European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5438

5.9.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M.11577 — EIFFAGE / EQOS)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5438)

1.   

Fit-28 t’Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Eiffage Energie Systems, S.A. (“EES”, Franza), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Eiffage S.A. (“Eiffage”, Franza)

—

EQOs Energie Deutschland GmbH (iktar’ il quddiem “EQOS”, il-Ġermanja).

EES, u fl-aħħar mill-aħħar Eiffage, se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ EQOS.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

EES hija fornitur Franċiż ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija inkluż il-forniment ta’ sistemi u faċilitajiet tad-disinn, tal-bini, tat-tħaddim u tal-manutenzjoni li jkopru setturi bħas-settur elettriku, is-settur tal-inġinerija u tat-tisħin industrijali u tal-enerġija, tal-ventilazzjoni u tal-arja kkondizzjonata. EES hija sussidjarja proprjetà sħiħa ta’ Eiffage, l-entità omm ta’ grupp multinazzjonali Franċiż attiv fil-kostruzzjoni u l-konċessjonijiet li joperaw il-linji operatorji li ġejjin: (i) il-kostruzzjoni; (ii) l-infrastruttura; (iii) konċessjonijiet; (iv) u (iv) sistemi tal-enerġija.

—

EQOS huwa grupp multinazzjonali bbażat fil-Ġermanja li jispeċjalizza fil-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u l-ottimizzazzjoni tas-soluzzjonijiet infrastrutturali fl-oqsma tat-teknoloġija ferrovjarja, il-kostruzzjoni tal-linji fl-għoli, l-enerġija, il-komunikazzjoni, it-teknoloġija industrijali u l-inġinerija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11577 - EIFFAGE / EQOS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5438/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)