31990R2723



Official Journal L 261 , 25/09/1990 P. 0024 - 0027
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0143
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0143


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2723/90

tal-24 ta' Settembru 1990

li jibdel il-kodiċijiet stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987 ma' dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura magħquda f'ċerti Regolamenti li jirrigwardaw il-klassifika tal-oġġetti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2472/90 [2], u b'mod partikolari -Artikolu 15 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 dwar it-Tariffa Doganali Komuni [3], imħassar bir-Regolament(KEE) Nru 2658/87, stabbilixxa n-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tal-15 ta' Diċembru 1950 dwar in-nomenklatura għall-klassifika tal-oġġetti fit-tariffi doganali;

Billi l-Kummissjoni adottat numru ta' Regolamenti li jirrigwardaw il-klassifika tal-oġġetti fin-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 97/69 tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 1969 dwar il-miżuri li jridu jittieħdu sabiex in-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni tiġi applikata b'mod uniformi [4], imħassar bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura għall-oġġetti, imsejħa n-nomenklatura magħquda, li, simultanjament, tilħaq il-ħtiġiet tat-Tariffa Doganali Komuni u tal-istatistika barranija tal-Komunità, u hija msejsa fuq il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Deskrizzjoni Armonizzata tal-Oġġetti u s-Sistema tal-Kodifika, li tieħu l-post tal-Konvenzjoni tal-25 ta' Diċembru 1950;

Billi Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi illi l-kodiċijiet u d-deskrizzjonijiet tal-oġġetti stabbiliti fuq il-bażi tan-Nomenklatura Magħquda jridu jieħdu l-post ta' dawk stabbiliti fuq il-bażi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1987;

Billi dawn ir-Regolamenti għadhom ta' sinnifikat prattiku u li t-traspożizzjoni tagħhom ma trid tinvolvi l-ebda bidla ta' sustanza għandhom jiġu emendati kif jixraq u b'hekk jikkumplimentaw serje inizjali ta' regolamenti li kienu ġew adottati bir-Regolament tal-Kummissjon (KEE) Nru 646/89 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolamenti elenkati fil-kolonna 1 tal-Anness, li jirreferu għall-oġġetti deskritti fil-kolonna 2, il-kodiċijiet imsejsa fuq in-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni fil-kolonna 3 għandhom jiġu mibdula bil-kodiċijiet imsejsa fuq in-Nomenklatura Magħquda elenkati fil-kolonna 4.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-24 ta' Settembru 1990.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 247, tal-10.9.1990, p. 1.

[3] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1.

[4] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1.

[5] ĠU L 71, tal-15.3.1989, p. 20.

--------------------------------------------------

ANNESS

Ir-Regolament (KEE) Nru | Id-Deskrizzjoni tal-oġġetti | In-Numru tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni | Il-Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda |

(1) | (2) | (3) | (4) |

1523/70 | Il-Laħam iddefrostjat parzjalment jew totalment tal-bhejjem domestiċi tal-fart | 02.01 A II a) | 0202 |

936/79 | Ir-robbi ta' quddiem isseparati tal-bhejjem tal-fart fi stat frisk jew imkessaħ, li minnhom ġew imneħħija l-irkiekel atlas tas-sinsla | 02.01 A II a) 4 aa) | 02012090 |

1669/77 | Il-Laħam tat-tjur nej, iffriżat miksub mill-brix tal-għadam tat-tjur li minnhom ġew imeħħija l-qatgħat primi jew b'kull manjiera oħra (per eżempju, fit-tnaqqis ta' qatgħat ikbar għal qatgħat iżgħar) u li jikkonsistu minn biċċiet żgħar f'għamliet irregolari xi mdaqqiet bit-tessut fibruż, kollu qarquċa u xaħmi mwaħħal magħhom u li kull biċċa tiżen bejn wieħed u ieħor minn 5 sa 40 gramma | 02.02 B 1 | 02074110020742100207431102074315 |

3555/81 | Il-prodott li jikkonsisti f'riġlejn tal-majjal, bix-xaħam imneħħi, bil-ġilda ta' barra mneħħija, bil-għadam imneħħi, ittrattat b'injezzjoni ta' soluzzjoni ilmija tal-klorur tas-sodju li jkun fiha kwantitajiet żgħar ta' mluħ oħra u zokkor ieħor, u mbagħad immassaġġjat bil-vakwu | 021.06 B I a) 7 | 02101951 |

802/80 | Il-Prodotti li jkollhom il-binja fiżika, it-togħma tipika u l-kompożizzjoni kwalitattiva kimika tal-butir iżda li jkollhom minn 75 sa 80 % biss ta' grassijiet tal-ħalib | 04.03 A | 04050010 |

3516/84 | Il-Prun bil-għadam imneħħi, lest għall-ikel, li jkollu kontenut ta' rtuba li ma taqbiżx il-35 %, li miegħu jkun ġie miżjud l-aċidu asorbiku | 08.12 C | 08132000 |

3556/81 | Il-Prodott, irkuprat wara t-tnaqqija tal-qamħiet tal-qamħ ir-rum u li jikkonsisti f'qamħiet tal-qamħ ir-rum imfarrka (mitħuna f'biċċiet kbar) u kwantità żgħira ta' qamħiet tal-qamħ ir-rum iddeformati u taħt id-daqs u bejn 4 % u 5 % ta' żerriegħa oħra li jkollha kontenut tal-lamtu (stabbilit bil-metodu mmodifikat polarimetriku Ewers) ta' 66,5 % skond il-piż tal-prodott niexef u kontenut ta' rmied ta' 1,7 % skond il-piż tal-prodott niexef, u li minnu inqas minn 95 % skond il-piż irid jgħaddi minn għarbiel b'toqob ta' 2 mm | 11.02 D V | 11042390 |

847/71 | Il-partijiet ta' fuq tal-pitravi, bil-weraq tagħhom imneħħija, fil-għamla ta' biċċiet niexfa b'kontenut taz-zokkor fil-biċċa l-kbira jaqbeż is-60 % skond il-piż fil-materjal nixef | 12.04 A II | 12129190 |

Karraġeenat tal-Kalċju | 62,1 %, |

destrosi | 32,9 %, |

sukrosi, | 8 % |

| | 13.03 C III | 13023900 |

3534/87 [10] | Il-Biċċiet tat-tonn mingħajr il-ġilda ffriżati bil-qawwi ("ġenbejn tat-tonn") li jkun ġew imsajra minn qabel kemm bil-fwar u kemm bl-ilma, b'mod partikolari għalbiex jiffaċilitaw it-tneħħija tal-ġilda, u li jirriżultaw filli l-proteini jkunu parzjalment ikkoagulati | 16.04. E. | 16041410 |

—is-sukrosi, il-glukosi u l-karamella | 99,500 |

—il-gamfra | 0,007 |

—il-metanol: | 0,207 |

—l-ewkaliptol: | 0,069 |

—il-balzmu ta' Tolu: | 0,003 |

—it-timol: | 0,069 |

—l-alkol benżil: | 0,138 |

| | 17.04 D I | 17049055 |

1978/82 [12] | Il-Prodott li jikkonsisti fit-trab tal-kawkaw (kokodina) bi kwantitajiet żgħar (madwar 5 % tal-piż) ta' leċitina miżjuda | 18.05 | 18050000 |

3131/81 [13] | Sfineġ ("pancakes") bil-mili tal-ġobon (madwar 48 % tal-piż totali), imsajra minn qabel u ffriżati bil-qawwi għall-konsum wara qali rapidu fiż-żejt | 19.08 B | 19059090 |

1709/74 [14] | Iċ-ċirasa imqiegħda f'taħlita tal-ilma u l-etil alkol xierqa għall-konsum immedjat | 20.06 B I | nru 20086011 lidz20086039 |

1385/83 [15] | Il-Prodott li jikkonsisti f'qamħiet tax-xgħir mingħajr in-nebbieta, mingħajr il-ħliefa, ingaljat u jista' jintuża fil-produzzjoni tal-birra bħala aġent tal-kolorizzazzjoni u li jagħti t-togħma, jew bħala sostitut tal-kafè | 21.01 C II | 21013019 |

(a)il-pilloli li jkun fihom il-kompożizzjoni li ġejja (f'kull pillola):

—vitamina A | 2000 IU |

—vitamina Ċ | 60 mg |

—vitamina D | 200 IU |

—vitamina E | 12 IU |

—vitamin B1 | 1,1 mg; |

—vitamina B2 | 1,2 mg |

—vitamin B6 | 2 mg; |

—in-nijaċinamid | 13 mg |

—il-pentotenat tal-kalċju | 4,3 mg |

—vitamina B12 | 3 μg |

—l-aċidu foliku | 50 μg |

—il-bijotin | 100 μg |

—il-ħadid | 10 mg |

—iż-żingu | 7,5 mg |

—il-manganesju | 2 mg; |

—ir-ram | 1 mg |

—il-molibdenu | 150 μg |

—il-jodju | 75 μg |

—is-selenju | 50 μg |

—il-kromju | 50 μg |

—is-sukrosi (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosi) | 33 % |

—l-ilma (bejn wieħed u ieħor) | 7 % |

(b)il-pilloli effervexxwenti li jkun fihom il-kompożizzjoni li ġejja (f'kull pillola):

—vitamina B1 | 1,1 mg; |

—vitamina B2 | 1,5 mg |

—vitamina B6 | 1,4 mg |

—vitamina B12 | 5 μg |

—vitamina Ċ | 75 mg |

—vitamina E | 7 mg |

—in-nijaċinamid | 11 mg |

—pentotenat tal-kalċju | 10 mg |

—is-sukrosi (inkluż iz-zokkor invertit espress bħala sukrosi) | 48 % |

—l-imluħ effervexxenti, bit-togħma tal-laring u s-sakkarina | |

| | 21.07 G I d) 1 | 21069099 |

—il-karbonat tal-kalċju: | 0,327 g, |

—il-galattoglukonat tal-kalċju: | 1,0 g, |

—l-aċidu asorbiku: | 1,0 g, |

—is-sakkarina, il-melħ tas-sodju: | 0,014 g, |

—il-lamtu: | 0,020 g, |

—il-glikol tal-polietilene | 0,150 g, |

—l-idroġenukarbonat tas-sodju (il-bikarbonat tas-sodju): | 1,0 g, |

—l-aċidu ċitriku: | 1,465 g, |

—is-sukrosi (28,7 %) u t-togħma tal-lumi: | 2,009 g |

| | 21.07 G I c) 1 | 21069099 |

1087/83 [18] | Ix-xorb prodott bil-fermentazzjoni tat-tferrigħ tal-maltu biż-żieda tal-ħopp, li jkollu qawwa alkolika li ma taqbiżx iż-0,5 % vol., xi mdaqqiet imsejjaħ "birer mhux alkoliċi" | 22.02. A | 22029010 |

199/82 [19] | It-Taħlita minn qabel li tikkonsisti mir-ronidażol (INN) (12 % skond il-piż ikkalkolati fuq il-prodott niexef) fuq bażi tal-gluten tal-qamħ ir-rum (li jkun fih inqas minn 10 % lamtu) | 23.07 B I a) | 23099031 |

200/82 [20] | It-Taħlita minn qabel li tikkonsisti mill-idroklorur tal-ossitetraċilin (INNM) (20 % skond il-piż ikkalkolati fuq il-prodott niexef) fuq bażi tal-karbonat tal-kalċju | 23.07. C. | 23099099 |

3517/84 [21] | Iz-zkuk tal-weraq, iz-zkuk tal-pjanta u l-irfinaturi tal-weraq tat-tabakk | 24.01 B | 24013000 |

3311/86 [22] | It-Tabakk maqtugħ u espandut (mhux imqiegħed għall-bejgħ bl-imnut), li mill-inqas 80 % tiegħu skond il-piż jgħumu fil-wiċċ meta jiġu mqiegħda fl-aċetat tal-benżil (stabbilit bil-proċedura analitika stabbilita fl-Anness ma' dan ir-Regolament) | 24.02. E. | 24039990 |

--------------------------------------------------