli fis-sens tal-punt 3(i) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/19 jew għandu<?PAGE NO="11"?> jitqies li l-kundizzjoni li <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>depożitu li huwa dovut u pagabbli imma li ma kienx ġie mħallas mill-istituzzjoni ta’ kreditu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="2019" ID="QE0035"/> teħtieġ li d-depożitanti kienu neċessarjament ressqu quddiem l-istabbiliment ta’ kreditu talba (ordni, stedina) għall-irtirar tad-depożitu li ma kinitx onorata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Il-punt 3(i) tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19, kif ukoll il-premessa 8 tad-Direttiva 2009/14 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>awtoritajiet kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="2019" ID="QE0036"/> fil-kuntest tal-evalwazzjoni prevista fil-punt 3(i) tal-Artikolu 1 hija, fil-każijiet kollha, limitata mit-terminu previst fit-tieni sentenza tal-[punt 3(i) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/19] jew fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu li, għall-finijiet tas-sorveljanza speċjali prevista fl-Artikolu 115 [tal-Liġi l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu], id-depożiti jibqgħu mhux disponibbli għal perijodu itwal minn dak indikat fid-Direttiva 94/19?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Il-punt 3(i) tal-Artikolu 1 u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 għandhom effett dirett u jikkonferixxu lid-depożitanti tal-bank li jagħmel parti mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti, minbarra d-dritt li jiġu kkumpensati minn din l-iskema sal-livell previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 94/19, id-dritt li jistabbilixxu r-responsabbiltà tal-Istat għal ksur tad-dritt tal-Unjoni billi jippreżentaw, kontra l-awtorità responsabbli sabiex tikkonstata li d-depożiti ma kinux disponibbli, rikors għad-danni kkawżati mill-ħlas tardiv tal-ammont iggarantit tad-depożiti, f’sitwazzjoni fejn id-deċiżjoni prevista fil-punt 3(i) tal-Artikolu 1 tal-istess direttiva kienet ittieħdet wara t-terminu ta’ ħamest ijiem stabbilit mid-Direttiva [94/19] u fejn id-dewmien huwa dovut għall-effett tal-miżura ta’ riorganizzazzjoni li kienet intiża li tipproteġi lill-bank mill-insolvabbiltà u li kienet imposta minn din l-istess awtorità, jew, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, dawn id-dispożizzjonijiet jawtorizzaw regola nazzjonali bħal dik prevista fl-Artikolu 79(8) [tal-Liġi dwar l-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu], li tipprovdi li l-[BNB], il-korpi tiegħu u l-persuni mqabbda minnu għandhom iwieġbu għad-danni kkawżati b’konsegwenza tal-eżerċizzju tal-missjonijiet ta’ sorveljanza tiegħu fil-każ biss li dawn id-danni jkunu ġew ikkawżati b’mod intenzjonat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Huwa l-każ li, u f’liema ċirkustanzi, il-ksur tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta mill-fatt li l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/> ma ħaditx deċiżjoni konformement mal-punt 3(i) tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/19, huwa ksur <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>suffiċjentement serju<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="2019" ID="QE0038"/>, li jippermetti li tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Istat Membru għad-danni permezz ta’ rikors ippreżentat kontra l-awtorità ta’ sorveljanza u, f’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa rilevanti (a) li l-[Fond] ma kellux biżżejjed fondi sabiex ikopri d-depożiti ggarantiti kollha?; (b) li, matul il-perijodu li matulu l-pagamenti kienu sospiżi, l-istabbiliment ta’ kreditu tqiegħed taħt sorveljanza speċjali sabiex jiġi protett mill-insolvabbiltà?; (c) li d-depożitu tar-rikorrent ġie rrimborsat wara l-konstatazzjoni, mill-[BNB], li l-miżuri ta’ riorganizzazzjoni ma kinux irnexxew? u (d) li d-depożitu tar-rikorrent ġie rrimborsat, flimkien mal-interessi applikati, inkluż għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20140620">20 ta’ Ġunju 2014</DATE> u s-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Sabiex jikkontesta l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, minn naħa, il-BNB isostni li d-domandi magħmula huma irrilevanti u ma jippreżentaw ebda rabta mal-fatti tal-kawża prinċipali. Barra minn hekk, hija l-qorti nazzjonali u mhux il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddetermina jekk N. Kantarev effettivament sostniex dannu u, fil-każ li jiġi kkonstatat ksur tad-Direttiva 94/19, il-leġiżlatur Bulgaru, unikament kompetenti sabiex jittrasponu din id-direttiva fid-dritt nazzjonali, ikun unikament responsabbli. Min-naħa l-oħra, il-BNB isostni li mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041012">12 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Paul <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-222/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:606">EU:C:2004:606</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li individwu ma jistax jitlob kumpens għad-dannu kkawżat minn sorveljanza difettuża min-naħa tal-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu billi r-rimbors tad-depożitanti previst mid-Direttiva 94/19 huwa ggarantit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali. Minn dan jirriżulta li huma biss il-qrati nazzjonali, li huma aditi bit-tilwima u li għandhom jassumu r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandhom jevalwaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża, kemm il-ħtieġa ta’ deċiżjoni preliminari sabiex ikunu f’pożizzjoni li jagħtu d-deċiżjoni tagħhom kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li huma jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pérez Retamero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-97/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:158">EU:C:2017:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta d-domandi magħmula mill-qrati nazzjonali jkunu jikkonċernaw l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun, bħala prinċipju, meħtieġa tagħti deċiżjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pérez Retamero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-97/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:158">EU:C:2017:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rifjut li tiddeċiedi dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma jkollha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt jew ta’ dritt neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pérez Retamero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-97/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:158">EU:C:2017:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, l-ebda waħda minn dawn l-ipoteżijiet ma tirriżulta f’dan il-każ. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju indikat li, insostenn tal-azzjoni tiegħu għad-danni, l-attur fil-kawża prinċipali jsostni li kien hemm applikazzjoni żbaljata tad-Direttiva 94/19 u r-raġunijiet li għalihom ir-risposti għad-domandi preliminari magħmula kienu jidhru li huma meħtieġa sabiex tiġi riżolta t-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, dwar l-argument ibbażat fuq is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041012">12 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Paul <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-222/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:606">EU:C:2004:606</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), l-Artikolu 267 TFUE jippermetti dejjem lil qorti nazzjonali, jekk jidhrilha li jkun xieraq, tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domandi ta’ interpretazzjoni (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110526">26 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Natuur en Milieu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-165/09 sa C-167/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:348">EU:C:2011:348</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). B’hekk, ir-rilevanza u l-portata ta’ din is-sentenza għandhom jiġu eżaminati matul l-analiżi tal-mertu tad-domandi magħmula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li t-talba għal deċiżjoni preliminari titqies li hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u s-sitt domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u s-sitt domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien u fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu, minn naħa, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti tiddependi mill-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu u mir-revoka tal-liċenzja bankarja ta’ din l-istituzzjoni u, min-naħa l-oħra, li ssir deroga mit-termini previsti, minn dawn id-dispożizzjonijiet, sabiex tiġi kkonstatata l-indisponibbiltà tad-depożiti u sabiex dawn id-depożiti jiġu rrimborsati, għar-raġuni li huwa neċessarju li l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun suġġetta għal sorveljanza speċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li jirriżulta b’mod espliċitu mill-kliem tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, li l-kundizzjoni neċessarja u suffiċjenti sabiex tiġi kkonstatata l-indisponibbiltà ta’ depożitu li huwa dovut u pagabbli hija li, skont il-fehma tal-awtorità kompetenti,<?PAGE NO="13"?> għal mument u għal raġunijiet marbuta direttament mas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, istituzzjoni ta’ kreditu ma tkunx tidher li tinsab f’pożizzjoni li tista’ tħallas lura d-depożiti u ma jkun hemm ebda prospett attwali li hija ser tkun tista’ tagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 jispeċifika li din il-konstatazzjoni għandha ssir, mill-imsemmija awtoritajiet kompetenti, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>malajr kemm jista’ jkun<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>mhux aktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel ikunu sodisfatti [li l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata] tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu ma tistax tiddependi fuq l-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata jew ir-revoka tal-liċenzja bankarja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-indisponibbiltà tad-depożiti għandha tiġi kkonstatata fi żmien qasir ħafna, mingħajr ma wieħed jistenna li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza jew tal-irtirar tal-liċenzja bankarja jkunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu u r-revoka tal-liċenzja bankarja huma differenti miċ-ċirkustanzi li jidhru fl-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19. B’hekk, ir-revoka tal-liċenzja bankarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tista’, b’mod partikolari, tkun il-konsegwenza għan-nuqqas ta’ adeżjoni għal fond ta’ garanzija tad-depożiti mingħajr madankollu ma d-depożiti ta’ dan l-istabbiliment ikunu indisponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-insolvenza ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u r-revoka tal-liċenzja bankarja huma ta’ natura li jindikaw li l-istituzzjoni ta’ kreditu tinsab f’diffikultajiet fit-tul. Min-naħa l-oħra, peress li l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 jissuġġetta l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti għall-fatt li l-istituzzjoni ta’ kreditu ma tidhirx li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>għal issa<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> kapaċi li tħallas lura d-depożiti u ma hemm l-ebda prospett <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>attwali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li hija ser tkun tista’ tagħmel dan, din l-indisponibbiltà tista’ tkun temporanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti għandha ssir anki f’każ ta’ diffikultajiet temporanji, sakemm l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata ma tkunx tista’ tħallas lura depożiti dovuti u pagabbli u ma jkun hemm l-ebda prospett attwali li hija ser tkun tista’ tagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkorraborata mill-għan doppju segwit mid-Direttiva 94/19. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li din id-direttiva hija intiża, kif jindikaw l-ewwel u r-raba’ premessa tagħha, kemm sabiex tipproteġi lid-depożitanti kif ukoll sabiex tiżgura l-istabbiltà tas-sistema bankarja, billi tevita l-fenomeni ta’ rtirar massiv ta’ depożiti mhux biss minn istituzzjoni ta’ kreditu f’diffikultà, iżda wkoll minn istituzzjonijiet b’saħħithom bħala riżultat ta’ telf tal-fiduċja tal-pubblika fis-saħħa ta’ din is-sistema (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Anisimovienė <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-688/15 u C-109/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:209">EU:C:2018:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan l-għan doppju, huwa imperattiv li l-garanzija tad-depożiti ssir, kif indikat fit-tmien u fid-disa’ premessa ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>fi żmien qasir<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> mill-indisponibbiltà tad-depożiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-protezzjoni tad-depożitanti teżiġi li d-depożiti tagħhom jiġu rrimborsati malajr kemm jista’ jkun b’effett mill-indisponibbiltà tagħhom sabiex dawn id-depożitanti ma jiġux imċaħħda mill-ekonomiji tagħhom u jsibux ruħhom, minħabba f’hekk, f’sitwazzjoni ta’ impossibbiltà li jipprovdu, b’mod partikolari, għall-ispejjeż ta’ kuljum tagħhom. Min-naħa l-oħra, l-istabbiltà tas-sistema bankarja titlob ukoll rimbors rapidu lid-depożitanti sabiex jiġi evitat li d-diffikultajiet finanzjarji li istituzzjoni ta’ kreditu tkun qiegħda taffaċċja, anki temporanji, joħolqu fenomenu ta’ irtirar massiv ta’ depożiti u li dawn id-diffikultajiet ma jinxterdux b’hekk mal-kumplament tas-sistema bankarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Ċertament, fid-dawl tal-kliem tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 u b’mod partikolari tal-fatt li din id-dispożizzjoni tippreċiża li l-awtorità kompetenti għandha tikkonstata l-indisponibbiltà tad-depożiti meta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>[fil-fehma tagħha]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, il-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan il-għan ikunu ssodisfatti, din l-awtorità għandha ċertu marġni ta’ diskrezzjoni. Madankollu, tali marġni ta’ diskrezzjoni jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-dispożizzjoni u mhux dawn il-kundizzjonijiet bħala tali u lanqas il-mument li fih għandha ssir tali konstatazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-possibbiltà ta’ deroga mit-terminu għall-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti sabiex l-istituzzjoni ta’ kreditu titqiegħed taħt sorveljanza speċjali, għandu jiġi rrilevat li t-terminu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 huwa, skont il-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni, terminu perentorju mingħajr ma hija prevista deroga minn dan it-terminu f’xi dospożizzjoni oħra ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jitħallew jidderogaw mit-terminu stabbilit mid-Direttiva 94/19 sabiex jikkonstataw l-indisponibbiltà tad-depożiti sabiex l-istituzzjoni ta’ kreditu titqiegħed taħt sorveljanza speċjali tmur kontra r-rekwiżit ta’ ħeffa li jirriżulta minn din id-direttiva. Fil-fatt, kemm mill-għan doppju tal-imsemmija direttiva, kif imfakkar fil-punt 56 ta’ din is-sentenza, kif ukoll mit-tnaqqis ta’ dan it-terminu, minn wieħed u għoxrin jum għal ħamest ijiem, introdott permezz tad-Direttiva 2009/14, jirriżulta li tali konstatazzjoni għandha ssir fi żmien qasir ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-espożizzjoni tal-motivi tal-Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti tal-<DATE ISO="19920604">4 ta’ Ġunju 1992</DATE> [COM (92) 188 finali, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="163" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="1992">ĠU C 163, p. 6</REF.DOC.OJ>], li wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 94/19, tindika, preċiżament, li l-ħlas tal-garanzija tad-depożiti għandu jkun ibbażat fuq il-konstatazzjoni oġġettiva li depożitant ikun ġie mċaħħad minn fondi li l-istituzzjoni ta’ kreditu kellha tagħtih lura sabiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>jitħaffef il-ħlas tal-ammont iggarantit<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>dan il-ħlas ma jintrabatx mal-inċertezzi tal-proċeduri ta’ riorganizzazzjoni u ta’ stralċ tal-istituzzjoni kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Ċertament, il-premessa 12 tad-Direttiva 2009/14 tistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>d-depożiti jistgħu jitqiesu mhux disponibbli ladarba l-miżuri ta’ intervent bikri jew ta’ riorganizzazzjoni [tal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata] ma jkollhomx suċċess<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, din il-premessa 12 tirreferi biss għall-possibbiltà li d-depożiti jkunu kkunsidrati li huma indisponibbli fil-każ li jkunu fallew il-miżuri ta’ intervent bikri jew ta’ riorganizzazzjoni mingħajr ma tissuġġetta l-konstatazzjoni ta’ indisponibbiltà għall-fatt li tali miżuri preventivi jkunu fallew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi osservat li t-tieni sentenza tal-imsemmija premessa tippreċiża li din il-possibbiltà <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>m’għand[hiex] [iżżomm] lill-awtoritajiet kompetenti milli jagħmlu aktar sforzi ta’ ristrutturar matul il-perijodu ta’ rimbors<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> u timplika, konsegwentement, li miżuri ta’ dan it-tip ma jaffettwawx il-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti u lanqas ir-rimbors tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Dwar it-terminu għar-rimbors tad-depożiti previst fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19, jirriżulta mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni li tali estensjoni ta’ dan it-terminu hija possibbli biss fil-preżenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>ċirkustanzi kompletament eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> u li din l-estensjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>ma għandhiex teċċedi għaxart ijiem ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li qed tfalli, it-tqegħid tagħha taħt sorveljanza speċjali, sabiex jiġi evitat li ssir insolventi, ma jikkostitwixxix ċirkustanza kompletament eċċezzjonali, iżda, għall-kuntrarju, ċirkustanza inerenti għas-sitwazzjoni ta’ tali istituzzjoni u għall-miżuri li jistgħu jiġu adottati sabiex jinstab rimedju għal din is-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, il-fatt li l-estensjoni tat-terminu għar-rimbors tad-depożiti għandha tkun limitata għal għaxart ijiem ta’ xogħol juri li din l-estensjoni ma għandhiex tkopri l-miżuri li jistgħu jiġu adottati sabiex tiġi evitata l-insolvenza ta’ din l-istituzzjoni, peress li tali miżuri jeħtieġu iktar minn għaxart ijiem sabiex l-effetti kollha tagħhom jiġu fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, għat-tielet u għas-sitt domanda għandha tingħata r-risposta li l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu, minn naħa, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti tiddependi mill-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu u mir-revoka tal-liċenzja bankarja ta’ din l-istituzzjoni u, min-naħa l-oħra, li ssir deroga mit-termini previsti, minn dawn id-dispożizzjonijiet, sabiex tiġi kkonstatata l-indisponibbiltà tad-depożiti u sabiex dawn id-depożiti jiġu rrimborsati, għar-raġuni li huwa neċessarju li l-istituzzjoni ta’ kreditu titqiegħed taħt sorveljanza speċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-indisponibbiltà ta’ depożiti miżmuma minn istituzzjoni ta’ kreditu għandha tiġi kkonstatata minn att espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti jew jekk din tistax tiġi dedotta minn atti oħra meħuda minn dawn l-awtoritajiet, bħad-deċiżjoni tal-BNB li l-Bank KTB jitqiegħed taħt sorveljanza speċjali, jew ukoll jekk din tistax tkun preżunta minn ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 sempliċement jistipula ċ-ċirkustanzi li fihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproċedu bil-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, mingħajr ma jindikaw l-forma li tali konstatazzjoni għandu jkollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok li jiġi rrilevat li, minn naħa, fis-sistema tad-Direttiva 94/19, il-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tiddetermina r-rimbors ta’ dawn id-depożiti mill-iskemi ta’ garanzija u, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 10(1) ta’ din id-direttiva, din il-konstatazzjoni hija l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu li fih għandu jsir dan ir-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>B’hekk, fid-dawl ta’ dawn l-elementi, l-indisponibbiltà tad-depożiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, għandha neċessarjament tiġi kkonstatata b’deċiżjoni espliċita tal-awtoritajiet kompetenti intiża sabiex tiddikjara din l-indisponibbiltà, peress li kull interpretazzjoni oħra toħloq sitwazzjoni ta’ inċertezza li din id-direttiva għandha preċiżament l-għan li tirrimedja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-wieħed u għoxrin premessa tad-Direttiva 94/19 jirriżulta li l-informazzjoni tad-depożitanti hija element essenzjali għall-protezzjoni tagħhom. Barra minn hekk, kif imfakkar fil-punt 56 ta’ din is-sentenza, din id-direttiva hija intiża sabiex tilħaq żewġ għanijiet li huma marbutin mill-qrib, jiġifieri l-istabbiltà tas-sistema bankarja u l-protezzjoni tad-depożitanti. Madankollu, dawn l-għanijiet jippresupponu li d-depożitanti jkunu jistgħu jiddeterminaw b’ċertezza li d-depożiti tagħhom huma indisponibbli u minn meta dawn ser ikunu suġġetti għal proċedura ta’ rimbors sabiex jiġi evitat kull paniku li jista’ jipperikola l-istabbiltà tas-sistema bankarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tiddetermina r-rimbors tad-depożiti kif ukoll il-bidu ta’ dekorrenza tat-terminu li fih għandu jsir dan il-ħlas, id-depożitanti u l-fondi ta’ garanzija tad-depożiti għandu jkollhom deċiżjoni espliċita, ċara u preċiża, li tippermettilhom ikunu jafu malajr u b’ċertezza li, wara l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, id-depożiti ġew iddikjarati indisponibbli. Tali deċiżjoni tiżgura, minn naħa, li l-fond ta’ garanzija tad-depożiti jkun f’pożizzjoni li jibda proċedura ta’ rimbors u li t-terminu previst fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 ikun beda jiddekorri u, min-naħa l-oħra, li d-depożitanti jkunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet mogħtija lilhom skont din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li deċiżjoni espliċita għandha tiġi adottata sabiex tiġi kkonstatata l-indisponibbiltà tad-depożiti u li din għandha, ladarba tiġi adottata, tinġieb għall-attenzjoni tal-fond ta’ garanzija tad-depożiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-indisponibbiltà tad-depożiti ma tistax tiġi dedotta minn atti oħra meħuda mill-awtorità nazzjonali kompetenti bħat-tqegħid taħt sorveljanza speċjali ta’ bank jew preżunta fuq il-bażi ta’ ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali, li ma jsegwux evalwazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti bħal dik stipulata fl-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għar-raba’ domanda għandha tingħata r-risposta li l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-indisponibbiltà ta’ depożiti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tiġi kkonstatata permezz ta’ att espliċitu tal-awtorità nazzjonali kompetenti u ma tistax tiġi dedotta minn atti oħra tal-awtoritajiet nazzjonali, bħad-deċiżjoni tal-BNB li l-Bank KTB jitqiegħed taħt sorveljanza speċjali, u lanqas ma tista’ tiġi preżunta minn ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 94/19 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà ta’ depożitu bankarju, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-proprjetarju ta’ dan id-depożitu jkun l-ewwel ressaq, quddiem l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, talba għall-irtirar tal-fondi, li tkun baqgħet mingħajr suċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn qari flimkien tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 jirriżulta li, anki jekk id-depożiti għandhom jiġu mħallsa lura skont il-kundizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli għalihom, l-evalwazzjoni tal-indisponibbiltà tagħhom hija, min-naħa l-oħra, esklużivament iddeterminata mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1(3)(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tipprovdix li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti għandha tkun suġġetta għal talba minn qabel sabiex jiġu rtirati l-fondi li tkun baqgħet mingħajr suċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif ġustament tirrileva l-Kummissjoni Ewropea, din il-konstatazzjoni hija marbuta mas-sitwazzjoni finanzjarja oġġettiva tal-istituzzjoni ta’ kreditu u tirrigwarda b’mod ġenerali l-integralità tad-depożiti miżmumin minn dik l-istituzzjoni u mhux kull wieħed mid-depożiti li hija żżomm. B’hekk, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li tali istituzzjoni ta’ kreditu ma ħallsetx lura ċerti depożiti u li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 huma ssodisfatti sabiex tiġi ddikjarata l-indisponibbiltà tad-depożiti kollha miżmuma minn din l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-għan doppju mfittex mid-Direttiva 94/19, kif jirriżulta mill-punt 56 ta’ din is-sentenza, ma jistax jintlaħaq jekk ikun meħtieġ li l-proprjetajru ta’ depożitu jkun ressaq, quddiem l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, talba għall-irtirar tal-fondi, li tkun baqgħet mingħajr suċċess, sabiex dan id-depożitu jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>indisponibbli<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, tali rekwiżit ikun ta’ natura li jimmina l-fiduċja tad-depożitanti fl-iskema tal-garanzija tad-depożiti u jwassal għal fenomeni ta’ talbiet massivi ta’ rtirar ta’ depożiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, tali rekwiżit ikollu l-konsegwenza li jikkomplika l-proċedura ta’ konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti u li jikkomprometti l-għan ta’ ħeffa tad-Direttiva 94/19.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, fejn l-operazzjonijiet u l-pagamenti kollha tal-istituzzjoni ta’ kreditu jkunu ġew sospiżi, din il-kundizzjoni hija inqas u inqas iġġustifikata inkwantu ma hijiex neċessarja u hija, fil-prattika, diffiċli ħafna jekk mhux impossibbli li tiġi ssodisfatta, billi l-proprjetajru ma jkunx neċessarjament jista’ jġib il-prova li huwa preċedentement għamel talba għal ħlas lura u li din baqgħet mingħajr suċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-ħames domanda għandha tingħata r-risposta li l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà ta’ depożitu bankarju, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma tistax tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-proprjetarju ta’ dan id-depożitu jkun l-ewwel għamel, lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, talba għall-irtirar tal-fondi, li tkun baqgħet mingħajr suċċess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-seba’ u t-tmien domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Permezz tas-seba’ u t-tmien domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 1(3)(i) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn għandhom effett dirett u jagħtu lid-depożitanti d-dritt li jressqu, fuq il-bażi tar-responsabbiltà tal-Istat għal ksur tad-dritt tal-Unjoni, kontra l-awtorità pubblika obbligata tikkonstata l-indisponibbiltà tad-depożiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, bħalma huwa l-BNB, azzjoni għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat mir-rimbors tardiv tad-depożiti. F’każ ta’ risposta affermattiva, il-qorti tar-rinviju titlob gwida addizzjonali dwar il-kunċett ta’ ksur <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>suffiċjentement serju<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, u tistaqsi dwar ir-rilevanza ta’ ċerti ċirkustanzi fattwali f’din il-kawża għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi speċifikat li, b’mod kuntrarju għal dak li l-BNB isostni u kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punti 78 sa 82 tal-konklużjonijiet tagħha, iċ-ċirkustanzi li taw lok għat-tilwima fil-kawża prinċipali huma differenti minn dawk li taw lok għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041012">12 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Paul <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-222/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:606">EU:C:2004:606</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) b’mod li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju ma jsibux risposta f’dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041012">12 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Paul <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-222/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:606">EU:C:2004:606</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, meta d-dritt nazzjonali jkun stabbilixxa skema ta’ garanzija tad-depożiti, id-Direttiva 94/19 ma tipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li teskludi li l-individwi jistgħu jitolbu kumpens għad-danni kkawżati minn sorveljanza insuffiċjenti jew difettuża min-naħa tal-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew għar-responsabbiltà tal-Istat fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni għar-raġuni li dawn il-missjonijiet ta’ sorveljanza huma mwettqa fl-interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru tistax tiġi invokata minħabba traspożizzjoni żbaljata tad-Direttiva 94/19 u implimentazzjoni żbaljata tal-mekkaniżmu ta’ garanzija tad-depożiti previst minn din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-prinċipju ta’ responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu huwa inerenti għas-sistema ta’ trattati li fuqhom din tal-aħħar hija bbażata (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Transportes Urbanos y Servicios Generales</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-118/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:39">EU:C:2010:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>B’hekk, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jiżgura li l-individwi jiksbu kumpens għad-dannu li n-nuqqas ta’ osservanza tad-dritt tal-Unjoni jikkawżalhom, tkun xi tkun l-awtorità pubblika awtriċi ta’ dan in-nuqqas u tkun xi tkun dik li għandha, bħala prinċipju, skont id-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, l-obbligu li tipprovdi dan il-kumpens (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ripetutament iddeċidiet, fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lilu, li l-individwi leżi għandhom dritt għal kumpens ladarba jkunu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet, li huma li r-regola tad-dritt tal-Unjoni miksura jkollha l-għan li tagħtihom drittijiet, li l-ksur ta’ din ir-regola jkun suffiċjentement serju u li jkun hemm rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-danni mġarrba minn dawn l-individwi (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Tomášová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-168/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:602">EU:C:2016:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li l-implimentazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Istati Membri għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni għandha, bħala prinċipju, titwettaq mill-qrati nazzjonali, skont il-linji gwida mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex titwettaq tali implimentazzjoni (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140619">19 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Specht <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-501/12 sa C-506/12, C-540/12 u C-541/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2005">EU:C:2014:2005</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 1(3)(i) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 għandhomx effett dirett u jagħtux d-dritt għal azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat minn rimbors tardiv tad-depożiti, għandu l-ewwel nett jiġi enfasizzat li, peress li l-attur jinvoka, quddiem il-qorti tar-rinviju, dannu kkawżat mill-ksur tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 mill-BNB, ma hemmx lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tippronunzja ruħha fuq l-Artikolu 10(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-effett dirett tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, minkejja li tali kundizzjoni ma hijiex rikjesta mill-ġurisprudenza sabiex tiġi stabbilità r-responsabbiltà ta’ Stat Membru għal ksur tad-dritt tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-46/93 u C 48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju madankollu tispeċifika li, fil-każ li l-imsemmija dispożizzjoni għandha effett dirett, il-BNB ikun kiser id-dritt tal-Unjoni meta naqas milli japplikaha minflok id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 94/19.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-każijiet kollha fejn id-dispożizzjonijiet ta’ direttiva jidhru, mill-perspettiva tal-kontenut tagħhom, inkundizzjonati u suffiċjentement preċiżi, l-individwi jistgħu jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat Membru, meta dan ikun naqas li jittrasponi d-direttiva fid-dritt nazzjonali fit-termini previsti jew meta dan jittrasponiha b’mod inkorrett (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Indėlių ir investicijų draudimas u Nemaniūnas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-671/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:418">EU:C:2015:418</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Ċertament, l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 iħalli marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri sabiex jinnominaw l-awtorità kompetenti sabiex tikkonstata l-indisponibbiltà ta’ depożiti kif ukoll marġni ta’ diskrezzjoni lilha fir-rigward tal-eżami tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Madankollu, billi tindika li l-awtorità kompetenti għandha tikkonstata l-indisponibbiltà tad-depożiti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn ħamest ijiem ta’ xogħol wara li l-ewwel tkun stabbilixxiet li istituzzjoni ta’ kreditu tkun naqset milli tħallas lura depożiti li huma dovuti u pagabbli, din id-dispożizzjoni tistipula obbligu inkundizzjonat u suffiċjentement preċiż li l-BNB kellu, awtorità maħtura sabiex tikkonstata l-indisponibbiltà tad-depożiti, sabiex jiżgura l-osservanza tiegħu fil-qafas tal-kompetenzi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-awtorità pubblika awtriċi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni għandha tiġi ddeterminata mill-qrati nazzjonali skont id-dritt tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni ta’ jekk l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 jikkostitwixxix regola tad-dritt tal-Unjoni li għandha l-għan li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi, hemm lok li jiġi rrilevat li d-Direttiva 94/19 għandha l-għan b’mod partikolari li tipproteġi lid-depożitanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti għandha impatt dirett fuq is-sitwazzjoni legali ta’ depożitant peress li din il-konstatazzjoni tiskatta l-mekkaniżmu ta’ garanzija tad-depożiti u, konsegwentement, ir-rimbors lid-depożitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa manifest li l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 jikkostitwixxi regola tad-dritt tal-Unjoni intiża sabiex tikkonferixxi drittijiet lill-individwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tali ksur jimplika ksur manifest u serju mill-Istat Membru tal-limiti li huma imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tiegħu. F’dan ir-rigward, l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni huma, b’mod partikolari, il-grad ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni tar-regola miksura, l-estent tal-marġni ta’ diskrezzjoni li r-regola miksura tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali, in-natura skużabbli jew mhux skużabbli ta’ eventwali żball ta’ liġi, in-natura intenzjonali jew involontarja tan-nuqqas imwettaq jew tad-dannu kkawżat, jew ukoll il-fatt li l-attitudnijiet ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea setgħu jikkontribwixxu għall-ommissjoni, għall-adozzjoni jew għaż-żamma ta’ miżuri jew prattiċi nazzjonali li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-46/93 u C-48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa importanti li jiġi enfasizzat li, jekk il-BNB għandu, skont l-Artikoli 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, ċertu marġni ta’ diskrezzjoni f’dak li jikkonċerna l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà ta’ depożiti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, dan il-marġni ta’ diskrezzjoni huwa madankollu limitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 jispeċifika b’mod ċar il-kundizzjonijiet li għalihom il-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti hija suġġetta kif ukoll it-terminu li fih tali konstatazzjoni għandha ssir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Konsegwentement, jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tikkonstata l-indisponibbiltà tad-depożiti fit-terminu perentorju ta’ ħamest ijiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Issa, mill-analiżi taċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jirriżulta li, bħala riżultat tal-informazzjoni pprovduta mill-Bank KTB rigward id-diffikultajiet finanzjarji u l-problemi ta’ likwidità li huwa sab, il-BNB qiegħed lil dan tal-aħħar taħt sorveljanza speċjali minħabba riskju ta’ insolvenza u ddeċieda li jissospendi l-pagamenti u l-operazzjonijiet kollha tal-Bank KTB. B’hekk, il-miżuri ta’ sorveljanza ta’ dan tal-aħħar juru dubji li l-BNB kellu, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Bank KTB, dwar il-kapaċità tiegħu li jħallas lura d-depożiti fi żmien qasir. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ sospensjoni tal-pagamenti u tal-operazzjonijiet tal-Bank KTB deċiżi mill-BNB ipprekludew lill-Bank KTB milli jħallas lura d-depożiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Minbarra dawn l-elementi, hija wkoll il-qorti tar-rinviju li għandha tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex tevalwa l-illegalità tal-aġir tal-BNB, in-natura intenzjonali jew involontarja tad-dannu kkawżat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Finalment, iċ-ċirkustanzi l-oħra msemmija mill-qorti tar-rinviju ma humiex rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, billi ma kkonstatax l-indisponibbiltà tad-depożiti fit-terminu ta’ ħamest ijiem previst fl-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, il-BNB wettaqx ksur suffiċjentement serju, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, il-fatt li l-Fond ma kellux biżżejjed fondi sabiex ikopru d-depożiti kollha ggarantiti ma huwiex rilevanti peress li tali fatt ma huwiex fost dawk li l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tiddetermina jekk hemmx lok li tiġi kkonstatata l-indisponibbiltà tad-depożiti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-fatt li, matul il-perijodu li matulu l-pagamenti kienu sospiżi, l-istituzzjoni ta’ kreditu tqiegħdet taħt superviżjoni speċjali sabiex din tkun protetta mill-insolvenza u l-fatt li l-attur fil-kawża prinċipali ġie rimborsat wara l-konstatazzjoni, mill-BNB, tal-falliment tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni lanqas ma huma rilevanti. Minn naħa, kif il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat fir-risposta għat-tielet domanda preliminari, id-Direttiva 94/19 ma tissuġġettax il-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti għall-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu. Min-naħa l-oħra, id-Direttiva 94/19 tfittex li tipproteġi lid-depożitanti billi teżiġi li d-depożiti tagħhom ikunu ggarantiti u rrimborsati fi żmien qasir ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-fatt li d-depożitu tal-attur fil-kawża prinċipali ġie rrimborsat, flimkien mal-interessi applikati, inkluż għall-perijodu mill-<DATE ISO="20140620">20 ta’ Ġunju 2014</DATE> sas-<DATE ISO="20141106">6 ta’ Novembru 2014</DATE>, huwa relatat mad-dannu invokat minn N. Kantarev u mhux mal-eżistenza ta’ ksur suffiċjentement serju tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti u mingħajr preġudizzju għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, in-nuqqas ta’ konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti fit-terminu ta’ ħamest ijiem previst fl-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, minkejja l-fatt li l-kundizzjonijiet stabbiliti b’mod ċar f’din id-dispożizzjoni kienu ssodisfatti, jista’ jikkostitwixxi, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ksur suffiċjentement serju, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li l-fatti l-oħra msemmija mill-qorti tar-rinviju ma humiex rilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna t-tielet kundizzjoni sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tal-Istat minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, kif jidher li jirriżulta mill-proċess mibgħut lill-Qorti tal-Ġustizzja, hemmx rabta kawżali diretta bejn il-ksur tal-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 u d-dannu sostnut minn N. Kantarev.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, hemm lok li għas-seba’ u t-tmien domanda tingħata r-risposta li l-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19 għandu effett dirett u jikkostitwixxi regola tad-dritt intiża sabiex tagħti drittijiet lill-individwi li jippermettu lid-depożitanti jressqu azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat mir-rimbors tardiv tad-depożiti. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, minn naħa, jekk in-nuqqas ta’ konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti fit-terminu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol previst f’din id-dispożizzjoni, minkejja l-fatt li l-kundizzjonijiet stipulati b’mod ċar f’din id-dispożizzjoni kienu ssodisfatti, jikkostitwixxix, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ksur suffiċjentement serju, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, jekk hemmx rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-dannu subit minn depożitant, bħal N. Kantarev.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u t-tieni domanda, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ proċedura speċifika fil-Bulgarija sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ dan l-Istat Membru fir-rigward tad-danni li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni minn awtorità nazzjonali, dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, minn naħa, tipprevedi żewġ rimedji differenti li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ qrati differenti u suġġetti għal kundizzjonijiet differenti, u, min-naħa l-oħra, tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għan-natura intenzjonali tad-dannu kkawżat mill-awtorità nazzjonali inkwistjoni, għall-obbligu għall-individwu li jipproduċi l-prova tal-eżistenza ta’ ħtija, għall-ħlas ta’ taxxi sempliċi jew proporzjonali għall-valur tal-kawża jew għall-annullament minn qabel tal-att amministrattiv li wassal għad-dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tispeċifika li hemm diverġenza fil-ġurisprudenza fir-rigward tar-regoli legali applikabbli għall-azzjonijiet imressqa kontra l-BNB ibbażati fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni, billi ċerti qrati kkunsidraw li azzjonijiet bħal dawn jaqgħu taħt il-Liġi dwar<?PAGE NO="21"?> ir-Responsabbiltà tal-Istat filwaqt li qrati oħra qiesu li dawn jaqgħu taħt ir-regoli ta’ responsabbiltà skont id-dritt komuni, stabbiliti mil-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti. Barra minn hekk, il-Liġi dwar il-Bank Nazzjonali Bulgaru tillimita r-responsabbiltà tiegħu fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ sorveljanza tiegħu biss għad-danni kkawżati minn atti intenzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għandu qabelxejn jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-tliet kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 94 ta’ din is-sentenza huma suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit dritt għal kumpens favur individwi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, għalkemm id-dritt tal-Unjoni ma jeskludix li r-responsabbiltà tal-Istat għal ksur ta’ dan id-dritt tista’ tiġi stabbilita taħt kundizzjonijiet inqas restrittivi fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali, dan jipprekludi, min-naħa l-oħra, li l-Istat jimponi kundizzjonijiet supplimentari f’dan ir-rigward (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, il-punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi l-qrati kompetenti u jirregola l-modalitajiet proċedurali tal-azzjonijiet legali intiżi sabiex jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet li l-individwi jiksbu mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tipreċiża wkoll li, mingħajr preġudizzju għad-dritt għal kumpens li huwa bbażat direttament fuq id-dritt tal-Unjoni sakemm il-kundizzjonijiet meħtieġa għal dan l-għan huma ssodisfatti, huwa fl-ambitu tad-dritt nazzjonali dwar ir-responsabbiltà li l-Istat għandu jikkumpensa l-konsegwenzi tad-dannu kkawżat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-kumpens għad-danni ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirrigwardaw talbiet simili ta’ natura interna (prinċipju ta’ ekwivalenza) u sakemm dawn ma jkunux ġestiti b’mod li jrendu l-ksib tal-kumpens impossibbli jew eċċessivament diffiċli fil-prattika (prinċipju ta’ effettività) (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100126">26 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Transportes Urbanos y Servicios Generales</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-118/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:39">EU:C:2010:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ ekwivalenza jeħtieġ li r-regoli kollha applikabbli għall-azzjonijiet ikunu japplikaw mingħajr distinzjoni għall-azzjonijiet ibbażati fuq il-ksur tad-dritt tal-Unjoni u għal dawk, simili, li huma bbażati fuq il-ksur tad-dritt nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Aquino</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-3/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:209">EU:C:2017:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju ta’ effettività, ir-regoli proċedurali nazzjonali ma għandhomx ikunu ta’ natura li jrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170315">15 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Aquino</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-3/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:209">EU:C:2017:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-kundizzjonijiet sostantivi li azzjoni legali bħal dik tal-attur fil-kawża prinċipali għandha ssegwi, il-Liġi Dwar il-Bank Nazzjonali Bulgaru, sa fejn tissuġġetta d-dritt għal kumpens għall-eżistenza tan-natura intenzjonali tad-dannu kkawżat minnha, tissuġġetta dan id-dritt għal kundizzjoni li tmur lil hinn mill-ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjoni li toħroġ mil-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti li timponi fuq l-attur fil-kawża prinċipali li jġib il-prova tal-eżistenza ta’ ħtija, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, għalkemm ċerti elementi oġġettivi u suġġettivi li, fil-kuntest ta’ sistema legali nazzjonali, jista’ jkollhom konnessjoni mal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>ħtija<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jistgħu jkunu rilevanti, fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 105 ta’ din is-sentenza, sabiex jiġi evalwat jekk ksur tad-dritt tal-Unjoni huwiex suffiċjentement serju jew le, l-obbligu li jingħata kumpens għad-danni kkawżati lill-individwi ma jistax<?PAGE NO="22"?> ikun suġġett għal kundizzjoni bbażata fuq il-kunċett ta’ ħtija li jmur lil hinn mill-ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn naħa, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, fil-kuntest ta’ azzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, id-dritt għal kumpens ikun suġġett għan-natura intenzjonali tad-dannu kkawżat mill-awtorità nazzjonali inkwistjoni. Ir-responsabbiltà tal-BNB f’tilwima bħal dik tal-kawża prinċipali ma tistax għalhekk tiġi evalwata taħt il-kundizzjonijiet li jinsabu fil-Liġi dwar il-Bank Nazzjonali Bulgaru. Min-naħa l-oħra, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>ħtija<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, fis-sens tal-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti jmurx lil hinn mill-ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regoli proċedurali nazzjonali, għandu jitfakkar li l-kwistjoni dwar jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali u l-proċedura sabiex tiġi deċiża t-tilwima għandhomx jiddependu min-natura tal-awtorità pubblika li lilha l-ksur huwa imputabbli kif ukoll mill-karatteristiċi tal-allegata azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni taqa’ taħt l-awtonomija proċedurali tal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>B’hekk, hekk kif enfasizzat l-Avukat Ġenerali fil-punt 102 tal-konklużjonijiet tagħha, meta diversi proċeduri jidħlu inkunsiderazzjoni, id-dritt tal-Unjoni ma għandux jagħżel dik li għandha tapplika. Madankollu, l-għażla tal-proċedura adatta u, għaldaqstant, tar-regoli ta’ responsabbiltà, għandha tissodisfa kemm il-kundizzjonijiet ta’ stabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda element li jippermettilha li tiddubita l-konformità ma’ dan il-prinċipju tar-regoli stabbiliti mil-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat jew mil-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ effettività, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, l-ewwel nett, dwar il-konformità ma’ dan il-prinċipju tat-taxxa li għandha titħallas fuq il-bażi tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat u l-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li kull każ fejn tqum il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendix impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-individwi mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandu jiġi analizzat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment u d-dettalji tagħha, quddiem id-diversi istanzi nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Târşia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-69/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:662">EU:C:2015:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, għandu jiġi ddeterminat jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissuġġettax l-eżerċizzju ta’ azzjoni għad-danni għall-ħlas tat-taxxa u jekk hemmx possibbiltajiet ta’ eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Hemm lok, ukoll, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kobor tat-taxxa u n-natura insuperabbli jew le tal-ostakolu li din possibbilment tikkostitwixxi għall-aċċess għall-ġustizzja (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>DEB</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑279/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:811">EU:C:2010:811</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, f’tilwima bħal dik fil-kawża prinċipali, persuna bħal N. Kantarev għandu, għal azzjoni bbażata fuq il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat, iħallas taxxa fissa f’ammont ta’ BGN 10 (madwar EUR 5) u, għal azzjoni bbażata fuq il-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti, taxxa proporzjonali, stabbilita fil-livell ta’ 4 % tal-valur tat-tilwima.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, taxxa fissa f’ammont ta’ BGN 10 (madwar EUR 5) ma tidhirx li tikkostitwixxi ostakolu insuperabbli għall-aċċess għall-ġustizzja, punt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma huwiex eskluż li taxxa proporzjonali, stabbilita fil-livell ta’ 4 % tal-valur tat-tilwima, tikkostitwixxi ostakolu sinjifikattiv għall-eżerċizzju tad-dritt għal kumpens b’mod partikolari fl-assenza ta’ possibbiltà ta’ eżenzjoni mill-ħlas ta’ din it-taxxa, punt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-fatt li l-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat tillimita d-dritt għal kumpens biss għal dawk il-każijiet fejn id-dannu jirriżulta minn att illegali annullat jew azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni fattwali illegali tal-amministrazzjoni huwiex konformi mal-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, għal dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tar-rimedji legali disponibbli sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ Stat Membru għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat li l-qorti nazzjonali tista’ tivverifika jekk il-persuna leża kinitx raġonevolment diliġenti sabiex tevita d-dannu jew tillimita l-portata tiegħu u jekk, b’mod partikolari, hija rrikorrietx fil-ħin għar-rimedji legali kollha li kienu disponibbli għaliha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont prinċipju ġenerali komuni għas-sistemi legali tal-Istati Membri, il-persuna leża, sabiex ma tbatix hi stess id-dannu, għandha ġġib il-prova li eżerċitat diliġenza raġonevoli sabiex tillimita l-portata tad-dannu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li jkun kontra l-prinċipju ta’ effettività li jiġi impost fuq il-persuni leżi li dawn ikunu sistematikament irrikorrew għar-rimedji legali kollha għad-dispożizzjoni tagħhom anki meta dan iġib miegħu diffikultajiet eċċessivi jew ma jkunx jista’ raġonevolment ikun rikjest minnhom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Fuß</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑429/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:717">EU:C:2010:717</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>B’hekk, l-obbligu li l-ewwel jiġi kkonstatat l-annullament tal-att amministrattiv li wassal għad-dannu ma huwiex, fih innifsu, kuntrarju għall-prinċipju ta’ effettività. Madankollu, tali obbligu jista’ jrendi eċċessivament diffiċli l-kisba tal-kumpens għad-danni kkawżati mill-ksur tad-dritt tal-Unjoni jekk, fil-prattika, dan l-annullament huwa eskluż (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Ferreira da Silva e Brito <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-160/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:565">EU:C:2015:565</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) jew limitat ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi enfasizzat li r-rekwiżit tal-illegalità tal-att tal-awtorità amministrattiva jew tal-illegalità tal-azzjoni jew tan-nuqqas ta’ azzjoni tagħha ma jikkostitwixxix rekwiżit proċedurali, iżda kundizzjoni ta’ stabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat li tixbah il-kunċett ta’ ksur suffiċjentement serju, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jikkostitwixxi rekwiżit proċedurali, il-fatt li l-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat u, għaldaqstant, id-dritt għal kumpens ikunu suġġetti għall-annullament minn qabel, u skont il-proċedura prevista għal dan il-għan, tal-att amministrattiv li wassal għad-dannu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk dan ir-rekwiżit imurx, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kontra l-prinċipju ta’ effettività, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali, tal-leġiżlazzjoni Bulgara u, b’mod partikolari, tal-modalitajiet proċedurali tal-azzjonijiet għal annullament tal-atti amministrattivi kif ukoll tal-kundizzjonijiet li għalihom tali annullament huwa suġġett, jekk l-annullament tal-att amministrattiv li wassal għad-dannu inkwistjoni huwiex, fil-prattika, eskluż jew limitat ħafna.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ proċedura speċifika fil-Bulgarija sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ dan l-Istat Membru fir-rigward ta’ danni li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni minn awtorità nazzjonali:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi żewġ rimedji differenti li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ qrati differenti u huma suġġetti għal kundizzjonijiet differenti, sakemm il-qorti tar-rinviju tiddetermina jekk, fir-rigward tad-dritt nazzjonali, ir-responsabbiltà ta’ awtorità nazzjonali bħall-BNB għandhiex tiġi stabbilita fuq il-bażi tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat jew tal-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti u sakemm kull wieħed miż-żewġ rimedji jkun konformi mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività;</P></ITEM><ITEM><P>dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għall-kundizzjoni supplimentari bbażata fuq in-natura intenzjonali tad-dannu kkawżat mill-awtorità nazzjonali inkwistjoni;</P></ITEM><ITEM><P>dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għall-obbligu li l-individwu jipproduċi l-prova tal-eżistenza ta’ ħtija sa fejn, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>ħtija<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> ma jmurx lil hinn mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>ksur suffiċjentement serju<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>;</P></ITEM><ITEM><P>dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ħlas ta’ taxxi sempliċi jew proporzjonali għall-valur tal-kawża sa fejn, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-ħlas ta’ taxxa sempliċi jew ta’ taxxa proporzjonali għall-valur tal-kawża ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ effettività, fid-dawl tal-ammont u l-kobor tat-taxxa, tan-natura insuperabbli jew le tal-ostakolu li hija possibbilment tikkostitwixxi għall-aċċess għall-ġustizzja, tan-natura obbligatorja tagħha kif ukoll tal-possibbiltajiet ta’ eżenzjoni, u</P></ITEM><ITEM><P>dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għall-annullament minn qabel tal-att amministrattiv li wassal għad-dannu, sakemm, punt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, dan ir-rekwiżit jista’ raġonevolment ikun rikjest mill-persuna leża.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 94/19 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19940530">30 ta’ Mejju 1994</DATE> dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu, minn naħa, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti tiddependi mill-insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu u mir-revoka tal-liċenzja bankarja ta’ din l-istituzzjoni u, min-naħa l-oħra, li ssir deroga mit-termini previsti, minn dawn id-dispożizzjonijiet, sabiex tiġi kkonstatata l-indisponibbiltà tad-depożiti u sabiex dawn id-depożiti jiġu rrimborsati, għar-raġuni li huwa neċessarju li l-istituzzjoni ta’ kreditu titqiegħed taħt sorveljanza speċjali.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="25"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-indisponibbiltà ta’ depożiti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandha tiġi kkonstatata permezz ta’ att espliċitu tal-awtorità nazzjonali kompetenti u ma tistax tiġi dedotta minn atti oħra, bħad-deċiżjoni tal-Balgarska Narodna Banka (il-Bank Nazzjonali Bulgaru) li l-Korporativna Targovska Banka jitqiegħed taħt sorveljanza speċjali, u lanqas ma tista’ tiġi preżunta minn ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 1994/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konstatazzjoni tal-indisponibbiltà ta’ depożitu bankarju, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma tistax tkun suġġetta għall-kundizzjoni li l-proprjetarju ta’ dan id-depożitu jkun l-ewwel għamel, lill-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata, talba għall-irtirar tal-fondi, li tkun baqgħet mingħajr suċċess.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(3)(i) tad-Direttiva 2009/14, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu effett dirett u jikkostitwixxi regola tad-dritt intiża sabiex tagħti drittijiet lill-individwi li jippermettu lid-depożitanti jressqu azzjoni għall-kumpens għad-dannu kkawżat mir-rimbors tardiv tad-depożiti. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, minn naħa, jekk in-nuqqas ta’ konstatazzjoni tal-indisponibbiltà tad-depożiti fi żmien it-terminu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol previst f’din id-dispożizzjoni, minkejja l-fatt li l-kundizzjonijiet stipulati b’mod ċar f’din id-dispożizzjoni kienu ssodisfatti, jikkostitwixxix, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, ksur suffiċjentement serju, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, jekk hemmx rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-dannu subit minn depożitant, bħal N. Kantarev.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-assenza ta’ proċedura speċifika fil-Bulgarija sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà ta’ dan l-Istat Membru fir-rigward ta’ danni li jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni minn awtorità nazzjonali:</HT></TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi żewġ rimedji differenti li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ qrati differenti u huma suġġetti għal kundizzjonijiet differenti, sakemm il-qorti tar-rinviju tiddetermina jekk, fir-rigward tad-dritt nazzjonali, ir-responsabbiltà ta’ awtorità nazzjonali bħall-Bank Nazzjonali Bulgaru għandhiex tiġi stabbilita fuq il-bażi taż-Zakon za otgovornostta na darzhavata i obshtinite za vredi (il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat u tal-Komuni għad-Danni Kkawżati) jew taż-Zakon za zadalzheniata i dogovorite (il-Liġi dwar l-Obbligi u l-Kuntratti) u sakemm kull wieħed miż-żewġ rimedji jkun konformi mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għall-kundizzjoni supplimentari bbażata fuq in-natura intenzjonali tad-dannu kkawżat mill-awtorità nazzjonali inkwistjoni;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għall-obbligu li l-individwu jipproduċi l-prova tal-eżistenza ta’ ħtija sa fejn, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>ħtija<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> ma jmurx lil hinn mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>ksur suffiċjentement serju<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-ħlas ta’ taxxi sempliċi jew proporzjonali għall-valur tal-kawża sa fejn, punt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-ħlas ta’ taxxa sempliċi jew ta’ taxxa proporzjonali għall-valur tal-kawża ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ effettività, fid-dawl tal-ammont u l-kobor tat-taxxa, tan-natura insuperabbli jew le tal-ostakolu li hija possibbilment tikkostitwixxi għall-aċċess għall-ġustizzja, tan-natura obbligatorja tagħha kif ukoll tal-possibbiltajiet ta’ eżenzjoni, u</HT></P></ITEM><?PAGE NO="26"?><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt tal-individwi li jiksbu kumpens għall-annullament minn qabel tal-att amministrattiv li wassal għad-dannu, sakemm, punt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, dan ir-rekwiżit jista’ raġonevolment ikun rikjest mill-persuna leża.</HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>