20.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 281/24


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9452 — Global Payments/TSYS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 281/05)

1.   

Fid-9 ta’ Awwissu 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Global Payments (l-Istati Uniti tal-Amerika) u

—

TSYS (l-Istati Uniti tal-Amerika)

Global Payments tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ma’ TSYS.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Global Payments: forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ teknoloġija tal-pagamenti u pproċessar ta’ tranżazzjonijiet bil-karti tal-ħlas u

—   TSYS: forniment ta’ soluzzjonijiet għall-emittenti, soluzzjonijiet għall-merkanti, u soluzzjonijiet għall-konsumaturi fis-servizzi tal-pagamenti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9452 — Global Payments/TSYS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regoament dwar l-Għaqdiet”).