|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/282 |
10.2.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/282
tal-21 ta’ Novembru 2024
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/124 fir-rigward ta’ daqsijiet ġodda tal-malji fis-sajd tal-bakkaljaw u l-mudell tar-rapport tal-osservatur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral, li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1627 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2115/2005 u (KE) Nru 1386/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 50(1) u (2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni tan-NAFO”), li ġiet approvata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3179/78 (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2019/833 jimplimenta l-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar (“CEM”) tan-NAFO fid-dritt tal-Unjoni. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/124 (3) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/833 b’għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar tan-NAFO. |
|
(4) |
Fil-laqgħa annwali tagħha f’Settembru 2024, in-NAFO emendat is-CEM tagħha billi żiedet daqsijiet ġodda tal-malji fis-sajd tal-bakkaljaw u emendat il-mudell tar-rapport tal-osservatur. |
|
(5) |
Jenħtieġ li dawn l-emendi jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/833 u r-Regolament Delegat (UE) 2020/124 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 tar-Regolament (UE) 2019/833, jiżdied il-punt (g) li ġej:
|
“(g) |
għall-bakkaljaw (COD) fid-Diviżjonijiet 3L u 3M: 155 mm jew 130 mm meta jintuża l-għarbiel imsemmi fl-Artikolu 14(3a).”. |
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2020/124 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2024
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 141, 28.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/833/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3179/78 tat-28 ta’ Diċembru 1978 li jirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 378, 30.12.1978, p. 1), ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1978/3179/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/124 tal-15 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/833 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ infurzar li japplikaw fiż-Żona Regolatorja tal-Organizzazzjoni tas-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (ĠU L 34 I, 6.2.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/124/oj).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2020/124 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-Punt 13, l-Anness I.D tas-CEM imsemmi fl-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/833 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Daqs Minimu tal-Ħut (*1)
|
|||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-punt 35, ir-rapport tal-Osservatur fl-Anness II.M tas-CEM imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 27(11) tar-Regolament (UE) 2019/833, fil-Mudell tar-Rapport tal-Osservatur Standardizzat, skont il-Punt 1.1., l-Anness II.M Informazzjoni dwar ir-Rapport Standardizzat tal-Osservatur dwar il-Vjaġġi, il-Parti 3 hija sostitwita b’dan li ġej: “Parti 3. Osservazzjonijiet dwar il-Vjaġġ Daħħal l-osservazzjoni dwar:
|
(*1) Id-daqs tal-ħut jirreferi għat-tul sal-furketta għall-Bakkaljaw tal-Atlantiku; it-tul totali għall-ispeċijiet l-oħra.
(*2) Daqsijiet iżgħar għall-ħut frisk immellaħ.
(*3) 43 cm fi 3L.”;
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/282/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)