|
22.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 277/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 81/2009
tat-3 ta' Lulju 2009
li temenda l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 101/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 (1). |
|
(2) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2009 tad-29 ta' Mejju 2009 (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar statistika dwar l-enerġija (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punt li ġej għandu jkun inkluż wara l-punt 27 (Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IV għall-Ftehim:
|
“28. |
32008 R 1099: Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar statistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1). (*1) |
(*1) Elenkat hawn għall-għanijiet tat-tagħrif biss: għall-applikazzjoni ara Anness XXI dwar statistika.” "
Artikolu 2
Il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara punt 26 (Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE) tal-Anness XXI tal-Ftehim:
|
“26a. |
32008 R 1099: Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar statistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Il-Liechtenstein hija eżentata milli tiġbor id-data meħtieġa minn dan ir-Regolament, ħlief għal data dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' prodotti tal-enerġija varji u l-produzzjoni tal-elettriku għall-Istatistiċi Annwali dwar l-Enerġija (Anness B).” |
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008 fil-lingwi Iżlandiża u Norveġiża, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Lulju 2009, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*2).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda Helen SLETNES
(1) ĠU L 309, 20.11.2008, p. 24.
(2) ĠU L 232, 3.9.2009, p. 30.
(3) ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.
(*2) Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.