<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑45/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0045</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:7">EU:C:2014:7</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20140116">16.1.2014</DATE> — KAWŻA C‑45/13</P><P>KAINZ</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 44/2001</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà minħabba prodott difettuż</KEYWORD><KEYWORD>Merkanzija prodotta fi Stat Membru u mibjugħa fi Stat Membru ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Post tal-avveniment kawżali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑45/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20121128">28 ta’ Novembru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20130128">28 ta’ Jannar 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Andreas Kainz</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Pantherwerke AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur) u J. Malenovský, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Kainz, minn K. Kozák, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn A. Posch, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brighouse, bħala aġent, assistita minn S. Lee, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Bogensberger u A.‑M. Rouchaud-Joët, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn A. Kainz, residenti f’Salzburg (l-Awstrija), u Pantherwerke AG, li għandha s-sede tagħha fil-Ġermanja, dwar kawża għad-danni abbażi tar-responsabbiltà minħabba prodotti difettużi li A. Kainz ressaq wara inċident li huwa sofra, fil-Ġermanja, b’rota li ġiet immanifatturata f’dan l-Istat Membru minn Pantherwerke AG, iżda li nxtrat mingħand bejjiegħ bl-imnut fl-Awstrija.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 44/2001</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 2, 11, 12 u 15 tar-Regolament Nru 44/2001 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(2)</NO.P><TXT>Ċerti differenzi bejn regoli nazzjonali li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta’ sentenzi jfixklu l-operat tajjeb tas-suq intern. Disposizzjonijiet biex jiġu unifikati r-regoli ta’ kunflitt ta’ ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali u sabiex jħaffu l-formalitajiet bl-iskop ta’ għarfien malajr u sempliċi u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi minn Stati Membri marbuta b’dan ir-Regolament huma essenz[j]ali.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom jiġu mbassra minn qabel u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut u l-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq dan il-lat ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tal-materja tal-litigazzjoni jew ta’ awtonomija tal-partijiet tkun teħtieġ fattur differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>B’żieda mad-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><P>[...]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Fl-interessi tal-amministrazzjoni armoniżż[zz]ata tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibiltà ta’ proċedimenti simultanji u biex ikun assigurat li ma jiġux mogħtija ġudizzji rrikonċiljabbli f’żewġ Stati Membri. [...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikoli 2 sa 31 ta’ dan ir-regolament, li jinsabu fil-Kapitolu II tiegħu, jirrigwardaw ir-regoli dwar il-ġurisdizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>It-Taqsima 1 ta’ dan il-kapitolu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tinkludi Artikolu 2(1), li huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Bla preġudizzju għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmi regolament, li jagħmel parti mill-istess taqsima, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jiġi mfittxija fil-qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis-saħħa tar-regoli mniżżla f’Sezzjonijiet 2 sa 7 ta’ dan il-Kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(3) tal-istess regolament jinsab fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tiegħu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Ġurisdizzjoni speċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>. Dan huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt, fil-qrati tal-post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 864/2007</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-premessa 7 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2007">ĠU L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-kamp sostantiv u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu konsistenti mar-Regolament [Nru 44/2001] u l-istrumenti relattivi għal-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Dan ir-regolament jipprovdi fl-Artikolu 5 tiegħu, intitolat, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Responsabbiltà għal dannu minn prodotti<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2), il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn dannu kawżat minn prodott għandha tkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-liġi tal-pajjiż fejn il-persuna li ssofri d-dannu kellha r-residenza abitwali tagħha meta seħħ id-dannu, jekk il-prodott kien kummerċjalizzat f’dak il-pajjiż; jew, fin-nuqqas ta’ din</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-liġi tal-pajjiż minn fejn kien akkwistat il-prodott, jekk il-prodott kien kummerċjalizzat f’dak il-pajjiż; jew, fin-nuqqas ta’ din,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-liġi tal-pajjiż fejn ikun seħħ id-dannu, jekk il-prodott kien kummerċjalizzat f’dak il-pajjiż.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Madankollu, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn il-persuna allegatament responsabbli tkun abitwalment residenti jekk ma setgħetx raġonevolment tipprevedi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott, jew ta’ prodott ta’ l-istess tip, fil-pajjiż li l-liġi tiegħu tkun applikabbli taħt (a), (b) jew (ċ).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn ikun jidher ċar miċ-ċirkustanzi kollha tal-każ li d-delitt jew kważi-delitt ċivili huwa manifestament konness aktar mill-qrib ma’ pajjiż divers minn dak indikat fil-paragrafu 1, għandha tapplika l-liġi ta’ dak il-pajjiż l-ieħor. Konnessjoni manifestament aktar mill-qrib ma’ pajjiż ieħor tista’ tkun ibbażata b’mod partikolari fuq relazzjoni pre-eżistenti bejn il-partijiet, bħal kuntratt, li tkun konnessa mill-qrib mad-delitt jew kważi-delitt ċivili in kwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 85/374/KEE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-<DATE ISO="19850725">25 ta’ Lulju 1985</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar respon[s]abbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 257) kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19990510">10 ta’ Mejju 1999</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 147), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu fil-leġislazzjoni tagħhom li d-drittijiet mogħtija lil persuna li saritilha l-ħsara skond din id-Direttiva jispiċċaw mal-iskadenza ta’ perjodu ta’ 10 snin mid-data li fiha l-produttur ikun poġġa fiċ-ċirkulazzjoni l-prodott attwali li kkawża d-dannu, kemm-il darba l-persuna korruta tkun fil-frattemp tat bidu għal proċedimenti kontra l-produttur.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Pantherweke AG hija impriża li għandha s-sede tagħha fil-Ġermanja u li timmanifattura u tikkumerċjalizza roti. A. Kainz, li joqgħod f’Salzburg, xtara, fit-<DATE ISO="20071103">3 ta’ Novembru 2007</DATE>, mingħand Funbike GmbH, kumpannija stabbilita fl-Awstrija, rota mmanifatturata minn Pantherwerke AG. Fit-<DATE ISO="20090703">3 ta’ Lulju 2009</DATE>, waqt li kien qiegħed isuq din ir-rota fil-Ġermanja, A. Kainz waqa’ u weġġa’.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Quddiem il-Landesgericht Salzburg, A. Kainz talab li Pantherwerke AG, abbażi tar-responsabbiltà minħabba prodotti difettużi, tħallas somma ta’ EUR 21 200, barra l-interessi u l-ispejjeż annessi, kif ukoll dikjarazzjoni tar-responsabbiltà ta’ din il-kumpannija għad-danni futuri li jirriżultaw minn dan l-inċident. Skont A. Kainz, il-waqa’ tiegħu ġiet ipprovokata mill-fatt li t-trufijiet tal-furketta ddistakkaw ruħhom mill-furketta tar-rota. Pantherwerke AG, bħala manifattur tal-prodott, hija responsabbli għal dan id-difett fil-produzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Sabiex jiġġustifika l-ġurisdizzjoni tal-qorti li quddiemha tressqet il-kawża, A. Kainz jinvoka l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001. Il-post tal-avveniment kawżali jinsab fl-Awstrija peress li r-rota kienet tqiegħdet fis-suq hemmhekk, fis-sens li din kienet disponibbli għal utent finali fil-kuntest ta’ distribuzzjoni kummerċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Pantherwerke AG tikkontesta l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Awstrijaċi. Il-post tal-avveniment kawżali jinsab, skont din, fil-Ġermanja. Minn naħa, il-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott kien sar fil-Ġermanja u, min-naħa l-oħra, il-prodott kien tpoġġa fiċ-ċirkulazzjoni f’dan l-Istat Membru, permezz tal-kunsinna tal-imsemmi prodott mis-sede ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qrati ordinarji li quddiemhom tressqet it-talba ta’ A. Kainz ċaħdu l-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħhom, kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, li quddiemha tressaq appell <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>fuq punt ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, tqis li huwa neċessarju li jiġi ċċarat il-kunċett tal-post tal-avveniment kawżali fil-qasam tar-responsabbiltà minħabba prodotti difettużi.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Oberster Gerichtshof iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>F’każ ta’ responsabbiltà minħabba prodott difettuż, l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> li tinsab fl-Artikolu 5(3) tar-[Regolament Nru 44/2001], għandha tiġi interpretata fis-sens:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li l-post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu (post tal-avveniment kawżali) (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Handlungsort<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/>) huwa s-sede tal-manifattur;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li l-post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Handlungsort<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>) huwa l-post fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>li l-post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Handlungsort<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>) huwa l-post fejn il-prodott ikun akkwistat mill-utent?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fl-eventwalità li d-domanda 1.b tingħata risposta fl-affermattiv:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Il-prodott jitqiegħed fis-suq meta joħroġ mill-proċess ta’ produzzjoni applikat mill-manifattur u jidħol fil-proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni fejn jiġi offert lill-pubbliku lest għall-użu jew għall-konsum?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Il-prodott jitqiegħed fis-suq meta jiġi ddistribwit b’mod strutturat lill-utent finali?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment kif għandu jiġi interpretat, fil-każ li tiġi kkontestata r-responsabbiltà ta’ manifattur minħabba prodott difettuż, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 sabiex jiġi identifikat il-post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar l-ewwel u qabel kollox li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu, billi jirreferu għas-sistema u għall-għanijiet tiegħu (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, Zuid-Chemie, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/08" PAGE.ECR="I-6917" YEAR="2009">C-189/08, Ġabra p. I-6917</REF.DOC.ECR>, punt 17, u tat-<DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Pinckney, C‑170/12, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi ppreċiżat li, minkejja l-fatt li mill-premessa 7 tar-Regolament Nru 864/2007 jirriżulta b’mod ċar li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li jiżgura koerenza bejn, minn naħa, ir-Regolament Nru 44/2001, u min-naħa l-oħra, il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">rationae materiae</HT> u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 864/2007, dan ma jfissirx madankollu li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 għandhom, għaldaqstant, jiġu interpretati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 864/2007. Fl-ebda każ il-koerenza mixtieqa ma tista’ twassal għal interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 44/2001 li ma għandha l-ebda rabta mas-sistema u mal-għanijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li s-sistema ta’ regoli komuni għall-attribuzzjoni tal-kompetenzi prevista fid-dispożizzjonijiet li huma elenkati fil-Kapitolu II tar-Regolament Nru 44/2001, hija bbażata fuq regola ġenerali, imniżżla fl-Artikolu 2(1) tiegħu, li tipprovdi li persuni domiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru għandhom jiġu mħarrkin fil-qrati ta’ dak l-Istat, indipendentement min-nazzjonalità tal-partijiet. Huwa biss b’deroga għar-regola ġenerali tal-ġurisdizzjoni tad-domiċilju tal-konvenut li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, Taqsima 2 tar-Regolament Nru 44/2001 jipprovdi ċertu numru ta’ regoli dwar il-ġurisdizzjoni speċjali, fosthom ir-regola fl-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-regolament (sentenza tat-<DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, ÖFAB, C‑147/12, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Dawn ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni speċjali għandhom jiġu interpretati b’mod strett u ma jippermettux interpretazzjoni li tmur lil hinn mis-sitwazzjonijiet previsti b’mod espliċitu mill-imsemmi regolament (sentenza ÖFAB, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każ li l-post fejn iseħħ l-avveniment li jista’ jagħti lok għar-responsabbiltà ta’ delitt jew kważi-delitt u l-post fejn dan il-fatt ikkawża dannu ma humiex identiċi, il-frażi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, għandha tinftiehem fis-sens li tkopri l-post fejn seħħ id-dannu u l-post fejn seħħ l-avveniment li<?PAGE NO="6"?> kkawża dan id-dannu, sabiex il-konvenut ikun jista’ jiġi mħarrek, bl-għażla tar-rikorrent, quddiem il-qorti ta’ wieħed jew l-ieħor minn dawn iż-żewġ postijiet. (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Zuid‑Chemie, punt 23, u Pinckney, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li l-identifikazzjoni ta’ wieħed minn dawn il-fatturi ta’ rabta għandha tippermetti li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti li oġġettivament hija fl-aħjar pożizzjoni sabiex tevalwa jekk l-elementi li jikkostitwixxu r-responsabbiltà tal-persuna mħarrka humiex sodisfatti, hija biss il-qorti li għandha ġurisdizzjoni fuq il-fattur ta’ rabta rilevanti li tista’ tiġi adita b’mod validu (ara s-sentenza Pinckney, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali mressqa quddiemha, huwa paċifiku li l-qorti tar-rinviju hija biss inċerta fir-rigward tal-istabbiliment tal-post fejn seħħ l-avveniment li kkawża d-dannu.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat, f’dan ir-rigward, li dan il-post jinsab, fil-każ ta’ responsabbiltà minħabba prodott difettuż, fil-lok fejn seħħ il-fatt li kkawża d-dannu lill-prodott stess (ara f’dan is-sens, is-sentenza Zuid-Chemie, iċċitata iktar ’il fuq, punt 27). Bħala prinċipju, din iċ-ċirkustanza sseħħ fil-post fejn il-prodott inkwistjoni ġie mmanifatturat.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Billi l-viċinanza mal-post fejn seħħ il-fatt li kkawża d-dannu lill-prodott stess tiffaċilita, b’mod partikolari minħabba l-possibbiltà li jinġabru minn hemmhekk mezzi ta’ prova sabiex jiġi stabbilit id-difett inkwistjoni, l-organizzazzjoni xierqa tal-proċeduri u, għaldaqstant, l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni lill-qorti, li fit-territorju tagħha jinsab dan il-post, hija konsistenti mar-raġuni għall-eżistenza tal-ġurisdizzjoni speċjali prevista fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, jiġifieri, l-eżistenza ta’ rabta partikolarment stretta bejn il-kawża u l-qorti tal-post tal-avveniment kawżali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Zuid‑Chemie, punt 24, u Pinckney, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni lill-qorti tal-post fejn ġie mmanifatturat il-prodott inkwistjoni tissodisfa l-eżiġenza tal-prevedibbiltà tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni, sa fejn kemm il-manifattur konvenut kif ukoll ir-rikorrent li huwa vittma jistgħu jipprevdu b’mod raġonevoli li din il-qorti tinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar kawża li tirrigwarda, b’mod partikolari, il-konstatazzjoni ta’ difett fil-prodott inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Konsegwentement għandu jiġi kkonstatat li, fil-każ li tiġi kkontestata r-responsabbiltà ta’ manifattur minħabba prodott difettuż, il-post tal-avveniment kawżali huwa l-post fejn ġie mmanifatturat il-prodott inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, finalment, l-argument, invokat minn A. Kainz, li jgħid li l-interpretazzjoni tal-ġurisdizzjoni speċjali f’materja ta’ delitt jew kważi delitt għandha tieħu inkunsiderazzjoni, mhux biss l-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, iżda wkoll l-interess tal-persuna li sofriet dannu billi tagħtiha l-opportunità li tadixxi lill-qorti tal-Istat Membru fejn hija domiċiljata, ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà osservat mhux biss li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 ma jfittix speċifikament li joffri lill-parti l-iktar dgħajfa protezzjoni iktar qawwija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, Folien Fischer u Fofitec, C‑133/11, punt 46), iżda għandu jiġi osservat ukoll li lanqas l-interpretazzjoni proposta minn A. Kainz, li tgħid li l-post tal-avveniment kawżali huwa dak fejn il-prodott inkwistjoni ġie ttrasferit lill-konsumatur finali jew lil bejjiegħ ġdid, ma tiggarantixxi li l-imsemmi konsumatur ikun jista’, fi kwalunkwe każ, jadixxi lill-qrati ta’ fejn huwa domiċiljat peress li dan il-post jista’ jkun x’imkien ieħor jew anki f’pajjiż ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’kull każ, l-impossibbiltà eventwali li tiġi stabbilita, skont kriterji oġġettivi adottati għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, il-ġurisdizzjoni ta’ qorti fl-Istat Membru fejn huwa domiċiljat ir-rikorrent hija konformi mar-regola ġenerali, imsemmija fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-post fejn huwa domiċiljat il-konvenut.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi li saru hija li l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li tiġi kkontestata r-responsabbiltà ta’ manifattur minħabba prodott difettuż, il-post tal-avveniment kawżali huwa l-post fejn ġie mmanifatturat il-prodott inkwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li tiġi kkontestata r-responsabbiltà ta’ manifattur minħabba prodott difettuż, il-post tal-avveniment kawżali huwa l-post fejn ġie mmanifatturat il-prodott inkwistjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>