|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5956 |
11.11.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12399 — BRINK’S / NCR)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5956)
1.
Fit-3 ta’ Novembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Brink’s Company (“Brink’s”, l-Istati Uniti), |
|
— |
NCR Atleos Corporation (“NCR”, l-Istati Uniti). |
Brink’s se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ NCR.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Brink’s topera fuq skala dinjija fil-ġestjoni tal-kontanti u tal-oġġetti ta’ valur, fis-soluzzjonijiet diġitali bl-imnut u fis-servizzi ġestiti mill-ATMs. Il-klijenti tagħha jinkludu istituzzjonijiet finanzjarji, bejjiegħa bl-imnut, aġenziji tal-gvern, zekki, ġojjelliera u operazzjonijiet kummerċjali oħra madwar id-dinja. In-network globali ta’ Brink’s jaqdi lill-klijenti f’aktar minn 100 pajjiż, |
|
— |
NCR hija kumpanija ta’ teknoloġija finanzjarja li tipprovdi soluzzjonijiet bankarji awtodiretti fuq livell dinji. L-attivitajiet tagħha jinkludu l-manifattura u l-provvista ta’ hardware tal-ATMs, il-provvista ta’ software tal-ATMs, servizzi ta’ manutenzjoni u tiswija tal-ATMs, żvilupp u appoġġ, servizzi ġestiti mill-ATMs, soluzzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni ATM-as-a-Service, u l-użu u l-operat tal-ATMs. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12399 — BRINK’S / NCR
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5956/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)