|
23.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Mejju 2014
dwar il-konferma tal-applikazzjoni lill-Irlanda tal-ftehimiet rispettivi dwar ir-riammissjoni bejn l-Unjoni u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Albanija, ir-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka, il-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Repubblika tas-Serbja, il-Bożnja u Ħerzegovina, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Moldova, ir-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, u l-Ġeorġja
(2014/298/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 331(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni kkonkludiet il-ftehimiet dwar l-ammissjoni mill-ġdid mar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/424/KE (1), mar-Repubblika tal-Albanija bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/809/KE (2), mar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/372/KE (3), mal-Federazzjoni Russa bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/341/KE (4), mar-Repubblika tal-Montenegro bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/818/KE (5), mar-Repubblika tas-Serbja bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/819/KE (6), mal-Bożnja u Ħerzegovina bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/820/KE (7), ma' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/817/KE (8), mar-Repubblika tal-Moldova bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/826/KE (9), mar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/649/UE (10) u mal-Ġeorġja bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/118/UE (11). |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda ma pparteċipatx fl-adozzjoni ta' dawn id-Deċiżjonijiet li jikkonkludu l-ftehimiet rispettivi dwar ir-riammissjoni, u għalhekk mhux marbuta bihom jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, l-Irlanda nnotifikat lill-Kummissjoni permezz ta' ittra tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar ix-xewqa tagħha li taċċetta u tintrabat b'dawk il-ftehimiet. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika l-pajjiżi terzi kkonċernati bil-miktub, dwar l-għażla tal-Irlanda li tintrabat bil-ftehimiet rispettivi, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-ftehimiet li ġejjin dwar l-ammissjoni mill-ġdid konklużi mill-Unjoni għandhom japplikaw għall-Irlanda skont din id-Deċiżjoni:
|
(a) |
il-ftehim mar-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, konkluż bid-Deċiżjoni 2004/424/KE; |
|
(b) |
il-ftehim mar-Repubblika tal-Albanija, konkluż bid-Deċiżjoni 2005/809/KE; |
|
(c) |
il-ftehim mar-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka, konkluż bid-Deċiżjoni 2005/372/KE; |
|
(d) |
il-ftehim mal-Federazzjoni Russa, konkluż bid-Deċiżjoni 2007/341/KE; |
|
(e) |
il-ftehim mar-Repubblika tal-Montenegro, konkluż bid-Deċiżjoni 2007/818/KE; |
|
(f) |
il-ftehim mar-Repubblika tas-Serbja, konkluż bid-Deċiżjoni 2007/819/KE; |
|
(g) |
il-ftehim mal-Bożnja u Ħerzegovina, konkluż bid-Deċiżjoni 2007/820/KE; |
|
(h) |
il-ftehim ma' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, konkluż bid-Deċiżjoni 2007/817/KE; |
|
(i) |
il-ftehim mar-Repubblika tal-Moldova, konkluż bid-Deċiżjoni 2007/826/KE; |
|
(j) |
il-ftehim mar-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan, konkluż bid-Deċiżjoni 2010/649/UE; |
|
(k) |
il-ftehim mal-Ġeorġja, konkluż bid-Deċiżjoni 2011/118/UE. |
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tinnotifika kull wieħed mill-pajjiżi terzi li huma partijiet għall-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 li l-Ftehim rispettiv konkluż ma' dak il-pajjiż terz japplika għall-Irlanda.
Kull ftehim rispettiv għandu japplika għall-Irlanda mill-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha n-notifika tasal għand dak il-pajjiż terz.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Mejju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/424/KE tal-21 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun tal-Makaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 143 30.4.2004, p. 97).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/809/KE tas-7 ta' Novembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU L 304 23.11.2005, p. 14).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/372/KE tat-3 ta' Marzu 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 124 17.5.2005, p. 41).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/341/KE tad-19 ta' April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-ammissjoni mill-ġdid (ĠU L 129 17.5.2007, p. 38).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/818/KE tat-8 ta' Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Montenegro dwar ir-riammissjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334 19.12.2007, p. 25).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/819/KE tat-8 ta' Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar ir-riammissjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334 19.12.2007, p. 45).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/820/KE tat-8 ta' Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnja u Ħerzegovina dwar ir-riammissjoni ta' persuni li residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334 19.12.2007, p. 65).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/817/KE tat-8 ta' Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ir-riammissjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334 19.12.2007, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/826/KE tat-22 ta' Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334 19.12.2007, p. 148).
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/649/UE tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 287 4.11.2010, p. 50).
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/118/UE tat-18 ta' Jannar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 52 25.2.2011, p. 45).