11.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 368/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8941 — EQT/WIDEX/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 368/09)

1.   

Fl-4 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sivantos Pte. Ltd (“Sivantos”, Singapore), ikkontrollata minn EQT VI Limited u EQT Fund Management S.à r.l. (flimkien imsejħa “EQT”);

—

Widex A/S (“Widex”, id-Danimarka), ikkontrollata minn Widex Holding A/S (“Widex Holding”);

—

MergeCo A/S, entità maħluqa ġdida (“JV”, id-Danimarka).

Widex Holding u EQT takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV, li tgħaqqad l-attivitajiet ta’ Widex u Sivantos.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Sivantos: manifattur u fornitur dinji ta’ hearing aids u aċċessorji għas-smigħ;

—   Widex: manifattur u fornitur dinji ta’ hearing aids u aċċessorji għas-smigħ;

—   il-JV: manifattur u fornitur dinji ta’ hearing aids u aċċessorji għas-smigħ.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8941 — EQT/WIDEX/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).