|
13.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/386/PESK
tat-12 ta’ Lulju 2010
li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1). |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2009/1004/PESK li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet suġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, hu meħtieġ li ssir reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2009/1004/PESK. |
|
(4) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill għamel fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. |
|
(5) |
Il-Kunsill iddetermina li m’għadx hemm raġunijiet biex ċerti gruppi jinżammu fuq il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għaliha tapplika l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. |
|
(6) |
Il-Kunsill ikkonkluda li bl-eċċezzjoni tal-gruppi msemmija fil-premessa (5), il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet l-oħra li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha. |
|
(7) |
Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik stabbilita fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2009/1004/PESK hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LARUELLE
ANNESS
LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
1. PERSUNI
|
1. |
ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al- Hijra”) |
|
2. |
ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala l-Abderrahmane Svizzeru) imwieled fis- 17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
3. |
AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita |
|
4. |
AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdita); ċittadin ta' Arabja Sawdita |
|
5. |
AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Arabja Sawdita; ċittadin tal-Arabja Sawdita |
|
6. |
ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
7. |
ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
8. |
ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
9. |
ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu |
|
10. |
BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
11. |
DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
12. |
DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-01.6.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
13. |
EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
|
14. |
EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il- 11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Arabja Sawdita); ċittadin tal-Arabja Sawdita |
|
15. |
FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra” |
|
16. |
IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu |
|
17. |
MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555 |
|
18. |
MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
19. |
NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
20. |
RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
21. |
SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
22. |
SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
23. |
SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’“al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
24. |
TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil- 21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”) |
|
25. |
WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l- Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”) |
2. GRUPPI U ENTITAJIIET
|
1. |
L-Organizzazzjoni Abu Nidal (“ANO”), (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, il-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l- Iswed”, u l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”) |
|
2. |
“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa” |
|
3. |
“Al-Aqsa e.V.” |
|
4. |
“Al-Takfir” u “Al-Hijra” |
|
5. |
“Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema,” magħruf ukoll bħala “Aleph”) |
|
6. |
“Babbar Khalsa” |
|
7. |
Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż “l-Armata l-Ġdida tal-Poplu” - “NPA”, il-Filippini |
|
8. |
“Gama'a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya” - “IG”) “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi”“IBDA-C”(Il-Front Kbir Islamiku tal- Ġellieda tal-Lvant) |
|
9. |
“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” - “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”) |
|
10. |
“Hamas” (inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”) |
|
11. |
“Hizbul Mujahideen” (“HM”) |
|
12. |
“Hofstadgroep” |
|
13. |
Il-“Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp” |
|
14. |
Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” (“ISYF”) |
|
15. |
Il-“Forza Khalistan Zindabad” (“KZF”) |
|
16. |
Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” (“PKK”), (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”) |
|
17. |
“Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam” (“LTTE”) |
|
18. |
L-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”) |
|
19. |
Il-“Jihad Islamika Palestinjana” (“PIJ”) |
|
20. |
Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PFLP”) |
|
21. |
Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina - Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP - Kmand Ġenerali”) |
|
22. |
“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia”“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja” (“FARC”) |
|
23. |
“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi”“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu” (“DHKP/C”), (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”) |
|
24. |
It-“Triq li Tiddi” (SL) (“Sendero Luminoso”) |
|
25. |
“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”) |
|
26. |
“TAK” - “Teyrbazen Azadiya Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks” |
|
27. |
Il-“Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” (“AUC”) (“Autodefensas Unidas de Colombia”) |