European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4069

25.6.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-entità soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2023/1532/PESK kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1791 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1793 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar

(C/2024/4069)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Islamic Revolutionary Guard Corps Research and Self-Sufficiency Jihad Organisation (IRGC SSJO), entità li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2023/1532/PESK (1) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1791 (2) u fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2023/1529 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1793 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li din l-entità għandha tiġi inkluża fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2023/1532/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2023/1529.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-entità ikkonċernata għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2023/1529, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 3a tar-Regolament). L-entità kkonċernata tista' tibgħat talba lill-Kunsill qabel is-7 ta' Settembru 2024, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

Belgique/België

posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-entità kkonċernata qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20.

(2)   ĠU L, 2024/1791, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1791/oj.

(3)   ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1.

(4)   ĠU L, 2024/1793, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1793/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4069/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)