<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-569/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0569</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:628">EU:T:2021:628</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>27</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>27</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20210929">29.9.2021</DATE> – Kawża T‑569/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">AlzChem Group vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Dokumenti relatati mal-proċedura ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat wara deċiżjoni li tiddikjaraha inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ spezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki</KEYWORD><KEYWORD>Interess pubbliku superjuri</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑569/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AlzChem Group AG</HT>, stabbilita fi Trostberg (il-Ġermanja), irrappreżentata minn A. Borsos u J. Guerrero Pérez, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>I<HT TYPE="BOLD">l-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn C. Ehrbar u K. Herrmann, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 5602 final tat‑<DATE ISO="20190722">22 ta’ Lulju 2019</DATE> li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess għal dokumenti relatati mal-proċedura ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat wara deċiżjoni li tiddikjaraha inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn D. Spielmann, President, O. Spineanu-Matei (Relatur) u R. Mastroianni, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: I. Pollalis, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20210323">23 ta’ Marzu 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1826 tal‑<DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE> dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33797 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/CP) implimentata mis-Slovakkja għall-NCHZ (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="269" PAGE.FIRST="71" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 269, p. 71</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni Ewropea qieset b’mod partikolari li Novácke chemické závody, a.s. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NCHZ<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), impriża kimika Slovakka, kienet ibbenefikat minn għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq intern fil-kuntest tal-proċeduri ta’ falliment tagħha. Hija ddeċidiet li din l-għajnuna kellha tiġi rrimborsata minn NCHZ kif ukoll minn Fortischem, a.s., bħala suċċessur ekonomiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, AlzChem Group AG, hija impriża Ġermaniża attiva fil-qasam tal-kimika, li intervjeniet bħala parti interessata fil-proċedura li wasslet għad-Deċiżjoni 2015/1826.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 2015/1826 kienet is-suġġett ta’ żewġ rikorsi għal annullament parzjali. Permezz ta’ sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190924">24 ta’ Settembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fortischem vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑121/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:684">EU:T:2019:684</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors bħala infondat. Permezz ta’ sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181213">13 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>AlzChem vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑284/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:950">EU:T:2018:950</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2015/1826.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat‑<DATE ISO="20190412">12 ta’ April 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea applikazzjoni għal aċċess għal dokumenti abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331). Din it-talba kienet tirrigwarda d-dokumenti rilevanti miżmuma mill-Kummissjoni, fosthom, b’mod partikolari, Excel spreadsheets, dokumenti Word jew databases interni li jinkludu informazzjoni dwar l-istat ta’ progress tal-proċedura ta’ rkupru u l-ammont tal-għajnuna mill-Istat irkuprata mir-Repubblika Slovakka wara d-Deċiżjoni 2015/1826 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>dokumenti mitluba<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ċaħdet din l-applikazzjoni permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, minħabba li din kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija rrilevat ukoll li ebda argument ma jista’ jistabbilixxi l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba ma tressaq u li aċċess parzjali ma kienx possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20190515">15 ta’ Mejju 2019</DATE>, ir-rikorrenti indirizzat lill-Kummissjoni applikazzjoni konfermatorja, konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija kkontestat ir-rifjut tal-Kummissjoni billi sostniet, b’mod partikolari, li l-applikazzjoni tagħha ma kienet tikkonċerna ebda dokument li jaqa’ fil-kamp tal-eċċezzjonijiet invokati mill-Kummissjoni u li kien jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba. Barra minn hekk, hija talbet aċċess parzjali għal dawn id-dokumenti jew aċċess għalihom fil-bini tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20190611">11 ta’ Ġunju 2019</DATE>, il-Kummissjoni indikat lir-rikorrenti li l-applikazzjoni konfermatorja tagħha kienet qiegħda tiġi pproċessata, iżda li ma kinitx ser tingħatalha risposta fit-terminu previst u li t-terminu sabiex tingħata risposta għal din l-applikazzjoni talba kien ġie estiż bi ħmistax-il jum ta’ xogħol, skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fl‑<DATE ISO="20190701">1 ta’<?PAGE NO="3"?> Lulju 2019</DATE>, hija indikat lir-rikorrenti li l-elementi kollha neċessarji għall-analiżi kompleta tal-applikazzjoni tagħha u għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali ma setgħux jiġu ssodisfatti u li kienet ser tintbagħtilha deċiżjoni finali kemm jista’ jkun malajr.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz tad-Deċiżjoni C(2019) 5602 final tat‑<DATE ISO="20190722">22 ta’ Lulju 2019</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), il-Kummissjoni rrifjutat li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokumenti mitluba, billi qieset li dawn kienu jaqgħu, minn naħa, fl-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, u, min-naħa l-oħra, dik prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni qieset li d-dokumenti mitluba ma kinux jagħmlu parti biss mill-fajl amministrattiv dwar l-investigazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat, iżda kienu jirrigwardaw ukoll investigazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Minn naħa, il-Kummissjoni osservat li, skont il-ġurisprudenza, kienet teżisti preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità li l-iżvelar tad-dokumenti tal-fajl amministrattiv tal-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat kien jippreġudika l-għanijiet tal-investigazzjonijiet dwar tali għajnuna, anki jekk il-proċedura kienet magħluqa. Hija qieset li d-dokumenti mitluba, li jinkludu informazzjoni dwar l-istat ta’ progress tal-proċedura ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni li kellha ssir mill-awtoritajiet Slovakki skont id-Deċiżjoni 2015/1826, kienu jagħmlu parti mill-fajl amministrattiv fil-kuntest tal-investigazzjoni dwar din l-għajnuna, li ma kinitx ġiet kompletament irkuprata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ppreċiżat li, matul il-fażi ta’ rkupru ta’ għajnuna illegali mill-Istat, hija tiżgura, bl-għajnuna attiva tal-Istat Membru kkonċernat, l-implimentazzjoni korretta tad-deċiżjoni li tikkonċerna din l-għajnuna u, għaldaqstant, l-azzjonijiet tagħha u l-miżuri meħuda kienu intrinsikament marbuta mal-investigazzjoni tagħha dwar din l-għajnuna fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Barra minn hekk, hija indikat li l-fażi ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat kienet seħħet fil-kuntest ta’ proċedura strutturata u fformalizzata li kienet tikkostitwixxi investigazzjoni fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. Hija qieset li, peress li l-assenza ta’ osservanza tad-deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat setgħet twassal għall-ftuħ ta’ proċeduri ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-fażi tal-implimentazzjoni ta’ din id-deċiżjoni kellha titqies bħala proċedura prekontenzjuża simili għall-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE, li fir-rigward tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet irrikonoxxiet l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità. Għaldaqstant, l-iżvelar lill-pubbliku tad-dokumenti mitluba jista’ jippreġudika d-djalogu mibdi mar-Repubblika Slovakka, li għall-finijiet tiegħu kien essenzjali ambjent ta’ kunfidenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-eċċezzjoni prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni rrilevat li l-ġurisprudenza kienet irrikonoxxiet preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti li jagħmlu parti minn wieħed mill-fajls tagħha, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk l-applikazzjoni għal aċċess kinitx tikkonċerna proċedura ta’ stħarriġ magħluqa jew pendenti. F’dan il-każ, id-dokumenti mitluba juru informazzjoni ddettaljata dwar l-istat ta’ progress u d-diversi stadji tal-proċess ta’ rkupru mibdi mill-impriżi kkonċernati. Din l-informazzjoni kummerċjali hija sensittiva. Fid-dawl tan-natura<?PAGE NO="4"?> bilaterali tal-fażi ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat illegali, żvelar prematur ta’ dokumenti relatati mal-istat ta’ progress tal-proċess ta’ rkupru mill-impriżi kkonċernati, qabel l-irkupru effettiv ta’ din l-għajnuna, jippreġudika lil dawn tal-aħħar u jippreġudika b’mod definittiv l-għanijiet tal-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat pjuttost milli jikkontribwixxi għat-trasparenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni ċaħdet l-applikazzjoni għal aċċess parzjali minħabba l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità applikabbli għad-dokumenti mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, il-Kummissjoni qieset li l-kunsiderazzjonijiet invokati mir-rikorrenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri kienu pjuttost ġenerali. Fil-fehma tagħha, il-fatt li d-dokumenti mitluba kienu relatati ma’ investigazzjoni ta’ natura amministrattiva u li ma kinux jikkonċernaw atti leġiżlattivi, li għalihom l-eżistenza ta’ iktar trasparenza kienet ġiet irrikonoxxuta fil-ġurisprudenza, u l-fatt li hija tippubblika l-informazzjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni wara t-tlestija definittiva tal-proċedura ta’ rkupru, li l-ammont imħallas lura tagħhom, dak mitluf u dak tal-interessi rkuprati jsostnu iktar u iktar il-konklużjoni tal-assenza ta’ interess pubbliku superjuri f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20190815">15 ta’ Awwissu 2019</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura. It-trattazzjoni tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210323">23 ta’ Marzu 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi bbażati, l-ewwel wieħed, fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, it-tieni wieħed, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tar-rifjut li jingħata aċċess għad-dokumenti mitluba f’verżjoni mhux kunfidenzjali jew fil-bini tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 10 tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Osservazzjonijiet preliminari dwar l-identifikazzjoni tal-atti li jistgħu jiġu kkontestati u dwar it-terminu għall-preżentata ta’ rikors</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali dwar ir-Regolament Nru 1049/2001 tidher li għandha ċertu numru ta’ inkoerenzi u kontradizzjonijiet fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-att li jista’ jiġi kkontestat u tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors. B’hekk, l-analiżi tal-ġurisprudenza, b’mod partikolari tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑494/08 sa T‑500/08 u T‑509/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:511">EU:T:2010:511</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tippermetti li jiġi konkluż li l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament ta’ deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa ddeterminat mill-aħħar jum li matulu l-Kummissjoni kellha tadotta deċiżjoni. Skont ir-rikorrenti, anki jekk id-deċiżjoni kkontestata hija datata t‑<DATE ISO="20190722">22 ta’ Lulju 2019</DATE>, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors jibda jiddekorri mill‑<DATE ISO="20190605">5 ta’ Ġunju 2019</DATE>, peress li l-assenza ta’ risposta f’din id-data għandha titqies bħala deċiżjoni negattiva skont l-Artikolu 8(3) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-att li jista’ jiġi kkontestat, meta l-Kummissjoni ma tkunx adottat deċiżjoni fit-terminu previst fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, dan l-att ikun, skont iċ-ċirkustanzi, jew id-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut, jew kemm id-deċiżjoni impliċita kif ukoll id-deċiżjoni espliċita, jew id-deċiżjoni espliċita ta’ rifjut. Għaldaqstant, ir-rikorrenti titlob li, sa fejn il-Qorti Ġenerali tista’ tasal sabiex tikkunsidra li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi wkoll id-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut li tirriżulta mis-silenzju tal-Kummissjoni sal‑<DATE ISO="20190605">5 ta’ Ġunju 2019</DATE> inklużi, din id-deċiżjoni titqies li tifforma parti integrali mid-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tenfasizza l-effetti potenzjalment negattivi u imprevisti tal-ġurisprudenza dwar it-terminu għall-preżentata ta’ rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni espliċita fil-każ fejn l-adozzjoni tagħha sseħħ wara l-formazzjoni ta’ deċiżjoni impliċita. B’mod partikolari mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑494/08 sa T‑500/08 u T‑509/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:511">EU:T:2010:511</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u mid-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑278/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:593">EU:T:2012:593</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, jekk l-att li jista’ jiġi kkontestat huwa d-deċiżjoni espliċita, l-imsemmi terminu jibda jiddekorri mid-data tad-deċiżjoni impliċita. Għaldaqstant, ir-rikorrenti kellha tifformula mill-ġdid ir-rikors tagħha kontra d-deċiżjoni impliċita skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata. It-terminu inizjali għall-preżentata tar-rikors li kellha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tipprepara r-rikors tagħha għalhekk tnaqqas. Issa, it-tqassir mill-ġurisprudenza tat-termini legali li fihom l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont it-Trattat FUE jista’ jirrestrinġi dawn id-drittijiet b’mod inġustifikat u jikser l-Artikoli 42 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkunsidra li, fid-dawl tal-ġurisprudenza, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal‑11 ta’ Ġunju u tal‑<DATE ISO="20190701">1 ta’ Lulju 2019</DATE> kienu verament qarrieqa u tali li jostakolaw l-aċċess tagħha għall-ġustizzja u li dawn kellhom jiġu kkritikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrifjuta l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti dwar inkoerenzi u kontradizzjonijiet fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali kif ukoll dawk relatati ma’ aġir potenzjalment qarrieqi min-naħa tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma weġbitx għall-applikazzjoni għal aċċess tar-rikorrenti la fit-terminu inizjali u lanqas fit-terminu tar-risposta wara l-ewwel estensjoni, fil‑<DATE ISO="20190611">11 ta’ Ġunju 2019</DATE>, li tikkorrispondi għas-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, iżda li hija sussegwentement adottat deċiżjoni espliċita ta’ rifjut, li tikkostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’sitwazzjoni bħal dik f’dan il-każ, deskritta fil-punt 25 iktar ’il fuq, fl-ewwel lok, l-assenza ta’ risposta tal-Kummissjoni għandha titqies bħala deċiżjoni impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess. Fil-fatt, it-tieni estensjoni tat-terminu, fl‑<DATE ISO="20190701">1 ta’ Lulju 2019</DATE>, ma setgħetx validament estendiet it-terminu, peress li, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 1049/2001, il-Kummissjoni tista’ testendi t-terminu inizjali darba biss u, fl-iskadenza tat-terminu estiż, deċiżjoni impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess titiqes adottata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑494/08 sa T‑500/08 u T‑509/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:511">EU:T:2010:511</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Steinberg vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑17/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:625">EU:T:2012:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li t-terminu previst mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001 huwa ta’ natura imperattiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100119">19 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Co-Frutta vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑355/04 u T‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:15">EU:T:2010:15</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u ma jistax jiġi estiż ħlief fiċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, inkella dan l-artikolu jiġi mċaħħad mill-effettività tiegħu, peress li ma jibqax possibbli għall-applikant li jkun jaf b’mod eżatt mil-liema data jkun jista’ jippreżenta r-rikors jew l-ilment previsti fl-Artikolu 8(3) tal-imsemmi regolament (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050421">21 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>Housieaux</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑186/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:248">EU:C:2005:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Tali deċiżjoni impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 263 TFUE (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Steinberg vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑17/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:625">EU:T:2012:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, meta l-Kummissjoni sussegwentement wieġbet b’mod espliċitu u definittiv għall-applikazzjoni konfermatorja billi rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti inkwistjoni, hija b’hekk impliċitament irtirat id-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut ta’ aċċess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Strack vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2250">EU:C:2014:2250</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Steinberg vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑17/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:625">EU:T:2012:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Espírito Santo Financial (il-Portugall</NAME.CASE>) vs BĊE, <NO.CASE>T‑251/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:234">EU:T:2018:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din id-deċiżjoni espliċita tista’ għalhekk tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Jekk id-deċiżjoni impliċita kienet is-suġġett ta’ rikors għal annullament, ir-rikorrent jitlef l-interess tiegħu ġuridiku, minħabba l-adozzjoni tad-deċiżjoni espressa, u jkun ikkunsidrat li ma għadx hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-imsemmi rikors (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Strack vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑127/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2250">EU:C:2014:2250</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑494/08 sa T‑500/08 u T-509/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:511">EU:T:2010:511</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt48; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Typke vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑214/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:448">EU:T:2015:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180426">26 ta’ April 2018</DATE>, <NAME.CASE>Espírito Santo Financial (il-Portugall</NAME.CASE>) vs BĊE, <NO.CASE>T‑251/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:234">EU:T:2018:234</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ir-rikorrent jista’ wkoll jadatta t-talbiet u l-motivi tiegħu fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst għal dan il-għan mis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE (ara, għal dan il-għan, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111216">16 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Enviro Tech Europe u Enviro Tech International vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑291/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:760">EU:T:2011:760</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Jekk id-deċiżjoni espliċita ġiet adottata qabel il-preżentata tar-rikors kontra d-deċiżjoni impliċita, tali<?PAGE NO="7"?> rikors li sussegwentement jiġi ppreżentat ikun inammissibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101210">10 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ryanair vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑494/08 sa T‑500/08 u T‑509/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:511">EU:T:2010:511</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni espliċita, ċertament, b’mod dispjaċir, wara l-iskadenza tat-terminu estiż, iżda qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni impliċita u qabel il-preżentata ta’ rikors kontriha. Għaldaqstant, permezz tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni espliċita, il-Kummissjoni rtirat id-deċiżjoni impliċita u d-deċiżjoni li setgħet tkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament f’dan il-każ hija d-deċiżjoni espliċita ta’ rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba tat‑<DATE ISO="20190722">22 ta’ Lulju 2019</DATE>, li hija d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni espliċita għandu jiġi kkalkolat konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 263 TFUE u mingħajr ma jista’ jingħadd mid-data li fiha ġiet adottata d-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tiżbalja meta tafferma li l-fatti fil-kawża li tat lok għad-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑278/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:593">EU:T:2012:593</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienu paragunabbli ma’ dawk ta’ dan il-każ. F’dik il-kawża, ir-rikors għal annullament, li kellu bħala suġġett deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal‑<DATE ISO="20110204">4 ta’ Frar 2011</DATE>, ġie ppreżentat biss fil‑<DATE ISO="20110525">25 ta’ Mejju 2011</DATE> u, għaldaqstant, kien inammissibbli minħabba tardività. Għaldaqstant minn dan id-digriet bl-ebda mod ma jirriżulta li rikors ippreżentat kontra deċiżjoni espliċita għandu jiġi ppreżentat fit-terminu applikabbli fil-każ ta’ rikors għal annullament tad-deċiżjoni impliċita li tippreċediha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata għandu jibda jiddekorri mit‑<DATE ISO="20190722">22 ta’ Lulju 2019</DATE> fn-24.00. Għalkemm, ċertament, kif issostni r-rikorrenti, jista’ biss jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni ma setgħetx testendi t-terminu għal tweġiba fi tmiem l-ewwel estensjoni, xorta jibqa’ l-fatt li din iċ-ċirkustanza ma tistax tivvizzja d-deċiżjoni kkontestata b’illegalità li tiġġustifika l-annullament tagħha, peress li l-Kummissjoni wieġbet għal din l-applikazzjoni qabel ma r-rikorrenti siltet konsegwenzi tan-nuqqas ta’ tweġiba fit-termini stabbiliti skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza, tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Agrofert Holding</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-477/10‑P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:394">EU:C:2012:394</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121127">27 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Steinberg vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑17/10</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:625">EU:T:2012:625</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0102">102</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti, ma jistax jitqies li hija ma kellhiex it-terminu legali sabiex tipprepara r-rikors tagħha, li seta’ jiġi ppreżentat sat‑<DATE ISO="20191002">2 ta’ Ottubru 2019</DATE> inkluż, skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u tal-Artikoli 58 u 60 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu (3) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-iżbalji ta’ liġi u l-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu eżaminati fid-dawl tad-dritt fundamentali ta’ aċċess għad-dokumenti, li jissodisfa l-għan li jikkonsisti fit-tisħiħ tal-leġittimità tal-korpi amministrattivi fil-kuntest tal-attivitajiet deċiżjonali tagħhom u li huwa stabbilit fl-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Kull eċċezzjoni għal dan id-dritt jew kull limitazzjoni tiegħu għandhom jiġu interpretati b’mod<?PAGE NO="8"?> restrittiv. Ir-rikorrenti tinvoka n-natura kontradittorja tal-pożizzjonijiet adottati mill-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-iżvelar ta’ informazzjoni dwar l-istat tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-ewwel motiv maqsum f’ħames partijiet. Permezz tal-ewwel parti, ir-rikorrenti tallega li l-applikazzjoni għal aċċess ma kienet tikkonċerna ebda dokument relatat ma’ investigazzjoni jew li jagħmel parti minn fajl relatat ma’ investigazzjoni u li, għaldaqstant, hija la kienet taffettwa l-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, u lanqas il-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 4(3) tal-istess regolament. Permezz tat-tieni parti, hija ssostni li l-applikazzjoni għal aċċess ma setgħetx tiġi miċħuda la fuq il-bażi tal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, u lanqas fuq il-bażi tal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni previst fl-Artikolu 4(3) tal-istess regolament. Permezz tat-tielet parti, hija tallega li l-applikazzjoni għal aċċess ma kienet tikkonċerna ebda informazzjoni jew data ta’ interess kummerċjali li teħtieġ li tiġi protetta skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament. Permezz tar-raba’ parti, hija tinvoka implimentazzjoni diskriminatorja fid-deċiżjoni kkontestata tal-eċċezzjonijiet għall-iżvelar tal-informazzjoni dwar l-irkupru. Permezz tal-ħames parti, hija tallega li l-implimentazzjoni ta’ kull eċċezzjoni għall-iżvelar hija eskluża minn interess pubbliku superjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrifjuta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti fin-noti ta’ osservazzjonijiet tagħha, ir-rifjut ta’ aċċess fid-deċiżjoni kkontestata huwa bbażat fuq l-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, u mhux fuq l-Artikolu 4(3) tal-istess regolament. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ammettiet dan waqt is-seduta, u ttieħdet nota ta’ dan fil-proċess verbal tas-seduta. Għaldaqstant, l-argumenti tagħha huma irrilevanti sa fejn jirrigwardaw l-allegata applikazzjoni tal-Artikolu 64(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 u għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi li dan huwa intiż sabiex jagħti dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jkun l-iktar wiesa’ possibbli (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:24">EU:C:2020:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza, l-attività amministrattiva tal-Kummissjoni ma tirrikjedix l-istess estensjoni tal-aċċess għal dokumenti bħal dik rikjesta mill-attività leġiżlattiva ta’ istituzzjoni tal-Unjoni (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>AlzChem vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑451/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:588">EU:T:2017:588</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, li jistitwixxi sistema ta’ eċċezzjonijiet f’dan ir-rigward, jirriżulta li dan id-dritt ta’ aċċess huwa madankollu suġġett għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat. Peress li dawn l-eċċezzjonijiet jidderogaw mill-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti, dawn għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:24">EU:C:2020:24</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Meta istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni li quddiemu titressaq applikazzjoni għal aċċess għal dokument jiddeċiedi li jiċħad din it-talba abbażi ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, dan għandu, bħala prinċipju, jipprovdi spjegazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjoni ta’ kif l-aċċess għal dan id-dokument jista’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interess protett minn din l-eċċezzjoni u r-riskju ta’ tali preġudizzju għandu jkun raġonevolment prevedibbli u mhux purament ipotetiku (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:24">EU:C:2020:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’ċerti każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li kien madankollu possibbli għal din l-istituzzjoni, korp jew organu li jibbaża ruħu, f’dan ir-rigward, fuq preżunzjonijiet ġenerali li japplikaw għal ċerti kategoriji ta’ dokumenti, peress li kunsiderazzjonijiet ta’ natura ġenerali simili jistgħu japplikaw għal applikazzjonijiet ta’ żvelar li jirrigwardaw dokumenti tal-istess natura (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:24">EU:C:2020:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-għan ta’ dawn il-preżunzjonijiet jinsab b’hekk fil-possibbiltà, għall-istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni kkonċernata, li tikkunsidra li l-iżvelar ta’ ċerti kategoriji ta’ dokumenti, bħala prinċipju, jippreġudika l-interess protett mill-eċċezzjoni li hija tinvoka, abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet ġenerali, mingħajr ma tkun marbuta li teżamina b’mod konkret u individwali kull wieħed mid-dokumenti mitluba (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑178/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:24">EU:C:2020:24</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-ġurisprudenza teħtieġ li l-eċċezzjonijiet għall-iżvelar msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett peress li huma jidderogaw mill-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, L‑<NAME.CASE>Isvezja vs MyTravel u Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:496">EU:C:2011:496</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140703">3 ta’ Lulju 2014</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs in’ t Veld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑350/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2039">EU:C:2014:2039</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ir-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità għandhom ikunu kkunsidrati b’mod strett (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-ġurisprudenza, l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ma teskludix il-possibbiltà li jintwera li dokument speċifiku, li tiegħu ntalab l-iżvelar, ma huwiex kopert mill-imsemmija preżunzjoni jew li jeżisti, taħt l-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument ikkonċernat (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-prinċipji ġurisprudenzjali mfakkra iktar ’il fuq li għandu jiġi vverifikat jekk il-Kummissjoni applikatx b’mod żbaljat l-ewwel u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Kummissjoni ma wettqitx eżami konkret u individwali ta’ kull wieħed mid-dokumenti mitluba, iżda qieset essenzjalment li dawn kienu koperti minn żewġ preżunzjonijiet ġenerali ta’ kunfidenzjalità li japplikaw għad-dokumenti relatati mal-progress tal-proċedura ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat u mal-ammonti rkuprati, wara d-deċiżjoni tagħha li tordna l-irkupru tal-imsemmija għajnuna. Il-preżunzjonijiet applikati mill-Kummissjoni huma<?PAGE NO="10"?> bbażati, minn naħa, fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u, min-naħa l-oħra, fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi, prevista fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti u fuq it-tieni parti, ibbażati, essenzjalment, fuq il-fatt li l-applikazzjoni għal aċċess ma setgħetx tiġi miċħuda fuq il-bażi tal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti, ir-rikorrenti ssostni li l-applikazzjoni tagħha ma kienet tikkonċerna ebda dokument relatat ma’ investigazzjoni jew li jagħmel parti minn fajl relatat ma’ investigazzjoni, kemm jekk jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat ikkonstatata fid-Deċiżjoni 2015/1826 jew deċiżjoni futura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Hija kienet tikkonċerna informazzjoni fattwali preċiża dwar l-istat ta’ progress tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2015/1826 u, għaldaqstant, elementi miġbura wara l-adozzjoni tagħha. Peress li t-talba tagħha ma tirrigwardax argumenti sostantivi ppreżentati mir-Repubblika Slovakka, il-fatt li din tintlaqa’ ma setax jitqies li jippreġudika r-rieda tal-Istati Membri li jikkooperaw mal-Kummissjoni fil-kuntest tal-investigazzjonijiet imwettqa minnha. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni tal-applikazzjoni tagħha mill-Kummissjoni bħala li tikkonċerna dokumenti jew informazzjoni fil-fajl ta’ każ jew dokumenti relatati ma’ investigazzjoni ma għandha l-ebda bażi fil-ġurisprudenza. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tagħha ma setgħetx taffettwa l-attivitajiet ta’ investigazzjoni previsti fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni parti, fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk jitqies li l-applikazzjoni tagħha kienet tikkonċerna dokumenti jew informazzjoni li formalment huma parti mill-fajl rilevanti li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma setgħetx tinvoka l-eċċezzjonijiet previsti fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 sabiex tiċħadha. Skont ir-rikorrenti, l-aċċess għad-dokumenti mitluba ma setax jiġi kkunsidrat bħala li jippreġudika r-rieda tal-Istati Membri li jikkooperaw mal-Kummissjoni, peress li l-applikazzjoni tagħha ma kinitx tirrigwarda analiżi jew noti interni li jinkludu l-evalwazzjoni ta’ din tal-aħħar fuq każ jew investigazzjoni partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti tirrileva li, skont il-Kummissjoni, l-informazzjoni mitluba dwar l-istat tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat hija marbuta ma’ investigazzjonijiet oħra, b’mod partikolari dik dwar il-proċedura ta’ rkupru prevista fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/1589 tat‑<DATE ISO="20150713">13 ta’ Lulju 2015</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 TFUE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="248" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 248, p. 9</REF.DOC.OJ>), u dik dwar il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, permezz ta’ riferiment b’analoġija għall-proċedura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>EU-Pilot<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>. Madankollu, il-Kummissjoni la rreferiet għall-imsemmija proċeduri fl-ittra tal‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE> u lanqas fid-deċiżjoni kkontestata u ma semmietx l-eżistenza ta’ proċedura miftuħa kontra r-Repubblika Slovakka f’dan ir-rigward. Hija ma tistax issa tinvoka fatti u motivi ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tiċħad l-argument tal-Kummissjoni li d-dokumenti mitluba dwar l-istat ta’ progress tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni ma jistgħux jiġu kkomunikati minħabba li jinkludu informazzjoni sostanzjali. Data kwantitattiva setgħet tiġi prodotta mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni sostanzjali, pereżempju bit-trażmissjoni ta’ dokument li juri li ċerta perċentwali tal-għajnuna mill-Istat kienet ġiet irkuprata jew li ebda ammont ma kien ġie rkuprat. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni għandha l-prassi li tibgħat informazzjoni sostanzjali fir-risposti tagħha għall-applikazzjonijiet għal aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni estensiva tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali tal-iżvelar tad-dokumenti pubbliċi, stabbilit mir-Regolament Nru 1049/2001, ġaladarba l-prattika tagħha stess tenfasizza li l-motivi li hija tinvoka ma humiex applikabbli għall-applikazzjoni għal aċċess. Hija tiċċita, bħala eżempju, sitt każi li fihom il-Kummissjoni ppubblikat, qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ ksur, informazzjoni paragunabbli ma’ dik li l-applikazzjoni kienet intiża li tikseb.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-ewwel u tat-tieni parti tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti tikkontesta, essenzjalment, fl-ewwel lok, il-fatt li d-dokumenti mitluba jaqgħu f’fażi ta’ investigazzjoni, b’mod partikolari għaliex l-investigazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kienet ingħalqet bid-Deċiżjoni 2015/1826. Fit-tieni lok, hija tikkontesta l-fatt li l-Kummissjoni tista’ tibbaża fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rrifjutat l-aċċess għad-dokumenti mitluba fuq żewġ bażijiet distinti. Minn naħa, hija qieset li d-dokumenti mitluba kienu jappartjenu għall-fajl dwar l-għajnuna mill-Istat ikkonstatata fid-Deċiżjoni 2015/1826 u li, għaldaqstant, kienu koperti minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità li tkopri l-investigazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni. B’hekk, hija qieset li kienet applikabbli għall-imsemmija dokumenti l-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità dwar id-dokumenti tal-fajl amministrattiv relatat ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat, kif irrikonoxxuta fis-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Technische Glaswerke Ilmenau</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑139/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:376">EU:C:2010:376</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u mfakkra b’mod partikolari fis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sea Handling vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑271/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:557">EU:C:2016:557</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190313">13 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>AlzChem vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑666/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:196">EU:C:2019:196</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑39/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:560">EU:T:2018:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni rrilevat, essenzjalment, li l-proċedura ta’ rkupru setgħet twassal direttament għall-ftuħ ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u qieset li l-fażi tal-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tagħha dwar din l-għajnuna kellha titqies bħala proċedura prekontenzjuża, simili għall-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE. Wara li fakkret li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet irrikonoxxiet l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità applikabbli għad-dokumenti miġbura fil-kuntest ta’ investigazzjoni dwar proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, hija kkunsidrat li r-raġunament segwit sabiex tiġi rrikonoxxuta tali preżunzjoni kien japplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għar-rifjut tal-iżvelar tad-dokumenti mitluba. Hija għalhekk qieset li dawn id-dokumenti kienu koperti, minħabba applikazzjoni b’analoġija, mill-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità dwar id-dokumenti relatati mal-fażi prekontenzjuża ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fis-sens tal-Artikolu 258 TFUE, kif irrikonoxxuta fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u mfakkra b’mod partikolari fis-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170123">23 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Justice kor Environment vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑727/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:18">EU:T:2017:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181205">5 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Campbell vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑312/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:876">EU:T:2018:876</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi ddeterminat jekk il-Kummissjoni wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet li d-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat kienu koperti minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità skont it-tielet inċiż<?PAGE NO="12"?> tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, u sussegwentement, jekk tali preżunzjoni teżistix jew għandhiex tiġi rrikonoxxuta, jekk il-Kummissjoni applikathiex f’dan il-każ mingħajr ma tivvizzja d-deċiżjoni tagħha bi żball ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, skont il-ġurisprudenza (ara l-punt 53 iktar ’il fuq), il-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità li tikkonċerna d-dokumenti tal-fajl amministrattiv relatat ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat tkopri espliċitament id-dokumenti dwar l-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi f’deċiżjoni, b’mod partikolari, li teżisti għajnuna mill-Istat u tordna l-irkupru tagħha. Min-naħa l-oħra, il-qorti tal-Unjoni għadha ma kellhiex għalfejn tiddeċiedi dwar rifjut ta’ aċċess għal dokumenti relatati mal-fażi ta’ eżekuzzjoni ta’ tali deċiżjoni tal-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għalkemm ir-rikonoxximent tal-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità fil-ġurisprudenza msemmija fil-punt 53 iktar ’il fuq ċertament jikkonċerna l-fajl amministrattiv fil-kuntest ta’ proċedura ta’ stħarriġ mibdija skont l-Artikolu 108(2) TFUE, dan jirrigwarda biss b’mod ċert id-dokumenti tal-proċedura amministrattiva li twassal għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni li fiha hija tikkonkludi b’mod partikolari li teżisti għajnuna mill-Istat u tordna l-irkupru tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tad-dokumenti relatati mal-fażi ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li fiha l-Kummissjoni tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, dawn ċertament jistgħu jaqgħu formalment fl-istess fajl bħal dak li taħtu jaqgħu d-dokumenti tal-investigazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni u li wassluha sabiex tadotta din id-deċiżjoni, kif wara kollox tammetti r-rikorrenti. Id-dokumenti kollha fil-fatt jirrigwardaw l-istess miżura jew miżuri nazzjonali. Madankollu, kif tfakkar fil-punt 42, iktar ’il fuq, l-eċċezzjonijiet għall-iżvelar imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett sa fejn jidderogaw mill-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti miżmuma mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Għaldaqstant, kif issostni r-rikorrenti, ma jistax jitqies li l-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità fil-qasam tal-stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat, kif irrikonoxxuta mill-ġurisprudenza (ara l-punt 53 iktar 'il fuq), tkopri neċessarjament id-dokumenti li jikkonċernaw il-fażi ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, peress li jagħmlu parti mill-istess fajl amministrattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk id-dokumenti relatati mal-fażi ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni mill-Istat Membru kkonċernat jistgħux jiġu koperti wkoll minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità, kemm jekk dik fil-qasam tal-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat, irrikonoxxuta mill-ġurisprudenza, li għalhekk titqies li tkopri wkoll dawn id-dokumenti, jew preżunzjoni ġenerali oħra ta’ kunfidenzjalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tal-Unjoni stabbilixxiet diversi kriterji għar-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità, li jirrigwardaw id-dokumenti kkonċernati u l-preġudizzju għall-interess protett mill-eċċezzjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-dokumenti kkonċernati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta li, sabiex preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità tkun validament ikkontestata mill-persuna li titlob l-aċċess għal dokumenti abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, huwa neċessarju li d-dokumenti mitluba jagħmlu parti mill-istess kategorija ta’ dokumenti jew ikunu tal-istess natura (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180205">5 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑729/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:67">EU:T:2018:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, L‑<NAME.CASE>Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Access Info Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:671">EU:C:2013:671</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fil-kawżi kollha li wasslu għad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu tali preżunzjonijiet, ir-rifjut ta’ aċċess inkwistjoni kien dwar grupp ta’ dokumenti evidentement limitat mill-appartenenza komuni tagħhom għal fajl relatat ma’ proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja pendenti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180205">5 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑729/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:67">EU:T:2018:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0128">128</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ċertament iddeċidiet li d-dokumenti kollha tal-fajl amministrattiv dwar proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat kienu jifformaw kategorija unika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Madankollu, kif ġie rrilevat fil-punt 56 iktar ’il fuq, il-qorti tal-Unjoni ma wasslitx sabiex tiddeċiedi fuq il-kwistjoni dwar jekk id-dokumenti li wasslu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni tikkonkludi li teżisti għajnuna mill-Istat u għall-irkupru tagħha u dawk relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-implimentazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni jappartjenux għall-istess kategorija ta’ dokumenti. Issa, għandu jiġi kkunsidrat li, anki jekk jistgħu jappartjenu għall-istess fajl tal-Kummissjoni, xorta jibqa’ l-fatt li, <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT>, dawn jaqgħu f’żewġ kategoriji ta’ dokumenti distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi kkontestat li d-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat jifformaw kategorija unika, sa fejn huma ddefiniti b’mod ċar mill-appartenenza komuni tagħhom għall-fajl relatat ma’ proċedura amministrattiva, sussegwenti għal dik li wasslet għall-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-preġudizzju għall-interess protett mill-eċċezzjoni invokata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, l-applikazzjoni ta’ preżunzjonijiet ġenerali ta’ kunfidenzjalità hija ddettata mill-bżonn superjuri li jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-proċeduri inkwistjoni u li jiġi ggarantit li l-għanijiet tagħhom ma jkunux kompromessi. B’hekk, ir-rikonoxximent ta’ tali preżunzjoni jista’ jkun ibbażat fuq l-inkompatibbiltà tal-aċċess għal dokumenti ta’ ċerti proċeduri mal-iżvolġiment tajjeb tagħhom u fuq ir-riskju li dawn il-proċeduri jiġu ppreġudikati, peress li l-preżunzjonijiet ġenerali jippermettu li tiġi ppreżervata l-integrità tal-iżvolġiment tal-proċedura billi tiġi limitata l-interferenza ta’ terzi (ara s-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>AlzChem vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑451/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:588">EU:T:2017:588</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180205">5 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>MSD Animal Health Innovation u Intervet international vs EMA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑729/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:67">EU:T:2018:67</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Ir-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità favur kategorija ġdida ta’ dokumenti jippreżupponi b’hekk li jintwera minn qabel li l-iżvelar tat-tip ta’ dokumenti li jaqgħu f’din il-kategorija jista’, b’mod raġonevolment prevedibbli, effettivament jippreġudika l-interess protett mill-eċċezzjoni inkwistjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200528">28 ta’ Mejju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Campbell vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑701/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:224">EU:T:2020:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, qabel kollox għandu jiġi ddeterminat jekk id-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat jaqgħux f’fażi ta’ investigazzjoni, fatt li r-rikorrenti tikkontesta. Jekk ikun il-każ, għandu sussegwentement jiġi evalwat jekk il-karatteristiċi ta’ tali investigazzjoni jiġġustifikawx ir-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità li tkopri l-imsemmija dokumenti.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">i)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ investigazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, għalkemm l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi li l-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw l-aċċess għal dokument jekk l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni b’mod partikolari tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>attivitajiet ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni ma huwiex iddefinit minn dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza il-kunċett ta’ investigazzjoni, li jinsab fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi interpretat filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, is-sens abitwali tiegħu kif ukoll il-kuntest li jaqa’ fih (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Schlyter,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑331/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:639">EU:C:2017:639</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Peress li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>attivitajiet ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jaqa’ f’eċċezzjoni għar-regola ġenerali li d-dokumenti kollha għandhom ikunu aċċessibbli, dan għandu jiġi interpretat u applikat b’mod strett (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Franza vs Schlyter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:280">EU:C:2017:280</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Mingħajr il-bżonn li tiġi stabbilita definizzjoni eżawrjenti tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>attivitajiet ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, hemm lok li jiġi kkunsidrat li tikkostitwixxi tali attività, proċedura strutturata u fformalizzata tal-Kummissjoni li jkollha l-għan li tinġabar u tiġi analizzata informazzjoni bil-għan li din l-istituzzjoni tkun tista’ tadotta pożizzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha previsti mit-Trattati UE u FUE. Din il-proċedura ma għandhiex neċessarjament tkun intiża sabiex tinnota jew tinvestiga ksur jew irregolarità. Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jista’ jkopri wkoll l-attività tal-Kummissjoni intiża sabiex tikkonstata fatti bil-għan li tevalwa sitwazzjoni partikolari (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Schlyter,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑331/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:639">EU:C:2017:639</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, kif indikat mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward tal-proċeduri ta’ għajnuna mill-Istat, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> ma huwiex intiż biss sabiex jipproteġi l-għanijiet ta’ attivitajiet investigattivi intiżi lejn ċerti impriżi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑39/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:560">EU:T:2018:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, kif issostni l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li timponi l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, hija tiġbor u tevalwa l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat sabiex tiddetermina jekk huwa b’mod partikolari ħax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jirkupra kompletament l-għajnuna u, jekk ikun il-każ, sabiex jiddeċiedi li jmur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 70 iktar ’il fuq, tali attività tikkostitwixxi proċedura strutturata u fformalizzata tal-Kummissjoni li l-għan tagħha huwa l-ġbir u l-analiżi ta’ informazzjoni sabiex din l-istituzzjoni tkun tista’ tadotta pożizzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, huwa previst fl-Artikolu 28(1) tar-Regolament 2015/1589 li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[f]ejn l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mad-deċiżjonijiet kondizzjonali jew negattivi, b’mod partikolari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tirreferi l-argument lill-Qorti tal-Ġustizzja tal- Unjoni Ewropea direttament skont l-Artikolu 108(2) tat- TFUE<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE ma jipprevedix fażi prekontenzjuża, b’differenza mill-Artikolu 258 TFUE. Kif issostni l-Kummissjoni, il-fażi ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tagħha li tirrikjedi l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat għandha titqies li hija paragunabbli mal-fażi prekontenzjuża tal-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE, li tikkorrispondi ma’ attivitajiet ta’ investigazzjoni fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Fil-fatt, hekk kif l-Avukat Ġenerali Wathelet irrileva, essenzjalment, fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Franza vs Schlyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑331/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:280">EU:C:2017:280</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>attivitajiet ta’ investigazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> previst mir-Regolament Nru 1049/2001 ikopri l-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, kif jirriżulta mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-investigazzjonijiet li jistgħu jwasslu għall-ftuħ ta’ din il-proċedura (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti u kif issostni l-Kummissjoni, il-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat tikkorrispondi għal attivitajiet ta’ investigazzjoni, imwettqa mill-Kummissjoni, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, kif iddefiniti fil-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-argument tar-rikorrenti li jgħid li, jekk il-ġustifikazzjoni esposta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienet applikabbli għal dokumenti li l-Kummissjoni tkun tista’ tuża eventwalment fil-kuntest ta’ proċeduri futuri ta’ ksur potenzjali, il-prinċipju tal-aċċess għal dokumenti u r-Regolament Nru 1049/2001 jitilfu s-sens tagħhom. Fil-fehma tagħha, kważi d-dokumenti kollha miġbura mill-Kummissjoni fi kwalunkwe kuntest jistgħu fil-fatt ma jiġux żvelati, peress li kwalunkwe dokument jista’ jintuża fil-kuntest ta’ proċeduri li jista’ jkollhom effett fuq investigazzjonijiet potenzjali mwettqa mill-Kummissjoni, indipendentement miċ-ċirkustanzi li fihom inġabar. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li din ma hijiex kwistjoni ta’ investigazzjonijiet potenzjali, iżda ta’ proċedura amministrattiva preċiża, li l-punt tat-tluq tagħha hija deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddefinixxi l-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni sussegwenti għall-adozzjoni tagħha sabiex tittieħed deċiżjoni ġdida min-naħa tagħha, dwar it-tressiq ta’ kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 108(2) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm ma jistax jiġi miċħud li teżisti rabta bejn il-fażi ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat u dik ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni sa fejn it-tieni waħda hija l-konsegwenza tal-ewwel waħda, ma jistax jiġi kkunsidrat li, fir-rigward<?PAGE NO="16"?> tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, teżisti kontinwità proċedurali bejn dawn iż-żewġ fażijiet. Fil-fatt, għandu jiġi kkonstatat li l-attivitajiet ta’ investigazzjoni matul kull waħda minnhom huma differenti fir-rigward tar-raġuni għat-tnedija u għall-għan tagħhom. Għaldaqstant l-argumenti tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">ii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-preġudizzju għall-protezzjoni tal-għanijiet ta’ attivitajiet ta’ investigazzjonijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, sabiex jiġi ġġustifikat ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument li tiegħu ntalab l-iżvelar, fil-prinċipju, ma huwiex biżżejjed li dan id-dokument jirrigwarda attività msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. L-istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni kkonċernat għandu wkoll jagħti spjegazzjonijiet fir-rigward tal-kwistjoni dwar kif l-aċċess għall-imsemmi dokument jista’ konkretament u effettivament jippreġudika l-interess protett minn eċċezzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-fażi ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat għandha titqies li hija paragunabbli mal-fażi prekontenzjuża tal-proċedura prevista fl-Artikolu 258 TFUE (ara l-punt 75 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, jista’ jiġi preżunt li l-iżvelar tad-dokumenti marbuta ma’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, matul il-fażi prekontenzjuża tagħha, għandu r-riskju li jibdel in-natura ta’ din il-proċedura kif ukoll jimmodifika l-iżvolġiment tagħha, u li, għalhekk, dan l-iżvelar jikkonċerna, fil-prinċipju, ksur għall-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE>, L‑<NAME.CASE>Isvezja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑562/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:356">EU:C:2017:356</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fil-fatt hija kunsidrat li l-istħarriġ li l-Kummissjoni intalbet twettaq fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa ta’ natura amministrattiva, li fil-kuntest tiegħu hija għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa u għandha djalogu bilaterali mal-Istati Membri kkonċernati. Min-naħa l-oħra, il-partijiet l-oħra minbarra dawn l-Istati Membri ma kellhomx garanziji proċedurali speċifiċi li l-osservanza tagħhom kienet suġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑111/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:482">EU:T:2013:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għaldaqstant, skont il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni għandha d-dritt tħares il-kunfidenzjalità tad-dokumenti miġbura fil-kuntest ta’ investigazzjoni relatata ma’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li l-iżvelar tagħhom ikun jista’ jippreġudika l-klima ta’ fiduċja li għandha teżisti, bejnha stess u bejn l-Istat Membru kkonċernat, bl-għan ta’ soluzzjoni kunsenswali għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni li eventwalment jinstab (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130913">13 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑111/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:482">EU:T:2013:482</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li din il-proċedura hija bilaterali, peress li din tiżvolġi bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat. Fil-kuntest ta’ din il-proċedura,<?PAGE NO="17"?> il-partijiet interessati minbarra dan l-Istat Membru ma jibbenefikawx mid-dritt li jikkonsultaw id-dokumenti tal-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni u l-ebda rwol partikolari ma huwa rriżervat għalihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk il-partijiet interessati minbarra l-Istat Membru kkonċernat ikunu f’pożizzjoni li jiksbu, abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, l-aċċess għad-dokumenti tal-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni dwar il-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, tali żvelar ikun jista’ jbiddel in-natura u l-iżvolġiment ta’ tali proċedura bilaterali, billi jippermetti, jekk ikun il-każ, lil terzi jieħdu pożizzjoni dwar l-informazzjoni pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat u b’hekk jippreġudikaw il-protezzjoni tal-għanijiet ta’ investigazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat, kooperazzjoni leali u fiduċja reċiproka bejn il-Kummissjoni u l-Istat responsabbli mill-għoti tal-għajnuna huma indispensabbli sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jesprimu ruħhom liberament. Għalkemm l-imsemmi Stat Membru huwa obbligat jeżegwixxi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u għalkemm din tal-aħħar għandha tiżgura l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tagħha, l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru teħtieġ skambji bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari, iżda mhux biss, meta dan tal-aħħar jiltaqa’ ma’ diffikultajiet waqt l-irkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Issa, djalogu bilaterali bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat jista’ jippermetti li tiġi żgurata l-kooperazzjoni leali ta’ dan tal-aħħar, filwaqt li tiġi żgurata mill-Kummissjoni l-eżekuzzjoni tajba tad-deċiżjoni tagħha mill-iktar fis possibbli. Kif issostni din tal-aħħar, żvelar tad-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat jikkomprometti s-segwitu ta’ din il-proċedura u r-rieda tal-Istati Membri li jipprovdu spjegazzjonijiet iddettaljati b’mod partikolari fuq l-istat ta’ progress tal-irkupru u fuq id-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom waqt l-irkupru tagħhom. B’hekk, jista’ jkun iktar diffiċli għall-Kummissjoni li tikseb tali informazzjoni kif ukoll, jekk ikun il-każ, li tibda proċess ta’ negozjati u li tasal għal ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, li jtemm nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu li jista’ jiġi allegat fil-konfront ta’ dan tal-aħħar, li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, sabiex id-dritt tal-Unjoni jkun jista’ jiġi osservat u jiġi evitat rimedju ġudizzjarju skont l-Artikolu 108(2) TFUE (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-istess raġunijiet bħal dawk invokati fl-okkażjoni ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, u b’mod partikolari tal-fażi prekontenzjuża tagħha, imfakkra fil-punti 81 u 83 iktar ’il fuq, u fid-dawl tal-pożizzjoni partikolari tal-Istat Membru kkonċernat fil-kuntest tal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, għandu jiġi ammess li, bħala prinċipju, l-iżvelar ta’ dokumenti relatati ma’ din il-proċedura jikkomprometti d-djalogu u, għaldaqstant, il-kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, fid-dawl tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, id-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat huma parti mill-fajl amministrattiv tal-Kummissjoni dwar il-miżura jew miżuri nazzjonali inkwistjoni li għandha tiġi distinta minn dik li tikkonċerna l-fażi ta’ klassifikazzjoni tal-miżura jew miżuri ta’ għajnuna mill-Istat (ara l-punt 63 iktar ’il fuq). Bl-istess mod, il-fażi ta’ investigazzjoni qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat għandha tiġi distinta<?PAGE NO="18"?> minn dik tal-verifika tal-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni (ara l-punt 78 iktar ’il fuq). Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li, kuntrarjament għal dak li sostniet il-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, id-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat ma humiex koperti mill-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità li tikkonċerna d-dokumenti tal-fajl amministrattiv relatat ma’ proċedura ta’ stħarriġ tal-għajnuna mill-Istat, kif irrikonoxxuta mill-ġurisprudenza (ara l-punt 53 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-raġunijiet li wasslu għar-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali, skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, applikabbli għad-dokumenti miġbura fil-kuntest ta’ investigazzjoni dwar proċedura potenzjali għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jiġġustifikaw ir-rikonoxximent ta’ preżunzjoni ġenerali, skont l-istess dispożizzjoni, applikabbli għad-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat (ara l-punt 88 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li l-Kummissjoni ma wettqitx żball ta’ liġi meta kkunsidrat li d-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat kienu koperti minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi eżaminat jekk il-Kummissjoni applikatx, f’dan il-każ, il-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità msemmija fil-punt 91 iktar ’il fuq, mingħajr ma wettqet żball ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikazzjoni tal-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità għad-dokumenti mitluba</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni b’mod partikolari indikat, kif tammetti r-rikorrenti, li l-assenza ta’ osservanza tad-deċiżjoni tagħha li tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat Membru kkonċernat seta’ wassal għall-ftuħ ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Għaldaqstant hija qieset li r-raġunament segwit sabiex tiġi rrikonoxxuta l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità applikabbli għad-dokumenti miġbura fil-kuntest ta’ investigazzjoni dwar proċeduri ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu japplika <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> sabiex jiġi rrifjutat l-iżvelar tad-dokumenti inkwistjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm huwa eżatt li, kif issostni r-rikorrenti, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni ma għamlitx riferiment għall-proċedura ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament 2015/1589, madankollu jsir riferiment ċar biżżejjed għall-proċedura ta’ rkupru u għaldaqstant huwa irrilevanti li hija ma ċċitatx din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie rrilevat fil-punt 4 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti talbet l-aċċess għad-dokumenti rilevanti tal-Kummissjoni li fihom informazzjoni dwar il-progress tal-irkupru u dwar l-ammont tal-għajnuna mill-Istat irkuprat mir-Repubblika Slovakka wara d-Deċiżjoni 2015/1826.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet mingħajr ma twettaq żball ta’ evalwazzjoni tqis li d-dokumenti mitluba kienu koperti minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità, ibbażata fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li tapplika għad-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat (ara l-punt 91 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hija bl-ebda mod ikkontestata bl-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, skont ir-rikorrenti, il-fatt li tintlaqa’ l-applikazzjoni tagħha għal aċċess għad-dokumenti mitluba ma jistax jippreġudika r-rieda tar-Repubblika Slovakka li tikkoopera mal-Kummissjoni fil-kuntest tal-investigazzjoni tagħha. Anki jekk, kif hija ssostni, l-applikazzjoni tagħha ma tikkonċernax argumenti sostantivi ppreżentati minn dan l-Istat, dan huwa minnu biss sa fejn dawn l-argumenti jirrigwardaw il-klassifikazzjoni tal-miżuri nazzjonali eżaminati fid-Deċiżjoni 2015/1826. Min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tagħha tista’ tikkonċerna argumenti sostantivi tal-imsemmi Stat dwar l-implimentazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm isir riferiment għal numru ta’ sentenzi preċedenti fid-deċiżjoni kkontestata, l-ebda waħda minnhom ma hija applikabbli f’dan il-każ. Fil-fehma tagħha, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011211">11 ta’ Diċembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Petrie <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑191/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2001:284">EU:T:2001:284</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑278/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:593">EU:T:2012:593</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑39/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:560">EU:T:2018:560</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kienu jikkonċernaw applikazzjonijiet għal aċċess għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>dokumenti sostantivi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> mfassla mill-Kummissjoni dwar ksur potenzjali tad-dritt tal-Unjoni, u mhux informazzjoni speċifika dwar l-istat ta’ progress tar-rimbors ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ċċitat it-tielet sentenza msemmija fil-punt 99 iktar ’il fuq sabiex issostni l-affermazzjoni tagħha li l-azzjonijiet li hija kienet bdiet fl-istadju tal-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata l-illegalità ta’ għajnuna mill-Istat kienu jikkostitwixxu attivitajiet ta’ investigazzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. L-istess japplika fir-rigward tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Franza vs Schlyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑331/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:639">EU:C:2017:639</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li għaliha r-rikorrenti kellha l-intenzjoni li tirreferi fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, hekk kif hija ppreċiżat waqt is-seduta, meta hija kienet semmiet b’mod żbaljat is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>sentenza Franza vs Il‑Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ċċitat l-ewwel żewġ sentenzi msemmija fil-punt 99 iktar ’il fuq insostenn tal-affermazzjoni tagħha li r-raġunament segwit dwar l-eżistenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità li tkopri d-dokumenti li jikkonċernaw investigazzjonijiet li jistgħu eventwalment iwasslu għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kien applikabbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> għad-dokumenti bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ. Issa, ġie kkunsidrat li dawn ir-raġunamenti tal-Kummissjoni ma kinux ivvizzjati bi żbalji ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti tallega li, anki jekk jiġi aċċettat, kif ġie ssuġġerit mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li informazzjoni dwar proċedura ta’ ksur tista’ tibbenefika mill-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, hija ma kienet taf dwar ebda proċedura ta’ ksur li kienet inbdiet kontra r-Repubblika Slovakka wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2015/1826. F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, sa fejn dan l-Istat huwa obbligat li jirkupra l-għajnuna mill-Istat inkwistjoni skont id-Deċiżjoni 2015/1826 u li, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, il-Kummissjoni tista’ tirreferi direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ rkupru, ma hemmx bżonn li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>tinbeda<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> proċedura ġdida fis-sens tal-Artikolu 108(2) TFUE jew li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>tinbeda<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> proċedura skont l-Artikolu 258 TFUE kontra dan l-Istat. Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ssostni wkoll ir-rikorrenti, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, l-Kummissjoni ma tirreferix għal proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu miftuħa kontra r-Repubblika Slovakka fir-rigward tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2015/1826.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni estensiva tal-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali tal-iżvelar tad-dokumenti pubbliċi, stabbilit mir-Regolament Nru 1049/2001, meta l-prattika tagħha stess tenfasizza li l-motivi li hija tinvoka ma humiex applikabbli għall-applikazzjoni għal aċċess. Hija tiċċita, bħala eżempju, sitt każi li fihom il-Kummissjoni ppubblikat, qabel il-ftuħ tal-proċeduri ta’ ksur, komunikati stampa li jinkludu informazzjoni komparabbli għal dik li hija kienet qiegħda tfittex li tikseb permezz tal-applikazzjoni tagħha. F’dawn il-komunikati kif ukoll fl-ittra tagħha ta’ Ġunju 2015 li tinforma lil AlzChem Trostberg AG dwar l-istat ta’ progress tal-irkupru minn terzi ta’ ċerti multi fil-qasam tal-akkordji, il-Kummissjoni b’hekk uriet li kien possibbli li tiġi prodotta data kwantitattiva mingħajr ma tiżvela data sostanzjali. F’dan il-każ, hija setgħet għalhekk tillimita ruħha li tiżvela biss l-informazzjoni kwantitattiva dwar l-istat tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li, fis-sitt każi ċċitati mir-rikorrenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippubblika, permezz ta’ komunikati stampa, ċerta informazzjoni, bħad-deċiżjoni tagħha li tmur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja b’rikors dirett kontra kull wieħed mis-sitt Stati Membri kkonċernati. Madankollu, kif issostni l-Kummissjoni, il-pubblikazzjoni ta’ tali komunikati ma tippreġudikax l-applikabbiltà tal-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità għad-dokumenti li jikkonċernaw il-fażi ta’ eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2015/1826 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181205">5 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Campbell vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑312/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:876">EU:T:2018:876</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan huwa iktar u iktar minnu, kif tirrileva l-Kummissjoni, meta hija tkun għadha ma ddeċidietx li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, sa fejn l-argument tar-rikorrenti jista’ jiġi interpretat bħala applikazzjoni għal aċċess parzjali għad-dokumenti inkwistjoni, billi jkollu aċċess biss għal ċerta informazzjoni, dan għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, il-kunċett ta’ dokument u dak ta’ informazzjoni għandhom jiġu distinti. Id-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għal dokument tal-istituzzjonijiet jirrigwarda biss dokumenti, u mhux informazzjoni mifhuma b’mod iktar ġenerali, u ma jimplikax li l-istituzzjonijiet għandhom l-obbligu li jwieġbu għal kull talba għal informazzjoni ta’ individwu (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070425">25 ta’ April 2007</DATE>, <NAME.CASE>WWF European Policy Programme vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑264/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2007:114">EU:T:2007:114</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni setgħet tibgħatilha dokument li juri li ċertu perċentwali tal-għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli kienet ġiet irkuprata, dan ikun ifisser li tiġi kkomunikata lilha informazzjoni sostanzjali, kuntrarjament għal dak li timplika. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti li għalihom tapplika preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità, bħal dawk mitluba, l-imsemmija preżunzjoni tfisser li d-dokumenti koperti minnha jevitaw l-obbligu ta’ żvelar, sħiħ jew parzjali, tal-kontenut tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>AlzChem vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑451/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:588">EU:T:2017:588</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, l-ewwel u t-tieni parti tal-ewwel motiv għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ parti, ibbażata fuq implimentazzjoni diskriminatorja tal-eċċezzjonijiet għall-iżvelar tal-informazzjoni dwar l-irkupru</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tallega li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni implimentat b’mod diskriminatorju, bi ksur tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, eċċezzjonijiet għall-iżvelar tal-informazzjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat. Fl-ewwel lok, hija ssostni li,<?PAGE NO="21"?> f’sitt kawżi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ppubblikat informazzjoni dwar ammonti li ma kinux ġew irkuprati, u dan qabel il-ftuħ ta’ proċedura ta’ ksur kontra l-Istati Membri kkonċernati u meta kienu pendenti proċeduri ġudizzjarji relatati mad-deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat sottostanti. L-interess allegat tas-salvagwardja tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni pendenti jew tal-interessi kummerċjali għalhekk ma pprekludiex lill-Kummissjoni milli tiżvela l-isem tal-benefiċjarji, li ġew identifikati jew identifikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tinvoka fir-replika l-iżvelar mill-Kummissjoni ta’ informazzjoni kwantitattiva u sostanzjali dwar l-istat ta’ rkupru ta’ multi fil-qasam tal-akkordji, filwaqt li wħud mid-deċiżjonijiet li jimponuhom kienu s-suġġett ta’ proċeduri quddiem il-qorti tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[k]ull persuna hija ugwali f’għajnejn il-liġi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Qabel ma l-Artikolu 6 TUE jagħti saħħa legalment vinkolanti lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà kkunsidrat li l-prinċipju ta’ ugwaljanza kien wieħed mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li kellhom jiġu rrispettati minn kwalunkwe qorti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19771019">19 ta’ Ottubru 1977</DATE>, <NAME.CASE>Ruckdeschel <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>117/76 u 16/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:160">EU:C:1977:160</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-osservanza ta’ dan il-prinċipju tirrikjedi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060711">11 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Franz Egenberger,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑313/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:454">EU:C:2006:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kif issostni r-rikorrenti, fl-ittra tal‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, il-Kummissjoni rrifjutatilha l-aċċess għad-dokumenti mitluba għar-raġuni li d-Deċiżjoni 2015/1826 kienet is-suġġett ta’ proċeduri pendenti u li, għaldaqstant, kien japplika t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li din il-kunsiderazzjoni ma ġietx riprodotta fid-deċiżjoni kkontestata u li l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni li hija tadotta bi tweġiba għall-applikazzjoni konfermatorja, bl-ebda mod ma hija obbligata żżomm il-bażi legali użata insostenn tar-risposta tagħha għat-talba inizjali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170328">28 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Telekom vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑210/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:224">EU:T:2017:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant huwa irrilevanti l-fatt li, f’erba’ mis-sitt każi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat iċċitati mir-rikorrenti li għalihom ġiet ippubblikata stqarrija għall-istampa, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li skonthom l-Istat Membru kkonċernat kien marbut b’obbligu ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni kienu s-suġġett ta’ rikors pendenti quddiem il-qorti tal-Unjoni, bħal f’dan il-każ fir-rigward tad-Deċiżjoni 2015/1826.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li jgħid li ma jistax jinftiehem kif il-Kummissjoni setgħet tqis li l-investigazzjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna kienet magħluqa fis-sitt każi li hija tiċċita, filwaqt li l-kunċett ta’ investigazzjonijiet pendenti, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, ikopri l-perijodi li matulhom il-proċeduri jitkomplew quddiem il-qorti tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni kienet għaldaqstant l-istess f’dawn is-sitt każi u f’dan il-każ. Minbarra l-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punt 103 iktar ’il fuq, għandu jiġi ppreċiżat li, għalkemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata li ngħatat għajnuna mill-Istat timplika li din l-istituzzjoni tqis li l-investigazzjoni tagħha intiża sabiex tiddetermina l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat wasslitha għal konklużjoni, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-imsemmija deċiżjoni hija s-suġġett ta’ rikors pendenti quddiem il-qorti tal-Unjoni għandu bħala konsegwenza li d-dokumenti relatati mal-imsemmija investigazzjoni jibqgħu koperti minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità. L-istess japplika fir-rigward tad-dokumenti relatati<?PAGE NO="22"?> mal-fażi ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tmur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, billi tikkunsidra li d-deċiżjoni tagħha li tirrikjedi l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni ma ġietx eżegwita. Għaldaqstant, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni setgħet tqis li l-investigazzjoni dwar l-irkupru tal-għajnuna kienet twettqet fi tmiemha fis-sitt każi li hija tiċċita, ma teżistix differenza bejniethom u dan il-każ fir-rigward tal-applikabbiltà tal-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità li tapplika għad-dokumenti relatati mal-proċedura ta’ stħarriġ tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tas-sitt każi ċċitati mir-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma tatx aċċess għal dokumenti, iżda informat lill-pubbliku, permezz ta’ komunikati stampa, bid-deċiżjoni tagħha li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra l-Istati Membri kkonċernati, minħabba li, fil-fehma tagħha, huma ma kinux eżegwixxew deċiżjonijiet li jirrikjedu l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat. Għaldaqstant, kif tiddikjara l-Kummissjoni, is-sitwazzjoni f’dawn is-sitt każi hija differenti minn dik tal-każ preżenti sa fejn ir-rikorrenti talbet lill-Kummissjoni aċċess għal dokumenti skont ir-Regolament Nru 1049/2001. Barra minn hekk, ma jeżistux elementi li jippermettu li jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra r-Repubblika Slovakka, billi invokat l-assenza ta’ eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2015/1826 (ara l-punt 101 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-każi fil-qasam ta’ pagament ta’ multi ċċitati mir-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li, kif tinvoka l-Kummissjoni, il-provi prodotti huma ġodda, peress li ġew prodotti fl-istadju tar-replika. Issa, ir-rikorrenti ma ressqet ebda prova intiża sabiex turi li d-dokumenti prodotti, li huma, minn naħa, l-applikazzjoni għal aċċess għad-dokumenti mressqa minn AlzChem Trostberg skont ir-Regolament Nru 1049/2001 fir-rigward tal-ammont tal-multi effettivament imħallsa mid-destinatarji ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ każi fid-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (Anness C.1 tar-replika) u, min-naħa l-oħra, ir-risposta tal-Kummissjoni għal din l-applikazzjoni, ma kinux fil-pussess tagħha fil-mument tal-preżentata tar-rikors, u lanqas ma kienu fil-pussess tagħha, lanqas elementi li jippermettu li jiġu stabbiliti r-raġunijiet li għalihom l-imsemmija provi ma ġewx prodotti mar-rikors. Għaldaqstant, il-produzzjoni tagħhom fl-istadju tar-replika hija tardiva u l-Annessi C.1 u C.2 tar-replika huma inammissibbli skont l-Artikolu 85(1) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, minbarra l-fatt li, b’differenza mill-proċedura ta’ rkupru wara d-Deċiżjoni 2015/1826, tlieta mis-seba’ każi ċċitati kienu magħluqa u li l-Kummissjoni, permezz tal-ittra tagħha tal‑<DATE ISO="20050611">11 ta’ Ġunju 2005</DATE>, li tinsab fl-Anness C.2, ma tatx aċċess għal dokumenti, iżda kkomunikat informazzjoni, l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat jinsab, kif issostni l-Kummissjoni, f’kuntest legali differenti minn dak tal-ħlas ta’ multa imposta f’deċiżjoni li hija tadotta skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101] u [102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205). B’hekk, kif tesponi l-Kummissjoni, l-obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat ma huwiex sanzjoni imposta fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna, u lanqas barra minn hekk fuq l-Istat Membru kkonċernat, u l-proċedura ta’ rkupru tiżvolġi esklużivament ma’ dan l-Istat, destinatarju tad-deċiżjoni ta’ rkupru, bħala l-unika parti li wettqet ksur tad-dritt tal-Unjoni (Artikolu 108(3) TFUE), filwaqt li multa imposta fuq impriża tissanzjona l-ksur tagħha tar-regoli tal-kompetizzjoni. Dawn id-differenzi kollha jimplikaw li dawn ma humiex sitwazzjonijiet paragunabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-Kummissjoni ma tistax tiġi akkużata bi ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Konsegwentement, ir-raba’ motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="23"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames parti, ibbażata fuq l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk jitqies li l-Kummissjoni ġustament ikkonkludiet li l-applikazzjoni tagħha kienet tikkonċerna dokumenti koperti mill-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, fl-ewwel lok, hija kellha tiżvelahom abbażi tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri, li jikkonsisti fil-garanzija tad-dritt għal rimedju effettiv skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tinvoka l-importanza tat-trasparenza u tal-kontroll pubbliku fuq l-azzjonijiet tal-Kummissjoni. B’hekk, l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-għan tal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni u l-Kummissjoni ma għandhiex tkun awtorizzata tużaha bil-għan biss li tevadi l-kontroll tal-pubbliku. Anki jekk ir-rikorrenti ma tikkritikax lill-Kummissjoni li ma tiftaħx proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika Slovakka skont l-Artikolu 258 TFUE, peress li din id-deċiżjoni taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tagħha, din l-istituzzjoni hija madankollu responsabbli fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni għan-nuqqas ta’ azzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tal-baġit tal-Istati Membri kontra l-effetti devastanti tat-tiġrija għall-għajnuna mill-Istat u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’dan il-qasam huma, kull waħda minnhom, ta’interess pubbliku superjuri, u mhux tal-interess privat tar-rikorrenti. Kif osservat il-Kummissjoni fl-istudju tagħha dwar l-applikazzjoni fuq livell nazzjonali tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, żewġ istituzzjonijiet Ġermaniżi enfasizzaw l-interess pubbliku marbut mal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti żżid li l-qorti tal-Unjoni interpretat u applikat b’mod restrittiv ir-Regolament Nru 1049/2001, li ġie kkritikat mill-Parlament Ewropew, filwaqt li kwalunkwe eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti jew kwalunkwe limitazzjoni ta’ dan id-dritt għandha tiġi interpretata b’mod strett. Peress li l-applikazzjoni tagħha ma tirrigwardax dokument jew informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil NCHZ, il-Kummissjoni ma għandhiex tkun awtorizzata li tillimita anki iktar id-dritt fundamentali ta’ aċċess għad-dokumenti taċ-ċittadini tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[l]-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, b’mod partikolari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>l-iskop ta' ispezzjonijiet, invesitgazzjoni u verifiki, jekk ma jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Kif tfakkar fil-punt 43 iktar ’il fuq, preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità bbażata fuq l-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma teskludix il-possibbiltà li jintwera li jeżisti interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, hija l-parti li ssostni li hemm interess pubbliku superjuri li għandha tinvoka b’mod konkret iċ-ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u<?PAGE NO="24"?> C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sea Handling vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑271/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:557">EU:C:2016:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>B’hekk, is-sistema ta’ eċċezzjonijiet prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, u b’mod partikolari fil-paragrafu 2 tiegħu, hija bbażata fuq l-ibbilanċjar tal-interessi opposti f’sitwazzjoni partikolari, jiġifieri, minn naħa, l-interessi li jkunu promossi mill-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati u, min-naħa l-oħra, dawk li huma ppreġudikati minn dan l-iżvelar. Id-deċiżjoni meħuda fuq applikazzjoni għal aċċess għal dokumenti tiddependi mill-kwistjoni dwar liema huwa l-interess li għandu jipprevali fil-każ inkwistjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>AlzChem vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑451/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:588">EU:T:2017:588</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandhom jiġu analizzati l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-ewwel lok, fir-rikors, ir-rikorrenti tinvoka l-interess pubbliku superjuri li jikkonsisti fil-garanzija tad-dritt għal rimedju effettiv skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Madankollu, ma hemmx lok li jiġi eżaminat dan l-ilment, peress li, meta ġiet mistoqsija f’dan ir-rigward waqt is-seduta, ir-rikorrenti kkonfermat l-assenza ta’ rabta diretta bejn ir-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba u l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Hija indikat ukoll li l-Qorti Ġenerali ma kellhiex tieħu inkunsiderazzjoni r-riferiment għall-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jikkonsisti f’li jiġi ggarantit id-dritt għal rimedju effettiv, kif imsemmi fit-titlu tal-ħames parti tal-ewwel motiv, u ttieħdet nota ta’ dan fil-proċess verbali tas-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti tinvoka, billi tirreferi għall-premessa 2 tar-Regolament Nru 1049/2001, l-importanza tat-trasparenza u tal-iskrutinju pubbliku fuq l-azzjonijiet tal-Kummissjoni, li ma għandhiex tkun awtorizzata tuża l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament bil-għan biss li tkopri n-nuqqas ta’ azzjoni tagħha u li tevita l-kontroll tal-pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-interess marbut mat-trasparenza jikkostitwixxi ċertament interess pubbliku, sa fejn huwa ta’ natura oġġettiva u ġenerali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Arca Capital Bohemia vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑440/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:898">EU:T:2018:898</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Technion u Technion Research &amp; Development Foundation vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑480/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:272">EU:T:2015:272</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Madankollu, kif tfakkar fil-punt 37 iktar ’il fuq, sa fejn jikkonċerna t-trasparenza u l-kontroll pubbliku tal-azzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni, il-qrati tal-Unjoni rrikonoxxew li l-attività amministrattiva tagħha ma kinitx tirrikjedi l-istess portata tal-aċċess għad-dokumenti bħal dik rikjesta mill-attività leġiżlattiva ta’ istituzzjoni tal-Unjoni. Fil-każ inkwistjoni, id-dokumenti mitluba jaqgħu manifestament fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva, jiġifieri proċedura ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat wara deċiżjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-prinċipju ta’ trasparenza u d-dritt tal-pubbliku li jiġi informat dwar ix-xogħol tal-istituzzjonijiet ma jistgħux jiġġustifikaw l-iżvelar ta’ dokumenti relatati mal-proċedura ta’ kontroll tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tista’ twassal sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tiġi adita skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE u hija paragunabbli mal-fażi prekontenzjuża ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (ara l-punt 75 iktar ’il fuq) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ClientEarth vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑612/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:486">EU:C:2015:486</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li hija l-Kummissjoni, meta tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu, li għandha tevalwa l-opportunità li taġixxi kontra dan l-Istat, li għandha tiddetermina d-dispożizzjonijiet li jkun kiser u li tagħżel il-mument meta tibda l-proċedura prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE fir-rigward tiegħu. Konsegwentement, ir-rikorrenti jew ċittadin ma għandux id-dritt li jirrikjedi li l-Kummissjoni tieħu pożizzjoni f’sens partikolari jew li tikkontesta rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura kontra r-Repubblika Slovakka (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-għan invokat mir-rikorrenti sabiex tiġġustifika l-iżvelar tad-dokumenti mitluba, li jikkonsisti fl-eżerċizzju ta’ kontroll fuq l-azzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ kontroll tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2015/1826 inkwistjoni, iwassal sabiex tiġi miċħuda, kuntrarjament għal dak li hija ssostni, l-eżistenza tas-setgħa diskrezzjonali li tgawdi din l-istituzzjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE, filwaqt li l-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità marbuta mad-dokumenti kollha relatati ma’ tali proċedura hija intiża preċiżament sabiex tipproteġi l-azzjoni, b’mod partikolari, in-natura utli tal-azzjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dawn id-dokumenti (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il‑Finlandja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni, kif ġustament irrilevat, għandha tiżgura li tinforma lill-pubbliku dwar il-progress ta’ fajls ta’ ksur speċifiċi permezz tal-pubblikazzjoni ta’ komunikati stampa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170123">23 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Justice &amp; Environment vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑727/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:18">EU:T:2017:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, l-interess pubbliku dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat kif ukoll l-interess pubbliku tal-protezzjoni tal-baġit tal-Istati Membri kontra l-effetti devastanti tat-tiġrija għall-għajnuna mill-Istat u tal-obbligu ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli mas-suq intern fil-baġit tal-Istati Membri kkonċernati minn deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat. Dan l-argument ma jistax madankollu jiġi aċċettat. Kif issostni l-Kummissjoni, il-fatt li r-rikorrenti tingħata aċċess għad-dokumenti mitluba ma jippermettix li jiġi ggarantit l-interess pubbliku tal-protezzjoni tal-baġit tal-Istati Membri permezz tal-irkupru tal-għajnuna mill-Istat illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-qorti tal-Unjoni applikat b’mod restrittiv ir-Regolament Nru 1049/2001, filwaqt li kwalunkwe eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti jew kwalunkwe limitazzjoni ta’ dan id-dritt għandhom jiġu interpretati b’mod strett, u li, essenzjalment, l-applikazzjoni tagħha ma taqax fl-eċċezzjoni intiża sabiex tipproteġi l-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni. Issa, sa fejn hija tikkontesta l-fatt li l-applikazzjoni tagħha għal aċċess setgħet tiġi koperta mill-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-argumenti tagħha jirrigwardaw kwistjoni distinta minn dik dwar jekk, fil-każ ta’ applikazzjoni ta’ eċċezzjoni, interess pubbliku superjuri jippermettix li tali applikazzjoni tiġi eskluża. Għaldaqstant din hija irrilevanti fil-kuntest ta’ din il-parti. Barra minn hekk, din ġiet eżaminata u miċħuda fil-kuntest tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-ħames parti tal-ewwel motiv għandha tiġi miċħuda kif ukoll l-ewwel motiv kollu kemm hu, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi eżaminata t-tielet parti tagħha, sa fejn l-eċċezzjoni intiża sabiex tipproteġi l-investigazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni kienet bażi<?PAGE NO="26"?> awtonoma u suffiċjenti sabiex tiġġustifika l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u sa fejn żball eventwali li jivvizzja t-tieni motiv tal-imsemmija deċiżjoni, dwar l-eċċezzjoni intiża għall-protezzjoni tal-interessi kummerċjali, li hija s-suġġett tat-tielet parti tal-ewwel motiv huwa fi kwalunkwe każ mingħajr effett fuq il-legalità ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fir-rigward tar-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti mitluba f’verżjoni mhux kunfidenzjali jew fil-bini tal-Kummissjoni.</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tindika li pproponiet, fl-applikazzjoni konfermattiva, aċċess għad-dokumenti f’verżjoni mhux kunfidenzjali jew fil-bini tal-Kummissjoni. Madankollu, din ikkunsidrat li, minħabba l-applikazzjoni tal-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità għall-iżvelar parzjali, aċċess parzjali ma setax jingħata. Ir-rikorrenti tqis li, peress li hija rrifjutat il-motivi kollha li jistgħu jiġġustifikaw ir-rifjut ta’ żvelar tad-dokumenti mitluba, fosthom il-preżunzjonijiet ġenerali ta’ kunfidenzjalità invokati mill-Kummissjoni, mir-raġunament ta’ din tal-aħħar jirriżulta <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> li hija kellha tilqa’ l-applikazzjoni tagħha, tal-inqas billi tagħtiha aċċess parzjali jew fil-bini tagħha, skont, rispettivament, l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1049/2001. Madankollu, il-Kummissjoni ma esponietx il-motivi tar-rifjut tagħha f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni rikjesta mill-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi, b’mod ċar u inekwivoku, ir-raġunament tal-istituzzjoni, awtur tal-att, b’mod li jippermetti lill-persuni interessati li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u li jippermetti li l-qorti tal-Unjoni tagħmel l-istħarriġ tagħha (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080422">22 ta’ April 2008</DATE>, <NAME.CASE>AlzChem vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑408/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:236">EU:T:2008:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni jikkostitwixxi motiv ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, distint, bħala tali, mill-motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivi tad-deċiżjoni kontenzjuża, li l-istħarriġ tiegħu għandu jiġi eżaminat fil-mertu ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090619">19 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Qualcomm vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑48/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2009:212">EU:T:2009:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0179">179</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tikkonsisti fl-espressjoni formali tal-motivi li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni. Jekk dawn il-motivi huma vvizzjati bi żbalji, dawn jivvizzjaw il-legalità sostantivi tad-deċiżjoni, iżda mhux il-motivazzjoni tagħha, li tista’ tkun suffiċjenti filwaqt li jkunu espressi motivi żbaljati (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:392">EU:C:2008:392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0181">181</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni eżaminat il-possibbiltà li tagħti lir-rikorrenti aċċess parzjali għad-dokumenti kkonċernati, skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001. Hija ppreċiżat li d-dokumenti mitluba kienu madankollu koperti minn preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità bbażata fuq l-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwel u fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-istess regolament u li tali preżunzjoni kienet teskludi l-possibbiltà li jingħata aċċess parzjali għall-fajl. F’dan ir-rigward, hija rreferiet għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Sea Handling vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑271/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:557">EU:C:2016:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="27"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-Kummissjoni esponiet il-motivi li għalihom hija ċaħdet l-applikazzjoni tar-rikorrenti intiża sabiex jinkiseb aċċess għad-dokumenti f’verżjoni mhux kunfidenzjali jew fil-bini tagħha. B’hekk hija qiegħdet lir-rikorrenti f’pożizzjoni li tifhem il-motivi li għalihom din l-applikazzjoni ġiet irrifjutata u ppermettiet lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ tagħha. Għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata hija suffiċjentement motivata f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn ir-rikorrenti tallega li, peress li rrifjutat il-motivi kollha li jistgħu jiġġustifikaw ir-rifjut li jiġu żvelati d-dokumenti mitluba, il-Kummissjoni kellha tilqa’ l-applikazzjoni tagħha sabiex tikseb aċċess għalihom f’verżjoni mhux kunfidenzjali jew fil-bini tagħha, għandu jiġi kkonstatat li ma tinvokax difett jew insuffiċjenza fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, iżda li tikkontesta l-fondatezza tagħha. Fi kwalunkwe każ, dawn l-argumenti ma jistgħux jiġu aċċettati. Fil-fatt, peress li l-Kummissjoni setgħet, mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi jew ta’ evalwazzjoni, tirrifjuta l-applikazzjoni tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti mitluba billi tinvoka preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità, l-argumenti tar-rikorrenti huwa bbażati fuq premessa żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, dan ir-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata għall-ispejjeż, skont it-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">AlzChem AG hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Spielmann</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Spineanu-Matei</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Mastroianni</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid‑<DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>