|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1034 |
18.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1034
tat-23 ta’ April 2026
dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni mressaq mill-Estonja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu referenzjarju tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-Ajru Uniku Ewropew
(notifikata bid-dokument C(2026) 2553)
(It-test bl-Estonjan biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) u (2) tiegħu,
Billi:
KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI
|
(1) |
Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri jridu jfasslu pjanijiet, fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (“FABs”), li jinkludu miri ta’ prestazzjoni, għal kull perjodu referenzjarju tal-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-pjanijiet iridu jinkludu miri ta’ prestazzjoni lokali li huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-perjodu referenzjarju kkonċernat. |
|
(2) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni adottat il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu referenzjarju (“RP4”, 2025–2029). Dawk il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 (4). |
|
(3) |
Fl-1 ta’ Ottubru 2024, l-Estonja ressqet lill-Kummissjoni abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni għall-RP4. Wara l-verifika tal-kompletezza ta’ dak l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni mill-Kummissjoni, l-Estonja ressqet abbozz aġġornat tal-pjan ta’ prestazzjoni (“l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni”) fil-15 ta’ Novembru 2024. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni sabet li l-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza stabbiliti mill-Estonja fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward taż-żona tal-imposti en route tagħha ma jissodisfawx il-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punt 1.4 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 u għalhekk mhumiex konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4 |
|
(5) |
Fis-16 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Estonja bis-sejbiet rigward l-inkonsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni msemmija fil-premessa (4) permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1040 (5). F’dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet lill-Estonja bil-ħsieb li tiżgura l-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni tagħha mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4. |
|
(6) |
Fit-18 ta’ Awwissu 2025, l-Estonja ressqet abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni għall-RP4 għall-valutazzjoni mill-Kummissjoni. Wara l-verifika tal-kompletezza ta’ dak il-pjan, l-Estonja ressqet verżjoni aġġornata tal-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni (l-“abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni”) fis-6 ta’ Ottubru 2025. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 15(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni lokali inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-Estonja abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi lokali fejn rilevanti. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni b’rieżami tal-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Madankollu, l-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u s-servizzi fit-terminal imsemmija fil-punt 2.1(d)(vii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 hija soġġetta għal rieżami separat mill-Kummissjoni abbażi ta’ informazzjoni addizzjonali li waslet mingħand l-Estonja f’Diċembru 2025. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma waslet għall-ebda konklużjoni rigward il-konformità ta’ dik il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet mal-punti (e) u (f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
|
(9) |
Il-Bord ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (“PRB”), li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ prestazzjoni u ta’ imposti skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2024/2803, ressaq lill-Kummissjoni l-opinjoni tiegħu dwar il-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-Estonja fir-rigward tal-konsistenza ta’ dawk il-miri mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Is-sejbiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ġew infurmati mill-valutazzjoni teknika dettaljata stabbilita fl-opinjoni tal-PRB (7). |
VALUTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza
|
(10) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ġiet ivvalutata f’konformità mal-punt 1.1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
|
(11) |
Il-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza proposti mill-Estonja rigward l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, imqassma skont l-objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza u espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, huma kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(12) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza proposti mill-Estonja għall-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru “EANS” huma ugwali għall-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għal kull sena tal-RP4. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-EANS biex jintlaħqu l-miri lokali tas-sikurezza, bħall-inkorporazzjoni ta’ għarfien espert iddedikat fuq fatturi umani fl-organizzazzjoni u l-investiment f’sistemi li jistgħu jappoġġaw analitika tad-data aktar avvanzata għall-monitoraġġ tax-xejriet tas-sikurezza |
|
(14) |
Abbażi tas-sejbiet fil-premessi (11), (12) u (13), il-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza lokali inklużi fl-abbozz rivedut ta’ prestazzjoni nazzjonali jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. |
Valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent
|
(15) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni rigward l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri ambjentali proposti tal-Estonja tqabblu mal-valuri referenzjarji tal-effiċjenza tat-titjir en route orizzontali rilevanti stabbiliti fil-Pjan ta’ Titjib tan-Network Ewropew tar-Rotot (“ERNIP”), imfassal f’konformità mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 (8) u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024. |
|
(16) |
Il-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent proposti mill-Estonja u l-valuri referenzjarji nazzjonali korrispondenti għall-RP4 mill-ERNIP, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, huma kif ġej:
|
|
(17) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-miri ambjentali proposti mill-Estonja huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena tal-RP4. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Estonja implimentat spazju tal-ajru transfruntier b’rotot liberi flimkien mal-Latvja, il-Finlandja, l-Iżvezja, id-Danimarka u n-Norveġja, li jikkostitwixxi miżura ewlenija biex jintlaħqu l-miri ta’ prestazzjoni tal-ambjent lokali. |
|
(19) |
Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (16), (17) u (18), jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni jitqiesu bħala konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent. |
Valutazzjoni tal-miri tal-kapaċità
|
(20) |
Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tad-dewmien medju fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (“ATFM”) en route għal kull titjira ġie vvalutat abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri tal-kapaċità proposti tal-Estonja tqabblu mal-valuri referenzjali rilevanti stabbiliti fil-Pjan Operattiv għan-Network, imfassal f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024. |
|
(21) |
Il-miri tal-kapaċità en route proposti mill-Estonja għall-RP4, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira, kif ukoll il-valuri referenzjarji korrispondenti mill-Pjan Operattiv għan-Network huma kif ġej:
|
|
(22) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-kapaċità proposti mill-Estonja huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-RP4. Fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni, l-Estonja tispjega li minħabba l-prestazzjoni storikament tajba tal-EANS fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità u t-tnaqqis sinifikanti tat-traffiku minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, mhumiex meħtieġa miżuri addizzjonali għall-kisba tal-miri tal-kapaċità fl-RP4. Il-Kummissjoni tinnota li l-Estonja qed tippjana li żżomm għadd simili ta’ kontrolluri tat-traffiku tal-ajru (“ATCOs”) li jaħdmu fiċ-ċentru ta’ kontroll taż-żona ta’ Tallinn (“ACC”) matul l-RP4 meta mqabbel mal-RP3, u dan jipprovdi flessibbiltà biex jiġu akkomodati bidliet potenzjali f’daqqa fil-flussi tat-traffiku. |
|
(23) |
Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (21) u (22), jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta' prestazzjoni jitqiesu bħala konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità. |
Valutazzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza
|
(24) |
Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1040, il-Kummissjoni konkludiet li l-miri proposti tal-kosteffiċjenza en route inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-Estonja mressaq fl-2024 ma kinux konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha. L-Estonja pproponiet miri riveduti tal-kosteffiċjenza en route fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tagħha. |
|
(25) |
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-miri riveduti ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza proposti mill-Estonja fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni.
|
|
(26) |
Il-Kummissjoni tosserva li l-Estonja rrevediet il-miri tal-kosteffiċjenza lokali tagħha għal kull sena tal-RP4, li jirriżultaw, meta mqabbla mal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni mressaq fl-2024, fi tnaqqis tal-kost unitarju ddeterminat (“DUC”) għal kull sena tal-RP4. Barra minn hekk, l-Estonja aġġornat ukoll il-valur bażi tad-DUC għas-sena 2024 biex jirrifletti l-kostijiet reali mġarrba fl-2024. |
|
(27) |
It-tnaqqis tad-DUC imsemmi fil-premessa (26) jirriżulta kemm mir-reviżjoni ’l isfel tal-kostijiet iddeterminati kif ukoll mis-suppożizzjonijiet aġġornati tat-traffiku għall-RP4 applikati mill-Estonja f’konformità mat-tbassir bażi tat-traffiku ta’ STATFOR tal-Eurocontrol ta’ Frar 2025. L-għadd ta’ unitajiet ta’ servizzi en route previsti fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni għal kull sena tal-RP4 huwa ppreżentat fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
(28) |
Il-kostijiet iddeterminati riveduti tal-Estonja għall-RP4, espressi f’termini reali fil-prezzijiet tal-2022 (“EUR2022”), huma murija fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
|
(29) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri riveduti tal-kosteffiċjenza proposti mill-Estonja abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. |
|
(30) |
Rigward il-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC en route fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ -0,6 % matul l-RP4 hija anqas mix-xejra mal-Unjoni kollha ta’ -1,2 % matul l-istess perjodu. |
|
(31) |
Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC en route fil-livell taż-żona tal-imposti matul it-tielet perjodu referenzjarju (“RP3”) u l-RP4 ta’ +2,6 % hija anqas mix-xejra fit-tul mal-Unjoni kollha ta’ -1,0 % matul l-istess perjodu. |
|
(32) |
Madankollu l-Kummissjoni tinnota li minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Estonja tilfet sehem sinifikanti mit-titjiriet li jgħaddu minn fuqha li storikament kienet isservi. Tul l-RP4, dak it-tnaqqis fit-traffiku se jissokta jħalli impatt konsiderevoli fuq il-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tal-Estonja u, b’mod partikolari, iħalli effett negattiv fuq ix-xejra fit-tul tad-DUC tal-Estonja kkalkulata tul l-RP3 u l-RP4 f’daqqa |
|
(33) |
Għalhekk jeħtieġ u jixraq jiġi eżaminat, għall-fini tal-kriterju tal-valutazzjoni msemmi fil-premessa (31), jekk l-Estonja tissodisfax ix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha fl-assenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessa (32). |
|
(34) |
Għal dak il-għan, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid ix-xejra fit-tul tad-DUC tal-Estonja tul l-RP3 u l-RP4 fid-dawl tat-telf strutturali stmat tat-traffiku għall-Estonja minħabba l-gwerra fl-Ukrajna, imkejla f’unitajiet ta’ servizz en route. Dak il-kalkolu mill-ġdid iwassal għal aġġustament fix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Estonja ta’ -4,0 %, u b’hekk tisboq ix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha ta’ -1,0 %. Għalhekk, hu konkluż li l-Estonja tissodisfa l-kriterju tal-valutazzjoni msemmi fil-premessa (31), wara li jitqies l-effett tat-tnaqqis sinifikanti fit-traffiku li seħħ minħabba l-gwerra fl-Ukrajna. |
|
(35) |
Fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur bażi għad-DUC fil-livell taż-żona tal-imposti tal-Estonja ta’ EUR 49,55 fl-EUR2022 hu 5,6 % anqas mill-valur bażi medju ta’ EUR 52,48 fl-EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7, il-punt (d), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688. |
|
(36) |
Kif deskritt fil-premessa (35), huwa ċar li l-valur bażi tad-DUC tal-Estonja għall-2024 huwa aktar baxx mill-valur bażi medju tal-grupp komparatur rilevanti. Barra minn hekk, kif deskritt fil-premessi (32), (33) u (34) meta teskludi l-impatt negattiv tal-bidliet fit-traffiku li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-Estonja tissodisfa ix-xejra fit-tul tad-DUC għall-Unjoni kollha għall-RP4. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-devjazzjoni mix-xejra tad-DUC fit-tul għall-Unjoni kollha għall-RP4 msemmija fil-premessa (30) ma tipprekludix il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-Estonja milli jkunu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha. |
|
(37) |
Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (25) sa (36), il-Kummissjoni tqis li l-Estonja indirizzat b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1040 fir-rigward tar-reviżjoni tal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza lokali tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miri riveduti tal-kosteffiċjenza inklużi mill-Estonja fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4. |
KONKLUŻJONIJIET
|
(38) |
Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-Estonja huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni mressaq mill-Estonja għar-raba’ perjodu referenzjarju (“RP4”), elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4 stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Apostolos TZITZIKOSTAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/549/oj.
(2) ĠU L, 2024/2803, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2803/oj.
(3) ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/317/oj.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688 tat-12 ta’ Ġunju 2024 li tistabbilixxi l-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għar-raba’ perjodu referenzjarju mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2029 (ĠU L, 2024/1688, 17.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1688/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1040 tas-16 ta’ Mejju 2025 dwar l-inkonsistenza ta’ ċerti miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozzi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni tal-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali u funzjonali ppreżentati mill-Belġju, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, minn Franza, mil-Latvja, mil-Lussemburgu, min-Netherlands u mis-Slovakkja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu referenzjarju tal-iskema ta’ prestazzjoni u ta’ imposti tal-Ajru Uniku Ewropew (ĠU L, 2025/1040, 23.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1040/oj).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/550/oj).
(7) L-Opinjoni Nru 1-2026 tal-PRB dwar il-valutazzjoni tal-abbozzi riveduti tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni għar-raba’ perjodu referenzjarju (RP4), it-28 ta’ Jannar 2026.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/123/oj).
ANNESS
Miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni mressaq mill- Estonja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, li nstabu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu referenzjarju
QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA
Effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza
|
L-Estonja |
Miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-EASA |
|||||
|
Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru kkonċernat |
Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
EANS |
Politika u objettivi tas-sikurezza |
C |
C |
C |
C |
C |
|
Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza |
D |
D |
D |
D |
D |
|
|
Aċċertament tas-sikurezza |
C |
C |
C |
C |
C |
|
|
Promozzjoni tas-sikurezza |
C |
C |
C |
C |
C |
|
|
Kultura tas-sikurezza |
C |
C |
C |
C |
C |
|
QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT
Effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali
|
L-Estonja |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
Miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali |
6,54 % |
6,53 % |
6,52 % |
6,51 % |
6,50 % |
QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ
Dewmien medju tal-ATFM en route f’minuti għal kull titjira
|
L-Estonja |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
Miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira |
0,06 |
0,04 |
0,03 |
0,02 |
0,02 |
QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA
Kost unitarju ddeterminat għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route
|
Żona tal-imposti en route tal-Estonja |
Valur ta’ referenza tal-2019 |
Valur ta’ referenza tal-2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
2028 |
2029 |
|
Miri riveduti tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju ddeterminat en route (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022) |
38,12 EUR |
49,55 EUR |
46,29 EUR |
46,99 EUR |
48,00 EUR |
48,10 EUR |
48,18 EUR |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1034/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)