European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1382

18.7.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1382

tal-15 ta’ Lulju 2025

skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi

(notifikata bid-dokument C(2025) 4626)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 45(3) tiegħu,

Billi:

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 jistabbilixxi r-regoli għat-trasferiment tad-data personali minn kontrolluri jew proċessuri fl-Unjoni lejn pajjiżi terzi u lejn organizzazzjonijiet internazzjonali sa fejn dawn it-trasferimenti jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Ir-regoli dwar it-trasferimenti internazzjonali tad-data huma stabbiliti fil-Kapitolu V (l-Artikoli 44 sa 50) ta’ dak ir-Regolament. Filwaqt li l-fluss ta’ data personali lejn u minn pajjiżi u organizzazzjonijiet internazzjonali barra mill-Unjoni huwa essenzjali għall-espansjoni tal-kummerċ transfruntier u l-kooperazzjoni internazzjonali, il-livell ta’ protezzjoni mogħtija lid-data personali fl-Unjoni ma jridx ikun imminat minn trasferimenti lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali (2).

(2)

Skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat wieħed jew aktar f’pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jiżgura(w) livell adegwat ta’ protezzjoni. Skont dik il-kundizzjoni, it-trasferimenti tad-data personali lejn organizzazzjoni internazzjonali jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb awtorizzazzjoni ulterjuri, kif previst fl-Artikolu 45(1) u kif stabbilit fil-premessa 103 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(3)

Kif speċifikat fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza għandha tkun ibbażata fuq analiżi komprensiva tar-reġim legali tal-organizzazzjoni internazzjonali, li tkopri kemm ir-regoli applikabbli għall-importaturi tad-data kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji fir-rigward tal-aċċess għad-data personali mill-awtoritajiet pubbliċi. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tiggarantixxix livell ta’ protezzjoni “essenzjalment ekwivalenti” għal dak żgurat fl-Unjoni (3). L-istandard li miegħu tiġi vvalutata l-“ekwivalenza essenzjali” huwa dak stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (4). Ir-“referenzjali tal-adegwatezza” tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB, European Data Protection Board) huwa wkoll ta’ sinifikat f’dan ir-rigward biex jikkjarifika aktar dak l-istandard u jipprovdi gwida (5).

(4)

Kif ikkjarifikat mill-Qorti tal-Ġustizzja, pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma jistgħux ikunu meħtieġa jiżguraw livell ta’ protezzjoni identiku għal dak garantit fl-ordni legali tal-Unjoni (6). B’mod partikolari, il-mezzi li għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jirrikorru għall-protezzjoni tad-data personali jistgħu jkunu differenti minn dawk użati fl-Unjoni, sakemm dawn juru, fil-prattika, li huma effettivi biex jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni (7). Għalhekk, l-istandard tal-adegwatezza ma jirrikjedix replikazzjoni minn punt għal punt tar-regoli tal-Unjoni. Pjuttost, it-test jinsab f’jekk, permezz tas-sustanza tad-drittijiet għall-privatezza u s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data (inklużi l-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-infurzar effettivi tagħhom), kif ukoll permezz taċ-ċirkostanzi madwar trasferiment tad-data personali, is-sistema barranija kollha kemm hi tipprovdix il-livell meħtieġ ta’ protezzjoni (8).

(5)

Il-Kummissjoni analizzat il-qafas legali u l-prattika tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi 7 sa 100, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi (EPO, European Patent Organisation) tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 mill-Unjoni għall-EPO.

(6)

Skont din id-Deċiżjoni, it-trasferimenti mill-kontrolluri u l-proċessuri fl-Unjoni lejn l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb awtorizzazzjoni ulterjuri. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni ma taffettwax l-applikazzjoni diretta tar-Regolament (UE) 2016/679 għal dawn l-entitajiet meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament.

2.   REGOLI LI JAPPLIKAW GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

2.1.   Organizzazzjoni u kompiti tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi

(7)

L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi hija organizzazzjoni intergovernattiva li ġiet stabbilita fis-7 ta’ Ottubru 1977 fuq il-bażi tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP). L-Organizzazzjoni għandha s-sede tagħha fi Munich u għandha 39 Stat kontraenti, li jinkludu l-Istati Membri kollha tal-Unjoni, l-Iżlanda, in-Norveġja, u l-Liechtenstein, kif ukoll l-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq, Monaco, San Marino, is-Serbja, l-Iżvizzera, il-Montenegro, ir-Renju Unit, u t-Turkija (9).

(8)

L-Organizzazzjoni għandha personalità ġuridika (10) u tikkonsisti f’żewġ organi (11): l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (Uffiċċju) u l-Kunsill Amministrattiv. Il-kompitu prinċipali tal-EPO huwa l-għoti ta’ privattivi Ewropej (12) f’konformità mal-KEP, li jsir mill-Uffiċċju taħt is-superviżjoni tal-Kunsill Amministrattiv. Il-Kunsill Amministrattiv jikkonsisti f’rappreżentanti tal-Istati kontraenti u jeżerċita setgħat leġiżlattivi f’isem l-EPO. Huwa wkoll responsabbli għal kwistjonijiet ta’ politika u jissorvelja l-attivitajiet tal-Uffiċċju (13). L-Uffiċċju, li jaġixxi bħala l-fergħa eżekuttiva tal-EPO, huwa mmexxi minn President (14) li jimmaniġġja l-Uffiċċju (President) u huwa responsabbli lejn il-Kunsill Amministrattiv (15). Il-President, fost affarijiet oħra, iħejji u jimplimenta l-baġit tal-Uffiċċju, jaħtar, u jissorvelja l-persunal tal-Uffiċċju, jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-persunal, jiżgura l-funzjonament tal-Uffiċċju inkluża l-adozzjoni ta’ struzzjonijiet amministrattivi interni u informazzjoni lill-pubbliku, u jista’ jippreżenta lill-Kunsill Amministrattiv kwalunkwe proposta biex jiġu emendati l-Konvenzjoni, ir-regolamenti ġenerali, jew id-deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu (16). L-Uffiċċju jikkonsisti f’dipartimenti differenti, inkluża Taqsima Riċeventi, Diviżjoni Legali, Diviżjonijiet tal-Eżaminar u l-Oppożizzjoni, u l-Bordijiet tal-Appell (korp indipendenti intern li quddiemu jistgħu jiġu appellati d-deċiżjonijiet meħuda mill-EPO fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-privattivi) (17).

(9)

Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-EPO tirċievi data personali minn għadd ta’ atturi differenti fl-Unjoni. Fuq bażi kontinwa, l-applikazzjonijiet għal privattivi Ewropej (18) jiġu ppreżentati fl-EPO minn applikanti għal privattivi jew jiġu trażmessi lill-EPO minn uffiċċji nazzjonali tal-privattivi fl-Istati Membri (19). L-EPO tirċievi u tipproċessa wkoll data personali fil-kuntest tal-kompiti fdati lilha skont ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Dawk il-kompiti jinkludu r-riċeviment u l-eżaminar ta’ talbiet għal effett unitarju tal-privattivi Ewropej, il-ġbir ta’ tariffi annwali, u r-reġistrazzjoni tal-effett unitarju (21). F’dan il-kuntest, l-EPO tirċievi wkoll talbiet dwar appelli li jkunu għaddejjin quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju (22) mill-Qorti Unifikata tal-Privattivi (QUP), li jistgħu jinkludu data personali meħtieġa biex jiġi identifikat il-każ rilevanti (23).

(10)

Bl-istess mod, l-EPO tirċievi data personali li tinsab f’applikazzjonijiet internazzjonali għal privattivi meta taġixxi skont it-Trattat ta’ Kooperazzjoni dwar il-Privattivi (PCT, Patent Cooperation Treaty), trattat internazzjonali li jippermetti lill-applikanti jiksbu privattivi b’effetti għall-Istati kontraenti kollha tal-PCT (24). Il-EPO taġixxi bħala Awtorità Internazzjonali tat-Tfittxija skont il-PCT u f’din il-kapaċità jirrieżamina l-possibbiltà ta’ privattiva ta’ invenzjonijiet żvelati f’applikazzjonijiet internazzjonali, li jgħinu lill-applikanti jiddeterminaw jekk jippreżentawx, jew le, applikazzjoni għal eżami sostantiv fil-livell nazzjonali/tal-Unjoni (25).

(11)

Barra minn hekk, l-EPO tikkoopera mill-qrib mal-uffiċċji nazzjonali tal-privattivi fl-Istati Membri kollha fil-kuntest ta’ “Network Ewropew tal-Privattivi”, u, f’dak il-kuntest, jiskambja data personali magħhom, pereżempju meta jipprovdi korsijiet ta’ taħriġ u servizzi tal-IT biex jappoġġa u jsaħħaħ il-kooperazzjoni skont il-KEP. Bl-istess mod, huwa kkonkluda ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali mal-Istati Membri li jinvolvu l-iskambju ta’ data personali, pereżempju fil-kuntest tal-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma, l-issekondar u l-iskjerament ta’ esperti tekniċi, eċċ. Huwa jikkoopera wkoll mill-qrib mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), pereżempju billi jwettaq korsijiet konġunti ta’ taħriġ u avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni, u jissekonda l-esperti.

(12)

Fl-aħħar nett, l-EPO għandha kuntratti ma’ bosta fornituri ta’ servizzi fl-Unjoni li jaġixxu bħala proċessur skont it-tifsira tal-Artikolu 4, il-punt (8) tar-Regolament (UE) 2016/679 u jittrasferixxu data personali lill-EPO.

2.2.   Qafas legali applikabbli u regoli dwar il-protezzjoni tad-data

(13)

Il-leġiżlazzjoni primarja li tirregola l-attivitajiet tal-EPO hija stabbilita minn trattat internazzjonali, jiġifieri l-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi u, meta l-EPO jaġixxi skont it-Trattat ta’ Kooperazzjoni dwar il-Privattivi, minn dan tal-aħħar. Fit-tieni livell tal-ġerarkija tan-normi applikabbli għall-EPO nsibu atti legali adottati mill-Kunsill Amministrattiv jew, f’dak li għandu x’jaqsam mal-PCT, mill-Assemblea tal-PCT. Il-leġiżlazzjoni sekondarja tal-EPO tinkludi Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-KEP u l-hekk imsejħa Regolamenti dwar is-Servizzi (li jirregolaw aspetti relatati mal-persunal tal-EPO, inklużi d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal) (26). Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali huwa stabbilit fl-Artikolu 1B tar-Regolamenti dwar is-Servizzi (27), li jinkludi wkoll xi dispożizzjonijiet ewlenin tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-EPO, jiġifieri dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas dwar il-protezzjoni tad-data, il-protezzjoni ta’ kategoriji speċjali ta’ data u l-eżerċizzju tad-drittijiet minn individwi. L-Artikolu 2(1) u 32A tar-Regolamenti dwar is-Servizzi jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ sorveljanza indipendenti (l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) u l-Bord għall-Protezzjoni tad-Data (DPB, Data Protection Board)) biex jissorveljaw il-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data (28).

(14)

L-istess rekwiżiti sostantivi li jirregolaw il-protezzjoni tad-data personali japplikaw għall-Kunsill Amministrattiv u l-Uffiċċju, kif ukoll għad-dipartimenti kollha tagħhom. B’mod partikolari, l-ipproċessar ta’ data personali mill-Uffiċċju huwa rregolat mir-Regoli ta’ Implimentazzjoni għall-Artikoli 1B u 32A tar-Regolamenti dwar is-Servizzi għall-Impjegati Permanenti u Oħrajn tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali (Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data (DPR)), li ġew adottati mill-Kunsill Amministrattiv (29). L-ipproċessar ta’ data personali mill-Kunsill Amministrattiv huwa soġġett għar-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill Amministrattiv (AC DPR), li japplikaw id-DPR mutatis mutandis (30). Meta din id-Deċiżjoni tirreferi għad-DPR, ir-referenzi jinkludu r-rekwiżiti korrispondenti li japplikaw għall-Kunsill Amministrattiv, is-Segretarjat tiegħu u l-kumitati tiegħu. L-istruttura u l-kontenut tad-DPR huma allinjati mill-qrib mal-qafas tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data (31). B’mod partikolari, huma jikkondividu ħafna affarijiet komuni mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) li jistabbilixxi rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u għalhekk huwa adattat sew għall-istruttura u l-karatteristiċi speċifiċi tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li jirrifletti mill-qrib ir-Regolament (UE) 2016/679.

(15)

Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data mill-Uffiċċju, inħarġu aktar strumenti legalment vinkolanti mill-President, bħal ċirkulari, deċiżjonijiet, u struzzjonijiet amministrattivi interni (33). B’mod partikolari, id-DPR huwa kkomplementat mid-Deċiżjoni tat-13 ta’ Diċembru 2021 tal-President dwar l-ipproċessar ta’ data personali fi proċedimenti ta’ għotja ta’ privattivi u proċedimenti relatati (Deċiżjoni dwar il-PGP) (34); Id-Deċiżjoni tas-7 ta’ Diċembru 2022 dwar l-ipproċessar ta’ data personali fi proċedimenti relatati ma’ privattivi Ewropej b’effett unitarju (Deċiżjoni dwar l-UP) (35); Id-Deċiżjoni tas-17 ta’ Novembru 2022 dwar il-pajjiżi u l-entitajiet meqjusa li jiżguraw protezzjoni adegwata tad-data personali (36); Id-Deċiżjoni tat-2 ta’ Mejju 2024 li tidentifika l-unitajiet operazzjonali tal-Uffiċċju li jaġixxu bħala kontrolluri delegati (37); u ċ-Ċirkolari Nru 420 li timplimenta l-Artikolu 25 tad-DPR dwar ir-restrizzjonijiet għad-drittijiet tas-suġġett tad-data (iċ-Ċirkolari 420) (38). Speċifikament għall-ipproċessar ta’ data fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ għoti ta’ privattivi, huwa importanti li jiġi nnotat li r-rekwiżiti għall-ipproċessar ta’ data personali previsti direttament fil-KEP u fil-PCT jipprevalu fuq id-DPR. L-interazzjoni bejn il-KEP u l-PCT minn naħa waħda u d-DPR min-naħa l-oħra hija kkjarifikata fid-Deċiżjoni dwar il-PGP (39) u d-Deċiżjoni dwar l-UP. Ir-rekwiżiti speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data li jsegwu direttament mill-KEP u l-PCT huma vvalutati fil-premessi 55 sa 59. Id-DPR u l-istrumenti komplementari tagħhom huma legalment vinkolanti u infurzabbli u jistgħu jiġu invokati minn individwi qabel mekkaniżmi ta’ rimedju indipendenti, kif deskritt fil-premessi 89 sa 96.

(16)

Ir-regoli previsti fl-istrumenti legali msemmija fil-premessa 15 huma operazzjonalizzati aktar fi strumenti maħruġa mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (ara l-premessi 83 sa 88) (40), li japplikaw għall-Kunsill Amministrattiv u l-Uffiċċju, kif ukoll id-dipartimenti kollha tagħhom (41).

2.3.   Kamp ta’ applikazzjoni materjali u personali tar-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data

(17)

Skont id-DPR u r-Regolamenti dwar is-Servizzi (42), l-impjegati kollha tal-EPO huma meħtieġa jikkonformaw mad-DPR meta jipproċessaw data personali. Il-kamp ta’ applikazzjoni materjali u personali tad-DPR huwa ddeterminat mit-termini “data personali”, “ipproċessar”, “kontrollur”, “kontrollur delegat” u “proċessur” definiti fih.

2.3.1.    Definizzjoni ta’ data personali u ta’ pproċessar

(18)

Id-definizzjonijiet ta’ “data personali” u “pproċessar” fid-DPR huma identiċi għal dawk fir-Regolament (UE) 2016/679 (43). Id-DPR japplikaw għal kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-EPO, irrispettivament minn jekk tali pproċessar jikkonċernax data personali tal-impjegati tagħha stess jew data ta’ individwi oħra (44). Id-data li tkun għaddiet minn psewdonimizzazzjoni (45) titqies ukoll bħala data personali, filwaqt li d-data ta’ persuni deċeduti jew persuni ġuridiċi, jew informazzjoni anonima (46) ma tiġix ittrattata bħala data personali skont id-DPR (47).

(19)

Id-DPR japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali mill-EPO kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ data personali li jifformaw jew hija maħsuba li jifformaw parti minn sistema ta’ arkivjar (48).

2.3.2.    Kontrollur, kontrollur delegat, u proċessur

(20)

Id-DPR jiddefinixxu “kontrollur” bħala “entità, jiġifieri l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, li, waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, jiddetermina l-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ data personali” (49). Fil-prinċipju, il-President jaġixxi bħala kontrollur għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar ta’ data mwettqa mill-Uffiċċju (50). L-istess japplika għall-Kunsill Amministrattiv (meta l-President jaġixxi bħala kontrollur), il-Bordijiet tal-Appell li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tiegħu (meta l-President tiegħu jaġixxi bħala kontrollur (51)) u l-Kumitat Magħżul (meta l-President jaġixxi bħala kontrollur (52)). Il-kontrollur jista’ jiddelega din is-setgħa lil unitajiet operazzjonali, irrappreżentati minn maniġer f’livell għoli (53). F’dawn il-każijiet, l-unitajiet operazzjonali jaġixxu bħala “kontrolluri delegati” (54) li jiddefinixxu l-fini (pereżempju r-raġuni, ir-raġunament u l-ħtiġijiet tan-negozju), il-mezzi ta’ operazzjoni ta’ pproċessar, u jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar li jinvolvu data personali jikkonformaw mar-regoli tad-DPR (55). F’każijiet bħal dawn, il-kontrollur jibqa’ responsabbli għall-ipproċessar ta’ data personali. Id-DPR jipprevedu wkoll xenarju ta’ “kontroll konġunt”, fejn kontrollur jiddetermina l-fini u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrollur wieħed jew aktar barra mill-EPO (56).

(21)

Id-definizzjoni ta’ “proċessur” fid-DPR hija identika għal dik fl-Artikolu 4(8) tar-Regolament (UE) 2016/679, jiġifieri persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija, jew kwalunkwe entità oħra li tipproċessa data personali f’isem il-kontrollur (57). Il-kontrollur huwa permess biss li juża proċessuri li jipprovdu garanziji suffiċjenti li se jiġu implimentati miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiġi żgurat li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-DPR (58). Ir-relazzjoni bejn il-kontrollur u l-proċessur trid tkun irregolata minn kuntratt jew att legali li jkun vinkolanti fuq il-proċessur u, fost affarijiet oħra, jistabbilixxi s-suġġett, id-durata, in-natura u l-fini tal-ipproċessar (59). Il-proċessur huwa permess biss li jipproċessa d-data fuq struzzjonijiet dokumentati tal-kontrollur. Il-proċessur huwa meħtieġ jassisti lill-kontrollur fl-issodisfar tal-obbligi tiegħu skont id-DPR. Il-proċessur huwa pprojbit milli jinvolvi sottoproċessuri mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-kontrollur (60). Ftehim standard dwar l-ipproċessar ta’ data huwa disponibbli għall-kontrolluri delegati (61). Barra minn hekk, jekk proċessur ikun jinsab f’pajjiż terz, kwalunkwe kondiviżjoni ta’ data personali ma’ dak il-proċessur trid tikkonforma wkoll mar-rekwiżiti tad-DPR għal trasferimenti internazzjonali, kif deskritt fil-premessi 68 sa 73 ta’ din id-Deċiżjoni (62).

2.4.   Salvagwardji, drittijiet u obbligi

2.4.1.    Legalità u ġustizzja tal-ipproċessar

(22)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata b’mod legali u ġust.

(23)

Dawk il-prinċipji ġenerali huma stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(a) tad-DPR b’mod li jista’ jitqies identiku għall-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679.

(24)

Il-prinċipju tal-legalità huwa żviluppat aktar fl-Artikolu 5 tad-DPR, li jelenka l-bażijiet legali li fuqhom tista’ tiġi pproċessata d-data personali. Dawk il-bażijiet legali huma (a) il-ħtieġa li jitwettaq kompitu fl-eżerċitar tal-attivitajiet uffiċjali tal-EPO (63) jew fl-eżerċitar leġittimu tal-awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur, li jinkludi l-ipproċessar meħtieġ għall-ġestjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju (64); (b) il-ħtieġa li jkun hemm konformità ma’ obbligu legali li għalih huwa soġġett il-kontrollur (pereżempju li tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija f’applikazzjoni għal privattiva fir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi) (65); (c) il-ħtieġa li jitwettaq kuntratt li għalih is-suġġett tad-data jkun parti jew li jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-data qabel ma jidħol f’kuntratt; (d) il-kunsens tas-suġġett tad-data; jew (e) il-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna fiżika oħra.

(25)

Il-kunsens huwa definit fid-DPR bl-istess mod bħal fir-Regolament (UE) 2016/679, jiġifieri “kwalunkwe indikazzjoni mogħtija b’mod liberu, speċifika, infurmata u mhux ambigwa tax-xewqat tas-suġġett tad-data li permezz tagħha s-suġġett tad-data, permezz ta’ dikjarazzjoni jew permezz ta’ azzjoni affermattiva ċara, ifisser ftehim mal-ipproċessar ta’ data personali relatata miegħu” (66). Huwa f’idejn il-kontrollur li juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens tiegħu (67). Meta jiġi vvalutat jekk il-kunsens jingħatax b’mod liberu, jenħtieġ li jitqies jekk it-twettiq ta’ kuntratt ikunx kundizzjonali fuq il-kunsens għall-ipproċessar ta’ data li ma jkunx meħtieġ għat-twettiq ta’ dak il-kuntratt (68). Il-kunsens ma jistax jitqies bħala mogħti b’mod liberu jekk is-suġġett tad-data ma jkollux għażla ġenwina jew libera jew ma jkunx jista’ jirrifjuta jew jirtira l-kunsens mingħajr detriment (69). Barra minn hekk, sabiex il-kunsens ikun informat, id-DPR jirrikjedu li s-suġġett tad-data jkun jaf tal-inqas l-identità tal-kontrollur u l-finijiet tal-ipproċessar li għalih hija maħsuba d-data personali (70). Fl-aħħar nett, suġġett tad-data għandu d-dritt li jirtira l-kunsens fi kwalunkwe ħin (71).

2.4.2.    Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data

(26)

Jenħtieġ li jkunu jeżistu salvagwardji speċifiċi fejn ikunu qed jiġu pproċessati “kategoriji speċjali” tad-data.

(27)

Id-DPR fihom regoli speċifiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali (72), li huma definiti bl-istess mod bħal skont ir-Regolament (UE) 2016/679, jiġifieri “data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku jew sħubija fi trade union, data ġenetika (73) jew data bijometrika (74) għall-fini ta’ identifikazzjoni unika ta’ persuna fiżika u ta’ data dwar is-saħħa (75) jew data dwar il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna fiżika” (76). Skont id-DPR, l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data huwa fil-prinċipju pprojbit sakemm ma tapplikax eċċezzjoni speċifika (77).

(28)

L-eċċezzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Artikolu 11(2) tad-DPR huma simili għal dawk fl-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679, bi ftit adattamenti għall-qafas legali li fih jopera l-EPO. L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data personali huwa permess biss f’ċirkostanzi speċifiċi u limitati (78), jiġifieri meta (1) is-suġġett tad-data jkun ta kunsens espliċitu; (2) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi vitali ta’ individwu (meta s-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti kunsens espliċitu); (3) id-data personali tkun saret pubblika b’mod ċar mis-suġġett tad-data; (4) l-ipproċessar ikun meħtieġ għal fini speċifiku relatat mal-eżerċitar tal-attivitajiet uffiċjali tal-EPO jew fl-eżerċitar ta’ awtorità leġittima mogħtija lill-kontrollur (79); jew (5) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ pretensjonijiet legali.

(29)

Minbarra l-kategoriji speċjali ta’ data personali msemmija fil-premessa 27, id-DPR jirrikjedu wkoll protezzjonijiet speċifiċi għall-ipproċessar ta’ data personali relatata ma’ kundanni u reati kriminali, jiġifieri billi jippermettu dan l-ipproċessar biss wara konsultazzjoni minn qabel mad-DPB jew meta l-ipproċessar ikun meħtieġ minn strument legalment vinkolanti li jipprevedi salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi (80).

2.4.3.    Limitazzjoni tal-fini

(30)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata għal fini speċifiku u sussegwentement tintuża biss sakemm dan ma jkunx inkompatibbli mal-fini tal-ipproċessar.

(31)

Dan il-prinċipju huwa żgurat fl-Artikolu 4(2)(b) tad-DPR, li skontu d-data personali trid “tinġabar għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata aktar b’mod li jkun inkompatibbli ma’ dawn il-finijiet”.

(32)

Simili għar-Regolament (UE) 2016/679, id-DPR jippermettu pproċessar ulterjuri (irrispettivament mill-kompatibbiltà tal-fini tal-ipproċessar ulterjuri ma’ dak oriġinali) fuq il-bażi tal-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data jew fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet legali applikabbli tal-EPO (81). F’dan l-aħħar każ, id-DPR jirrikjedu li l-ipproċessar irid ikun miżura meħtieġa u proporzjonata biex jiġi ssalvagwardjat objettiv ta’ interess pubbliku ġenerali (82).

(33)

Meta pproċessar ulterjuri ma jkunx ibbażat fuq dawn iż-żewġ raġunijiet, id-DPR jipprevedu li l-elementi li għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-fini għall-ipproċessar ulterjuri mal-fini li għalih id-data personali tkun inġabret oriġinarjament (83). Dan l-approċċ u l-fatturi elenkati fid-DPC huma identiċi għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2018/1725 (84).

2.4.4.    Preċiżjoni u minimizzazzjoni tad-data, limitazzjoni tal-ħżin u sigurtà tad-data

(34)

Jenħtieġ li d-data personali tkun preċiża u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata. Jenħtieġ li tkun ukoll adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva fir-rigward tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, u fil-prinċipju tinżamm għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data personali.

(35)

Dawk il-prinċipji huma stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(c), (d) u (e) tad-DPR bl-istess mod bħal fir-Regolament (UE) 2016/679.

(36)

Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata b’mod li jiżgura s-sigurtà tagħha, inkluża l-protezzjoni kontra pproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra telf aċċidentali, qerda jew ħsara. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-operaturi tan-negozji jieħdu miżuri tekniċi jew organizzattivi xierqa sabiex jipproteġu d-data personali minn theddidiet possibbli. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġu vvalutati filwaqt li jitqiesu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u l-kostijiet relatati.

(37)

Is-sigurtà tad-data hija minquxa fil-qafas legali tal-EPO permezz tal-prinċipju ta’ integrità u kunfidenzjalità stabbilit fl-Artikolu 4(2)(f) u l-Artikolu 33 tad-DPR, b’mod kważi identiku bħal fir-Regolament (UE) 2016/679. B’mod partikolari, id-DPR jirrikjedi li jiġi żgurat livell ta’ sigurtà li jkun xieraq għar-riskju permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa, filwaqt li jitqiesu l-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, il-kostijiet tal-implimentazzjoni u n-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar kif ukoll il-probabbiltà u s-severità li jvarjaw ta’ kwalunkwe riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi.

(38)

Barra minn hekk, id-DPR fihom rekwiżiti speċifiċi dwar it-trattament u n-notifika ta’ ksur tad-data (85). L-ewwel nett, il-kontrollur huwa meħtieġ jinnotifika lill-UPD dwar ksur tad-data mingħajr dewmien żejjed (u, meta fattibbli, mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li jkun sar jaf bih), sakemm il-ksur ma jkunx probabbli li jirriżulta f’riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi (86). Proċessur huwa bl-istess mod meħtieġ jinnotifika lill-kontrollur dwar ksur mingħajr dewmien żejjed (87). In-notifika trid, b’mod partikolari, tiddeskrivi n-natura tal-ksur, il-konsegwenzi probabbli tiegħu u l-miżuri meħuda jew proposti li għandhom jittieħdu biex jiġi indirizzat il-ksur (88). Meta ksur tad-data x’aktarx li jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi, il-kontrollur irid jikkomunika wkoll il-ksur tad-data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien (89). Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data trid tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-data personali b’lingwaġġ ċar u sempliċi (90) u ma tkunx meħtieġa jekk il-kontrollur ikun ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data ma jibqax jimmaterjalizza (91).

2.4.5.    Trasparenza

(39)

Jenħtieġ li s-suġġetti tad-data jkunu infurmati dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-proċessar ta’ data personali tagħhom.

(40)

F’konformità mad-DPR, il-kontrollur huwa meħtieġ li, fil-mument meta jikseb data personali, jipprovdi lill-individwi b’informazzjoni, b’mod partikolari, dwar l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu (kif ukoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-UPD), il-fini tal-ipproċessar u l-bażi legali tiegħu, ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri, il-fatt li biħsiebu jittrasferixxi d-data barra mill-EPO, kif ukoll id-drittijiet applikabbli u l-possibbiltà li jikseb rimedju (92). L-istess japplika meta d-data personali tiġi pproċessata għal fini differenti minn dak li għalih tkun inġabret id-data (93). Iż-żewġ obbligi japplikaw biss sa fejn l-individwu kkonċernat għad ma għandux l-informazzjoni (94).

(41)

L-istess informazzjoni trid tiġi pprovduta lis-suġġetti tad-data meta d-data personali ma tinġabarx direttament mingħandhom, flimkien ma’ informazzjoni addizzjonali dwar is-sors tad-data personali u l-kategoriji ta’ data kkonċernati (95). Din l-informazzjoni trid tiġi pprovduta fi żmien raġonevoli wara li tinkiseb id-data (iżda mhux aktar tard minn xahar), filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom tiġi pproċessata d-data (96). F’każ li d-data personali tkun se tintuża għall-komunikazzjoni mas-suġġett tad-data, jenħtieġ li l-istess informazzjoni tiġi pprovduta mhux aktar tard mill-mument tal-ewwel komunikazzjoni mal-individwu (97). L-informazzjoni msemmija fil-premessa 40 trid tiġi pprovduta wkoll qabel kwalunkwe pproċessar ulterjuri jew, jekk ikun previst żvelar lil riċevitur ieħor, mhux aktar tard minn meta d-data personali tiġi żvelata lil parti terza (98). Dak l-obbligu ma japplikax f’għadd ta’ każijiet, jiġifieri meta suġġett tad-data diġà jkollu l-informazzjoni kkonċernata; meta dik l-informazzjoni trid tibqa’ kunfidenzjali minħabba obbligu ta’ segretezza professjonali rregolat fuq il-bażi tal-KEP u/jew dispożizzjonijiet legali oħra applikabbli għall-EPO (99); meta l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, b’mod partikolari għall-ipproċessar għall-arkivjar, riċerka xjentifika jew storika, jew statistika, sa fejn dan jagħmel impossibbli jew ixekkel serjament l-ilħuq tal-objettivi tal-ipproċessar; jew meta l-kisba jew l-iżvelar ta’ dik l-informazzjoni tkun espressament stabbilita fil-KEP jew dispożizzjonijiet legali applikabbli oħra li jipprovdu miżuri xierqa għall-protezzjoni tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data (100).

2.4.6.    Drittijiet individwali

(42)

Jenħtieġ li s-suġġetti tad-data jkollhom ċerti drittijiet li jistgħu jiġu infurzati kontra l-kontrollur jew il-proċessur, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess għad-data, id-dritt ta’ rettifika, id-dritt ta’ oġġezzjoni għall-ipproċessar u d-dritt li d-data titħassar. Fl-istess ħin, dawn id-drittijiet jistgħu jkunu soġġetti għal restrizzjonijiet, sa fejn dawn ir-restrizzjonijiet ikunu meħtieġa u proporzjonati sabiex jissalvagwardjaw objettivi importanti ta’ interess pubbliku ġenerali.

2.4.6.1.   Drittijiet ipprovduti mid-DPR

(43)

Il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tad-drittijiet individwali hija stabbilita fl-Artikolu 1B(4) tar-Regolamenti dwar is-Servizzi. Sabiex ikompli jiġi implimentat dan ir-rekwiżit, id-DPR jipprovdi lill-individwi l-istess drittijiet bħal dawk stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679, jiġifieri dritt ta’ aċċess (l-Artikolu 18 tad-DPR), dritt ta’ rettifika (l-Artikolu 19 tad-DPR), dritt għal tħassir (l-Artikolu 20 tad-DPR), dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar (l-Artikolu 21 tad-DPR), dritt għall-portabbiltà tad-data (l-Artikolu 22 tad-DPR), dritt ta’ oġġezzjoni (l-Artikolu 23 tad-DPR) u dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal teħid awtomatizzat ta’ deċiżjonijiet (l-Artikolu 24 tad-DPR).

(44)

Id-DPR jistabbilixxu wkoll dispożizzjonijiet ġenerali għat-trattament ta’ talbiet għall-eżerċitar tad-drittijiet minn individwi, li jirrikjedu li l-kontrollur jikkomunika mas-suġġetti tad-data bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi, f’forma konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli (bil-miktub jew b’mezzi oħra) (101). Il-kontrollur irid jipprovdi lill-individwi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda bi tweġiba għal talba mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar mill-wasla tat-talba (li tista’ tiġi estiża b’xahrejn oħra meta meħtieġ fid-dawl tal-kumplessità u l-għadd ta’ talbiet) (102). Meta talbiet minn suġġett tad-data jkunu manifestament infondati jew eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, il-kontrollur jista’ jirrifjuta li jaġixxi fuq it-talba (103). Meta l-kontrollur ma jaġixxix fuq talba, huwa jrid jinforma lill-individwu b’dan u jipprovdi informazzjoni dwar il-possibbiltà li jfittex rimedju (104).

(45)

L-ewwel nett, fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess, id-DPR jipprovdu lill-individwi d-dritt li jiksbu mingħand l-EPO konferma dwar jekk id-data personali li tirrigwardahom hijiex ipproċessata jew le u, jekk iva, li jkollhom aċċess għad-data personali faċilment (105) u f’intervalli raġonevoli (106). Barra minn hekk, l-individwi għandhom id-dritt li jiksbu informazzjoni, b’mod partikolari, dwar il-fini tal-ipproċessar, il-kategoriji tad-data kkonċernati, ir-riċevituri li magħhom tiġi kondiviża d-data, u l-perjodu previst li għalih se tinħażen id-data (107).

(46)

It-tieni, id-DPR jipprevedu li d-dritt ta’ rettifika previst mid-DPR jippermetti lill-individwi jiksbu r-rettifika ta’ data mhux preċiża jew l-ikkompletar ta’ data mhux kompluta (pereżempju permezz ta’ dikjarazzjoni supplimentari) (108). Ladarba sseħħ ir-rettifika, il-kontrollur huwa meħtieġ jikkomunikaha lil kull riċevitur li lilu tkun ġiet żvelata d-data personali (109). Skont id-DPR, id-dritt ta’ rettifika japplika għal data oġġettiva u fattwali u mhux għal dikjarazzjonijiet suġġettivi (110), għalkemm f’dan il-każ l-individwi jitħallew jikkomplementaw id-data eżistenti bit-tieni opinjoni jew kontrokompetenza jew jipprovdu kummenti (111).

(47)

It-tielet, id-DPR jipprovdu wkoll lill-individwi bi dritt għal tħassir (112), b’mod partikolari jekk (a) id-data personali ma tkunx għadha meħtieġa għall-fini li għalih tiġi pproċessata; (b) is-suġġett tad-data jirtira l-kunsens u ma jkun hemm l-ebda bażi legali oħra għall-ipproċessar; (c) is-suġġett tad-data joġġezzjona għall-ipproċessar u ma jkun hemm l-ebda raġuni leġittima prevalenti għall-ipproċessar; (d) id-data ġiet ipproċessata b’mod illegali; (e) jew id-data jkollha titħassar biex tikkonforma ma’ obbligu legali li japplika għall-kontrollur (113). Il-kontrollur irid jikkomunika kwalunkwe tħassir lil kull riċevitur li miegħu tkun ġiet kondiviża d-data sakemm dan ma jkunx impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat (114). Bl-istess mod, jekk il-kontrollur ikun għamel id-data personali pubblika, huwa jrid jieħu passi raġonevoli biex jinforma lil kontrolluri oħra li jkunu qed jipproċessawha li t-tħassir ikun intalab mill-individwu (115). Id-dritt għal tħassir ma japplikax għax-xenarji li ġejjin, sa fejn l-ipproċessar tad-data jkun meħtieġ, (a) għall-eżerċitar tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni; (b) għall-konformità ma’ obbligu legali tal-EPO jew obbligu li jirriżulta mid-dmir tal-EPO li jikkoopera mal-Istati kontraenti tiegħu (116) jew għall-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-EPO (117); (c) għal raġunijiet ta’ kooperazzjoni mal-Istati kontraenti fil-qasam tas-saħħa pubblika (118); (d) għal finijiet ta’ arkivjar, riċerka xjentifika jew storika u statistika (sa fejn it-tħassir x’aktarx li jagħmel impossibbli jew ixekkel serjament l-ilħuq tal-objettivi tal-ipproċessar); jew (e) għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ pretensjonijiet legali (119).

(48)

Ir-raba’, l-Artikolu 21 tad-DPR jipprevedi dritt għar-restrizzjoni tal-ipproċessar, jiġifieri l-immarkar ta’ data personali bl-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-futur (inklużi miżuri ta’ programmazzjoni sabiex jiġi evitat b’mod permanenti l-aċċess għal din id-data) (120). Dan id-dritt jista’, b’mod partikolari, jiġi invokat meta l-preċiżjoni tad-data personali tiġi kkontestata mill-individwu (għal perjodu meħtieġ mill-kontrollur sabiex jivverifika l-preċiżjoni) jew meta l-ipproċessar ikun illegali, iżda l-individwu jopponi t-tħassir tad-data (121). Meta l-ipproċessar ikun ristrett, id-data personali tista’, bl-eċċezzjoni tal-ħżin, tiġi pproċessata biss bil-kunsens espliċitu tal-individwu, għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ pretensjonijiet legali, għall-protezzjoni tad-drittijiet ta’ oħrajn jew għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-eżerċitar tal-attivitajiet uffiċjali tal-EPO (jiġifieri kompitu li huwa meħtieġ għall-ħidma amministrattiva u teknika li l-EPO huwa meħtieġ iwettaq f’konformità mal-KEP) (122).

(49)

Il-ħames, dritt ta’ oġġezzjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 1B(4) tar-Regolamenti dwar is-Servizzi u fl-Artikolu 23 tad-DPR. B’mod partikolari, l-individwi għandhom id-dritt li joġġezzjonaw fi kwalunkwe ħin għall-ipproċessar ta’ data personali mwettaq għat-twettiq ta’ kompitu fl-eżerċitar tal-attivitajiet uffiċjali tal-EPO jew fl-eżerċitar leġittimu tal-awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur (123). L-individwi jridu jiġu informati bl-eżistenza ta’ dan id-dritt b’mod ċar u mhux aktar tard mill-mument tal-ewwel komunikazzjoni magħhom (124). F’każ li individwu joġġezzjona għall-ipproċessar ta’ data personali, id-DPR jirrikjedi li l-kontrollur iwaqqaf l-ipproċessar sakemm il-kontrollur ma jkunx jista’ juri raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data jew għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ pretensjonijiet legali (125).

(50)

Is-sitt, id-DPR jistabbilixxu dritt għall-portabbiltà tad-data, li jipprovdi lill-individwi l-possibbiltà li jirċievu d-data personali tagħhom f’format strutturat, użat b’mod komuni u li jinqara minn magna, u li jittrażmettu dik id-data lil kontrollur ieħor (126). Dak id-dritt japplika meta l-ipproċessar jitwettaq b’mezzi awtomatizzati u jseħħ fuq il-bażi tal-kunsens tal-individwu, jew għat-twettiq ta’ kuntratt mal-individwu jew fl-interess tiegħu (127).

(51)

Fl-aħħar nett, skont id-DPR, l-individwi għandhom dritt li ma jkunux soġġetti għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat, jiġifieri deċiżjoni bbażata unikament fuq ipproċessar awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili, li tipproduċi effetti legali li jirrigwardawhom jew li jaffettwawhom b’mod simili b’mod sinifikanti (128). Id-DPR jistabbilixxu li t-teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat jista’ jseħħ meta jkun ibbażat fuq il-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data jew jekk ikun meħtieġ għad-dħul f’kuntratt jew it-twettiq ta’ kuntratt mal-individwu, f’liema każ il-kontrollur irid jimplimenta salvagwardji adattati, bħal billi jipprovdi d-dritt li jinkiseb intervent uman, jesprimi l-fehma tal-individwi, u jikkontesta d-deċiżjoni (129). It-teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat jista’ jiġi awtorizzat ukoll minn att legali jekk dak l-att jistabbilixxi miżuri adattati għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi (130). Jekk il-kontrollur ikun involut f’teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat, inkluż it-tfassil ta’ profili, huwa jrid jinforma b’mod proattiv lill-individwu b’dan bħala parti mill-obbligi ta’ trasparenza tiegħu u jipprovdi informazzjoni sinifikanti dwar il-loġika involuta, kif ukoll is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta’ dan l-ipproċessar għas-suġġett tad-data (131). L-istess informazzjoni trid tiġi pprovduta fuq talba (132).

2.4.6.2.   Restrizzjonijiet għad-drittijiet individwali

(52)

Simili għall-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Artikolu 25 tad-DPR jipprevedi li dispożizzjonijiet legali speċifiċi fil-qafas legali tal-EPO jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni tad-drittijiet imsemmija fil-premessi 43 sa 51 (133) (jiġifieri jillimitaw l-applikazzjoni tagħhom temporanjament) (134), meta din ir-restrizzjoni tirrispetta l-essenza tad-drittijiet (135) u l-libertajiet fundamentali u tkun miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika biex jiġu salvagwardjati objettivi speċifiċi (136). Barra minn hekk, restrizzjoni trid tiġi pprovduta f’dispożizzjonijiet “ċari u preċiżi” li huma maħsuba biex jipproduċu effetti legali fir-rigward tas-suġġetti tad-data u li jridu jiġu adottati mill-inqas fil-livell tal-President (137). Dawn id-dispożizzjonijiet iridu, b’mod partikolari, jistabbilixxu l-fini tal-ipproċessar, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni, is-salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż u l-perjodi ta’ ħżin u s-salvagwardji applikabbli (138).

(53)

Bħalissa, l-uniku strument legali li jipprevedi restrizzjonijiet għad-drittijiet individwali huwa ċ-Ċirkolari 420 (strument legalment vinkolanti adottat mill-President). Hija tikkjarifika kif u taħt liema kundizzjonijiet ir-restrizzjonijiet jistgħu jiġu applikati mill-kontrollur u tistabbilixxi, b’mod eżawrjenti, ix-xenarji speċifiċi li fihom id-drittijiet jistgħu jiġu ristretti u għal liema objettivi (139). B’mod partikolari, tipprovdi li l-EPO tista’ tirrestrinġi d-drittijiet individwali għal ċerti objettivi speċifiċi: (a u b) meta twettaq proċedimenti investigattivi jew dixxiplinari fir-rigward tal-persunal tagħha (140); (c) fil-kuntest tas-soluzzjoni interna tat-tilwim jew l-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ pretensjonijiet legali, inkluż l-arbitraġġ, biex tiġi ppreservata informazzjoni kunfidenzjali u dokumenti miksuba mill-partijiet, mill-intervenjenti jew minn sorsi leġittimi oħra; (d) meta jipproċessa data dwar is-saħħa fi proċeduri u fajls mediċi, iżda biss biex jiġu protetti d-drittijiet tal-individwi (141); (e u f) meta iwettaq awditi u spezzjonijiet interni (dawn tal-aħħar jitwettqu mill-UPD); (g) għall-finijiet tal-ġestjoni tal-inċidenti tal-IT u tar-rapporti tal-inċidenti tas-sigurtà fiżika; u (h) meta jipprovdi jew jirċievi assistenza lil jew minn awtoritajiet pubbliċi kompetenti, inkluż mill-Istati kontraenti u organizzazzjonijiet internazzjonali tal-EPO, jew meta jikkoopera magħhom dwar attivitajiet definiti fi ftehimiet rilevanti dwar il-livell ta’ servizz, memoranda ta’ qbil u ftehimiet ta’ kooperazzjoni, jew fuq talba tagħhom jew fuq l-inizjattiva proprja tal-Uffiċċju (142).

(54)

Jekk tistax tiġi applikata restrizzjoni f’każ speċifiku għandu jiġi ddeterminat mill-kontrollur f’każijiet individwali fid-dawl taċ-ċirkostanzi rilevanti (143). Meta jiddeċiedi jekk japplikax restrizzjoni jew le, il-kontrollur l-ewwel irid jivvaluta n-neċessità u l-proporzjonalità tagħha fil-każ speċifiku, bl-involviment tal-UPD (144). Dik il-valutazzjoni tinvolvi l-ibbilanċjar tar-riskji potenzjali għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data mar-riskji u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data oħrajn u r-riskji ta’ tfixkil tal-fini u l-eżitu tal-operazzjoni ta’ pproċessar (145). Ir-restrizzjonijiet iridu jiġu ddokumentati, inkluż billi tiġi rreġistrata l-valutazzjoni tad-drittijiet ristretti, għal kemm żmien, għal liema raġunijiet u fuq liema bażijiet (146). Barra minn hekk, sakemm tapplika restrizzjoni, iridu jiġu stabbiliti miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa (147). Kwalunkwe restrizzjoni tista’ tiġi applikata biss sakemm ikunu jeżistu r-raġunijiet għar-restrizzjoni (148). Jekk dritt ikun ristrett, il-kontrollur irid jinforma lill-individwu bir-raġunijiet prinċipali għal dan u bid-dritt li jressaq ilment (149).

2.4.6.3.   Regoli speċifiċi fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-privattivi

(55)

Id-dispożizzjonijiet tat-trattat kostituttiv tal-EPO (jiġifieri l-KEP), tal-PCT, u d-dispożizzjonijiet applikabbli taħthom (li kollha jikkostitwixxu leġiżlazzjoni primarja għall-EPO) fihom ċerti rekwiżiti speċifiċi fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-privattivi li jistgħu jaffettwaw l-eżerċitar ta’ ċerti drittijiet skont id-DPR (150). Id-Deċiżjoni dwar il-PGP tipprovdi ħarsa ġenerali lejn dawk ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni primarja, tispjega kif id-drittijiet tas-suġġett tad-data jistgħu jiġu eżerċitati f’dak il-kuntest, u tistabbilixxi b’mod ċar eċċezzjonijiet possibbli (151). Iċ-Ċirkulari 420 tistabbilixxi li dawk id-dispożizzjonijiet li jistgħu jillimitaw l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data jridu jidentifikaw b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe eżenzjoni, u għalhekk jibbilanċjaw l-interess differenti inkwistjoni (152).

(56)

L-ewwel nett, skont l-Artikolu 127 tal-KEP, l-Uffiċċju huwa obbligat li jżomm ir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi, meta tiġi ppubblikata ċerta data personali definita legalment. Skont il-leġiżlazzjoni primarja, l-applikazzjonijiet għal privattivi jridu jiġu ppubblikati matul il-proċedura ta’ għoti tal-privattivi, ġeneralment, mill-aktar fis possibbli wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ tmintax-il xahar mid-data tal-preżentazzjoni. Il-KEP tipprevedi li d-data personali inkluża f’dawn l-applikazzjonijiet għal privattivi tista’ tiġi aċċessata permezz ta’ spezzjoni tal-fajl jew permezz ta’ spezzjoni tar-Reġistru (153). Qabel il-pubblikazzjoni, l-applikazzjonijiet għal privattivi ma jkunux disponibbli għall-ispezzjoni mingħajr il-kunsens espliċitu tal-applikant. Regoli simili huma stabbiliti fil-PCT (154).

(57)

It-tieni, il-possibbiltà li jinkisbu bidliet fl-informazzjoni użata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ privattivi hija speċifikament irregolata mill-KEP (155). B’mod partikolari, il-KEP tipprevedi biss il-possibbiltà li tinkiseb il-korrezzjoni tal-iżbalji fid-dokumenti ppreżentati lill-EPO (156), il-korrezzjoni tal-iżbalji fid-deċiżjonijiet (157), il-korrezzjonijiet tat-traduzzjonijiet (158) u r-rettifika tad-deżinjazzjoni tal-inventur (159). Ir-rettifika tad-data personali inkluża fid-dokumenti użati fil-proċedura ta’ għoti ta’ privattivi tista’ għalhekk tinkiseb biss f’dawk il-każijiet. L-istess japplika għall-possibbiltà li tinkiseb restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ data (160).

(58)

It-tielet, il-KEP timponi rekwiżiti speċifiċi ta’ żamma u pubblikazzjoni għal ċerti dokumenti użati fil-proċedura ta’ għoti ta’ privattivi, li għandhom impatt fuq il-possibbiltà li jinkiseb it-tħassir tal-informazzjoni li tinsab fiha, inkluża data personali (161). B’mod partikolari, l-applikazzjonijiet għal privattivi ppubblikati u l-informazzjoni dwar il-privattivi ppubblikati fil-Bullettin Ewropew tal-Privattivi jridu jinżammu u jibqgħu disponibbli għall-pubbliku (162). B’riżultat ta’ dan, it-tħassir ta’ data personali li tinsab f’dawk id-dokumenti jmur kontra l-obbligi legali fundamentali tal-EPO (l-Artikolu 129(a) tal-KEP) u ma jistax jinkiseb. Fajls oħra jridu jinżammu mill-EPO għal perjodu speċifikat fil-KEP, li fil-prinċipju huwa ta’ ħames snin (163). Sakemm japplika dak il-perjodu, it-tħassir ta’ informazzjoni li tinsab f’dawk il-fajls (inkluża data personali) ma jistax jinkiseb.

(59)

Għalhekk, meta jitqiesu b’mod partikolari l-kamp ta’ applikazzjoni limitat tagħhom u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom, ir-restrizzjonijiet għall-eżerċitar tad-drittijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-premessi 55 sa 58 jistgħu jitqiesu li huma limitati għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonati biex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-proċedura ta’ għoti ta’ privattivi, kif meħtieġ fl-interess pubbliku għat-twettiq tal-kompiti uffiċjali tal-EPO. Sa fejn il-KEP u l-PCT ma jirregolawx speċifikament l-eżerċitar tad-drittijiet tal-protezzjoni tad-data, jiġifieri fix-xenarji l-oħra kollha għajr dawk deskritti fil-premessi 55 sa 58, ir-rekwiżiti tad-DPR japplikaw bis-sħiħ.

2.4.7.    Trasferimenti ulterjuri

(60)

Il-livell ta’ protezzjoni mogħti lil data personali ttrasferita mill-Unjoni lill-EPO ma jridx jiġi mminat mit-trasferiment ulterjuri ta’ din id-data lil riċevituri f’pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali oħra.

(61)

Id-DPR jiddistingwi bejn “trażmissjonijiet ta’ data personali” (jiġifieri l-kondiviżjoni ta’ data mill-EPO mal-Istati kontraenti tiegħu) u “trasferimenti ta’ data personali” (il-kondiviżjoni ta’ data mill-EPO ma’ kwalunkwe persuna jew entità oħra barra mill-EPO) (164).

2.4.7.1.   Trażmissjonijiet ta’ data

(62)

L-ewwel nett, id-DPR jipprovdu li trażmissjoni ta’ data lil uffiċċju nazzjonali tal-proprjetà intellettwali ta’ Stat kontraenti tal-EPO tista’ sseħħ jekk id-data tkun neċessarja (a) għat-twettiq tal-kompetenza tar-riċevitur jew għall-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali jew (b) it-trażmissjoni tkun meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti/awtorità uffiċjali tal-EPO (165). Dawn it-trażmissjonijiet isiru fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti ta’ privattivi prevista mill-KEP u mill-PCT (166).

(63)

Min-naħa l-oħra, id-DPR jippermettu trażmissjoni ta’ data lil awtorità pubblika ta’ Stat kontraenti tal-EPO (167), meta d-data tkun meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti ta’ din l-awtorità pubblika u meta t-trażmissjoni tkun kompatibbli mal-kompiti u mal-funzjonament tal-EPO (168). Dawn it-trażmissjonijiet mhumiex meħtieġa speċifikament skont il-KEP jew strumenti legali oħra li jirregolaw il-proċedura ta’ għoti ta’ privattivi iżda xorta waħda jistgħu jkunu meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tal-EPO, pereżempju l-kooperazzjoni tal-EPO mal-Istati kontraenti tiegħu permezz ta’ proċessi ta’ konsultazzjoni; l-issekondar u l-iskjerament ta’ esperti; jew l-għoti ta’ informazzjoni dwar il-persunal tal-EPO għall-fini li jiġu ddeterminati l-benefiċċji soċjali, ir-rekwiżiti tat-taxxa, eċċ.

(64)

Il-UPD ħejja mudell tal-klawżoli li għandhom jiġu inklużi f’memoranda ta’ qbil li jirregolaw dawn it-trażmissjonijiet deskritti fil-premessi 62 u 63 li, fost affarijiet oħra, jipprevedu prinċipji ta’ protezzjoni tad-data, jillimitaw l-ipproċessar ulterjuri biss għal finijiet kompatibbli, jipprevedu d-drittijiet tas-suġġett tad-data, kif ukoll obbligi fir-rigward tas-sigurtà tad-data u l-ksur tad-data u sorveljanza indipendenti (169).

(65)

Fiż-żewġ xenarji deskritti fil-premessi 62 u 63, ir-riċevitur, skont id-DPR, irid jipprovdi evidenza li huwa meħtieġ li d-data tiġi trażmessa għal fini speċifiku li jirriżulta mill-obbligi ta’ kooperazzjoni mal-Istat jew l-Istati kontraenti tal-EPO (170). Il-kontrollur irid, għal kull trażmissjoni, ikun kapaċi juri li din it-trażmissjoni hija meħtieġa u proporzjonata għall-fini speċifiku li għalih hija kondiviża (171). Kwalunkwe trażmissjoni ta’ data trid titwettaq b’mod li jiżgura li jinżamm il-livell ta’ protezzjoni mogħti mid-DPR (172). Skont il-gwida maħruġa mill-UPD, dan ifisser li għandu jkun hemm fis-seħħ salvagwardji xierqa, inkluż billi jiġi żgurat li d-data li għandha tiġi kondiviża tiġi minimizzata u limitata għal dak li huwa adegwat, rilevanti u strettament meħtieġ biex jintlaħaq dak il-fini (173). Jekk ikun hemm xi raġuni biex wieħed jassumi li l-interessi leġittimi tal-individwu kkonċernat jistgħu jiġu affettwati, il-kontrollur irid jistabbilixxi li huwa proporzjonat li tiġi trażmessa d-data personali għal dak il-fini speċifiku, wara li jkun ibbilanċja l-interessi differenti inkwistjoni (174).

(66)

Fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ xenarji, huwa importanti wkoll li jiġi nnutat li l-Istati kontraenti kollha tal-EPO huma parti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, soġġetti għall-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll partijiet mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali (ETS Nru 108).

(67)

Fl-aħħar nett, id-DPR jippermettu t-trażmissjonijiet tad’ data lil proċessur li jinsab fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), dment li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-DPR għall-involviment tal-proċessuri (175).

2.4.7.2.   Trasferimenti ta’ data

(68)

Il-kondiviżjoni ta’ data personali ma’ kwalunkwe entità barra mill-EPO għajr awtorità pubblika jew uffiċċju nazzjonali tal-proprjetà intellettwali tal-Istati kontraenti tal-EPO jew proċessur fiż-ŻEE titqies bħala “trasferiment” ta’ data personali, soġġett għal rekwiżiti speċifiċi skont id-DPR (176). Dawk ir-rekwiżiti japplikaw pereżempju għall-kondiviżjoni ta’ data ma’ proċessuri barra miż-ŻEE, kontrolluri li jinsabu fi Stati kontraenti jew barra minnhom, awtoritajiet pubbliċi fi Stati mhux kontraenti, u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. B’mod ġenerali, id-DPR jirrikjedu li l-livell ta’ protezzjoni ggarantit lill-individwi mill-EPO ma jiġix imminat meta d-data tiġi ttrasferita lil partijiet terzi (177). Skont il-gwida tal-UPD, il-“protezzjoni mogħtija lid-data personali ttrasferita fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali trid tkun essenzjalment ekwivalenti għal dik iggarantita fid-DPR” (178).

(69)

Skont id-DPR, trasferiment ta’ data personali barra mill-EPO jista’ l-ewwel iseħħ jekk il-pajjiż fejn jinsab ir-riċevitur, jew l-organizzazzjoni internazzjonali, jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni u jekk it-trasferiment isir biss biex jippermetti lill-EPO iwettaq kompiti fil-kompetenza tiegħu (179). Deċiżjoni ta’ adegwatezza tiġi adottata mill-President (180), li, f’każ ta’ dubju, jiddeċiedi wara li jikkonsulta lill-UPD u lid-DPB (181). Il-UPD żviluppa “referenzjali tal-adegwatezza” li jistabbilixxi l-kriterji għad-deċiżjonijiet ta’ adegwatezza (182). B’mod partikolari, il-qafas legali tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali jrid, b’mod partikolari, jipprevedi prinċipji ewlenin ta’ protezzjoni tad-data, drittijiet tas-suġġett tad-data, regoli dwar trasferimenti ulterjuri, mekkaniżmi proċedurali u ta’ infurzar, u rimedju għall-individwi. Jekk deċiżjoni ta’ adegwatezza tiġi adottata mill-President, it-trasferiment jista’ jsir mingħajr l-implimentazzjoni ta’ salvagwardji addizzjonali (183). L-Istati Membri, kif ukoll in-Norveġja, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, il-pajjiżi kollha li jibbenefikaw minn deċiżjoni ta’ adegwatezza mill-Kummissjoni (184) u mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni attwalment huma meqjusa mill-EPO biex jipprovdu livell adegwat ta’ protezzjoni (185).

(70)

Skont id-DPR, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-kontrollur jew il-proċessur jista’ jittrasferixxi data personali lil riċevituri barra mill-EPO biss jekk il-kontrollur jew il-proċessur ikun ipprovda salvagwardji xierqa u bil-kundizzjoni li d-drittijiet infurzabbli tas-suġġetti tad-data u r-rimedji legali effettivi għas-suġġetti tad-data jkunu disponibbli (186). Dawn is-salvagwardji xierqa jistgħu jiġu inklużi f’arranġamenti amministrattivi ma’ awtoritajiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, fi klawżoli kuntrattwali (wara konsultazzjoni mad-DPB) (187) jew mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni (188). Il-UPD żviluppa deskrizzjoni ġenerali tad-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fl-arranġamenti amministrattivi (189). Mudell ta’ ftehim dwar il-protezzjoni tad-data għat-trasferimenti lill-proċessuri huwa wkoll disponibbli (190). Skont il-gwida tal-UPD, l-EPO trid tivvaluta jekk l-importatur tad-data jkunx impedit milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont għodda ta’ trasferiment minħabba l-qafas legali li huwa soġġett għalih u, jekk ikun meħtieġ, jistabbilixxi miżuri supplimentari (191). Biex iwettaq dik il-valutazzjoni, il-UPD jirrakkomanda, fin-noti ta’ spjegazzjoni tal-EPO dwar it-trażmissjoni u t-trasferiment ta’ data personali, li titqies il-gwida rilevanti tal-EDPB u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. (192)

(71)

Skont id-DPR, għat-trasferimenti ta’ data lejn pajjiżi jew organizzazzjonijiet li jibbenefikaw minn deċiżjoni ta’ adegwatezza, kif ukoll għat-trasferimenti ta’ data fuq il-bażi ta’ salvagwardji xierqa, l-EPO trid turi l-ħtieġa u l-proporzjonalità ta’ kull trasferiment għall-fini tal-ipproċessar (193). Barra minn hekk, l-EPO trid tistabbilixxi, wara li jkun qieset id-diversi interessi inkwistjoni, li t-trasferiment huwa proporzjonat, jekk ikun hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-interessi leġittimi tas-soġġetti tad-data jistgħu jiġu ppreġudikati (194). Barra minn hekk, irid jiġi żgurat (permezz ta’ salvagwardji kuntrattwali) li r-riċevitur jista’ jipproċessa jew juża biss id-data għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ittrasferita u jrid iħassar id-data malli jintlaħaq il-fini (195).

(72)

Skont id-DPR, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza jew ta’ salvagwardji xierqa, it-trasferiment ta’ data personali barra mill-EPO huwa permissibbli “b’mod eċċezzjonali biss” jekk l-hekk imsejħa “deroga” tapplika f’kundizzjonijiet simili għal dawk fid-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data (196). Dan huwa l-każ meta (a) is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens espliċitu għat-trasferiment (197); (b u c) it-trasferiment ikun okkażjonali u meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt mas-suġġett tad-data jew fl-interess tiegħu (jew għall-implimentazzjoni ta’ miżuri prekuntrattwali fuq talba tas-suġġett tad-data) (198); (d) it-trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu fl-eżerċitar tal-attivitajiet uffiċjali tal-EPO jew fl-eżerċitar leġittimu ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur (199); (e) it-trasferiment ikun okkażjonali u meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċitar jew id-difiża ta’ pretensjonijiet legali (200); (f) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali ta’ individwu, fejn is-suġġett tad-data ma jkunx fiżikament jew legalment kapaċi li jagħti kunsens espliċitu (201); jew (g) it-trasferiment isir minn reġistru maħsub biex jipprovdi informazzjoni lill-pubbliku u li jkun miftuħ għal konsultazzjoni mill-pubbliku inġenerali jew inkella minn kwalunkwe persuna li tista’ turi interess leġittimu, sa fejn il-kundizzjonijiet stabbiliti għal din il-konsultazzjoni jiġu ssodisfati fil-każ partikolari (202). Min-natura tagħhom, u skont il-gwida tal-UPD, dawk id-derogi ma jistgħux jiġu invokati għal trasferimenti sistematiċi, regolari (203).

(73)

Fl-aħħar nett, fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ kategoriji speċifiċi ta’ data lil pajjiżi jew organizzazzjonijiet li ma jibbenefikawx minn deċiżjoni ta’ adegwatezza, il-President jista’ jkompli jillimita dawn it-trasferimenti għal raġunijiet importanti relatati mal-eżerċitar leġittimu tal-awtorità uffiċjali mogħtija lill-Uffiċċju (204). Sa issa, il-President ma għamilx użu minn dawn is-setgħat.

2.4.8.    Responsabbiltà

(74)

Skont il-prinċipju ta’ responsabbiltà, l-entitajiet li jipproċessaw id-data huma meħtieġa jistabbilixxu miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex jikkonformaw b’mod effettiv mal-obbligi tagħhom ta’ protezzjoni tad-data u jkunu jistgħu juru din il-konformità, b’mod partikolari lill-awtorità superviżorja kompetenti.

(75)

L-Artikolu 4(1) tad-DPR jistabbilixxi prinċipju ġenerali ta’ responsabbiltà, li jagħmilha ċara li l-kontrollur huwa responsabbli għal, u jrid ikun jista’ juri, il-konformità mad-DPR. B’mod partikolari, il-kontrollur irid jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżgura u jkun jista’ juri l-konformità, filwaqt li jqis in-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-kuntest u l-finijiet tal-ipproċessar kif ukoll il-probabbiltà u s-severità li jvarjaw ta’ kwalunkwe riskju għad-drittijiet tal-individwi (205). F’dan ir-rigward, id-DPR jimplimentaw ukoll il-prinċipji ta’ privatezza mid-disinn u b’mod awtomatiku billi jirrikjedu li l-kontrollur jimplimenta miżuri mfassla sabiex jimplimentaw il-prinċipji ta’ protezzjoni tad-data u jiżguraw il-konformità mad-DPR, u sabiex jiżguraw li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss data personali li hija meħtieġa għal kull fini speċifiku tal-ipproċessar (206).

(76)

Il-kontrollur u l-proċessuri jridu jżommu rekord tal-attivitajiet ta’ pproċessar, li jkun fihom, fost affarijiet oħra, informazzjoni dwar il-fini tal-ipproċessar, il-kategoriji ta’ data pproċessata, il-kategoriji ta’ riċevituri li lilhom tiġi żvelata d-data, u kwalunkwe trasferiment ta’ data personali (207). Dawk ir-rekords huma fil-prinċipju aċċessibbli għall-pubbliku (sakemm ma jkunx fihom informazzjoni kunfidenzjali), u jkunu nklużi f’Reġistru għall-Protezzjoni tad-Data disponibbli għall-pubbliku, u jridu jkunu disponibbli għad-DPB fuq talba (208). Kull unità operazzjonali trid taħtar ukoll mill-inqas Uffiċjal ta’ Kollegament dwar il-Protezzjoni tad-Data wieħed (għal mandat ta’ sena sa tliet snin li jista’ jiġġedded), li jrid jgħaddi minn taħriġ obbligatorju dwar il-protezzjoni tad-data u jassisti lill-kontrollur biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu (209).

(77)

Fl-aħħar nett, id-DPR jipprovdu strumenti differenti li jistgħu jassistu lill-kontrollur u lill-proċessuri fl-isforzi ta’ konformità tagħhom. Pereżempju, skont id-DPR, l-aderenza ma’ mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni approvati tista’ sservi bħala evidenza ta’ konformità mal-obbligi tad-DPR (210). Barra minn hekk, taħt ċerti kundizzjonijiet, id-DPR jirrikjedu t-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, jew konsultazzjoni minn qabel tal-UPD u d-DPB. Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data hija meħtieġa meta tip ta’ pproċessar x’aktarx li jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ individwu (211). Dan huwa meħtieġ, pereżempju, meta jkun hemm evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali li fuqhom ikunu bbażati deċiżjonijiet awtomatizzati, jew ikun hemm ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data fuq skala kbira (212). Jekk valutazzjoni tal-impatt tindika li l-ipproċessar ikun jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi u r-riskju ma jistax jiġi mitigat b’miżuri ta’ sigurtà raġonevoli, il-kontrollur irid jikkonsulta lid-DPB (213). Id-DPB irid jipprovdi parir bil-miktub jekk ikun tal-opinjoni li l-ipproċessar maħsub ikun bi ksur tad-DPR (214). B’mod aktar ġenerali, il-kontrollur huwa meħtieġ jikkonsulta lill-UPD meta jħejji regoli jew dokumenti operazzjonali dwar l-implimentazzjoni ta’ restrizzjonijiet għad-drittijiet individwali (215).

2.5.   Sorveljanza u infurzar

(78)

Sabiex jiġi żgurat li livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data jkun iggarantit fil-prattika, jenħtieġ li tkun fis-seħħ awtorità superviżorja indipendenti inkarigata bis-setgħat li timmonitorja u tinforza l-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Jenħtieġ li dik l-awtorità taġixxi b’indipendenza u imparzjalità sħiħa fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha u fl-eżerċitar tas-setgħat tagħha.

(79)

Il-qafas legali tal-EPO jafda s-sorveljanza tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data mill-EPO f’idejn żewġ korpi: il-UPD u d-DPB. Iż-żewġ korpi jinħolqu mill-Artikolu 32A tar-Regolamenti dwar is-Servizzi, filwaqt li l-istatus u s-setgħat tagħhom huma speċifikati aktar fid-DPR (216). Ir-rwoli tagħhom huma komplementari u jinvolvu l-kooperazzjoni, filwaqt li kull korp jibqa’ indipendenti fil-funzjonijiet rispettivi tiegħu.

2.5.1.    Indipendenza

(80)

Skont ir-Regolamenti dwar is-Servizzi, il-UPD u d-DPB jaġixxu b’mod kompletament indipendenti minn kwalunkwe interferenza interna jew esterna fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċitar tas-setgħat tagħhom (217). Dak il-prinċipju huwa kkomplementat minn salvagwardji addizzjonali differenti li jiggarantixxu l-indipendenza tagħhom.

(81)

Il-UPD (u d-deputati tagħhom) jinħatru mill-President fuq il-bażi tal-kwalifiki professjonali tagħhom u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tagħhom tad-dritt u l-prattiki dwar il-protezzjoni tad-data (218). Il-UPD jinħatar għal mandat ta’ tlieta sa ħames snin li jista’ jiġġedded. Id-DPB għandu jiġi kkonsultat qabel kwalunkwe tneħħija jew tkeċċija proposta tal-UPD mir-rwol tiegħu (219). Din il-konsultazzjoni qabel it-tneħħija jew it-tkeċċija tal-UPD hija mfassla biex tiżgura skrutinju u rieżami addizzjonali f’każ ta’ tneħħija jew tkeċċija proposta. Din it-tneħħija jew tkeċċija tista’ titressaq għal waħda mir-raġunijiet li ġejjin (220): meta l-UPD ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet (221); għal inkompetenza professjonali (222); jew bħala riżultat ta’ miżuri dixxiplinari (223). Id-DPR jistabbilixxi wkoll li l-UPD ma jistax jitkeċċa jew jiġi penalizzat għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u ma jista’ jirċievi l-ebda struzzjoni (224). Il-UPD irid ikun involut fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-protezzjoni tad-data personali u joħroġ rapporti annwali tal-attività lill-President u lill-Kunsill Amministrattiv (225). L-Uffiċċju jrid jipprovdi lill-UPD ir-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu (226).

(82)

Id-DPB huwa magħmul minn tliet esperti esterni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, jiġifieri president u żewġ membri oħra (227), kif ukoll sostitut, maħtura mill-President tal-EPO għal mandat ta’ tliet snin li jista’ jiġġedded (228). Il-membri tad-DPB irid ikollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra għal kariga ġudizzjarja jew ikunu professjonisti tal-protezzjoni tad-data b’għarfien espert u esperjenza ppruvati fil-qasam tad-dritt dwar il-protezzjoni tad-data miksuba fil-livell nazzjonali jew internazzjonali. Dawn ma jistgħux ikunu impjegati tal-EPO jew ikunu ġew impjegati minnu f’dawn l-aħħar 10 snin (229). Skont l-Artikolu 48(6) tad-DPR, il-membri tad-DPB huma kompletament indipendenti fit-twettiq tal-funzjoni tagħhom. B’mod partikolari, il-membri tad-DPB jistgħu ma jfittxux struzzjonijiet mill-Uffiċċju jew mill-Kunsill Amministrattiv u ma jistgħux ikunu marbuta b’dawn l-istruzzjonijiet. Ir-Regoli ta’ Proċedura tad-DPB jipprovdu wkoll li jrid jaġixxi b’mod imparzjali u b’indipendenza sħiħa meta jwettaq il-kompiti tiegħu (230). Barra minn hekk, il-membri tad-DPB jistgħu jiġu tterminati biss mill-EPO mill-pożizzjoni tagħhom għal kawża serja (231). Il-membri tad-DPB huma marbuta b’obbligu ta’ kunfidenzjalità (232) u jridu joqogħdu lura milli jaġixxu f’każ fejn ikollhom kunflitt ta’ interess, b’mod partikolari interess personali (233). Il-EPO hija meħtieġa tappoġġa lid-DPB fit-twettiq tal-kompiti tiegħu billi jipprovdilu r-riżorsi meħtieġa, kif ukoll appoġġ legali u amministrattiv (permezz ta’ Segretarjat u billi jipprovdi lid-DPB aċċess għad-data personali u operazzjonijiet ta’ pproċessar) (234).

2.5.2.    Kompiti u setgħat

(83)

Il-kompiti tal-UPD jinkludu dawn li ġejjin: jinforma lill-kontrollur jew lill-proċessuri dwar l-obbligi tagħhom u jagħtihom pariri kif xieraq; iqajjem kuxjenza fost il-persunal involut fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar u jipprovdilhom taħriġ; jiiżgura li s-suġġetti tad-data jiġu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom skont id-DPR; u jimmonitorja b’mod indipendenti l-applikazzjoni interna u l-konformità mad-DPR, kif ukoll dispożizzjonijiet legali oħra tal-EPO li għandhom implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-data (235). Is-suġġetti tad-data jistgħu jikkuntattjaw lill-UPD dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-ipproċessar tad-data tagħhom jew mal-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom (236), u l-kontrollur u l-proċessuri jistgħu jikkonsultaw lill-UPD dwar kwalunkwe kwistjoni li tirrigwarda l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-DPR (237).

(84)

Bħala parti mir-rwol ta’ sorveljanza tiegħu, il-UPD għandu s-setgħa li jwettaq awditi u investigazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data (238). L-awditi jinbdew mill-UPD f’konformità ma’ pjan tal-awditjar annwali li jitħejja f’konsultazzjoni mad-DPB (239). Awditu jiffoka fuq il-valutazzjoni tar-rekords tal-protezzjoni tad-data, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumentazzjoni rilevanti, pereżempju, biex jiġu vverifikati l-preċiżjoni u l-kompletezza tad-dokumentazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data, l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġiji tal-ġestjoni tar-riskju, il-preċiżjoni u l-puntwalità tat-tweġibiet għas-suġġetti tad-data, jew it-twettiq xieraq u l-għadd ta’ valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data (240). Skont l-informazzjoni riċevuta mill-Kummissjoni mingħand il-UPD, twettqu tliet awditi fl-2023 u erbgħa fl-2024. Investigazzjoni tista’ tinbeda mill-UPD fuq inizjattiva proprja tiegħu, fuq il-bażi ta’ talba riċevuta mid-DPB jew korp fl-EPO (pereżempju l-President jew kontrollur delegat), jew inkella fuq il-bażi ta’ informazzjoni riċevuta (inkluż pereżempju minn partijiet terzi u individwi) (241). L-investigazzjonijiet mitluba mid-DPB jitwettqu mill-UPD b’mod indipendenti. Id-DPB jista’ jikkummenta u/jew jitlob investigazzjoni supplimentari dwar kwalunkwe kwistjoni li potenzjalment feġġet (242). L-ispezzjonijiet jiffukaw fuq operazzjonijiet ta’ pproċessar jew aspetti partikolari tagħhom jew okkorrenzi relatati magħhom, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-ipproċessar inkwistjoni jissodisfa r-rekwiżiti tad-DPR u biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data (243).

(85)

Il-UPD għandu aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, inkluża d-data personali li tkun qed tiġi pproċessata kif ukoll l-uffiċċji, l-installazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data u l-mezzi ta’ data kollha (244). L-impjegati u l-unitajiet operazzjonali kollha tal-EPO huma meħtieġa jassistu lill-UPD fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, inkluż billi jipprovdu aċċess għall-bini u l-informazzjoni rilevanti (245).

(86)

Meta jikkonkludi awditu jew investigazzjoni, il-UPD jadotta rapport li jistabbilixxi s-sejbiet, il-konklużjonijiet u l-miżuri ta’ rimedju rakkomandati tiegħu (246). Dawn il-miżuri jistgħu pereżempju jinkludu miżuri preventivi jew ta’ mitigazzjoni biex tittejjeb il-konformità, kif ukoll miżuri biex jiġi rimedjat in-nuqqas ta’ konformità (pereżempju biex l-ipproċessar jinġieb f’konformità mad-DPR, biex jiġu ttrattati talbiet mis-suġġetti tad-data sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, biex jiġi sospiż jew itterminat ipproċessar, eċċ.) (247). Il-UPD jista’ wkoll iġib in-nuqqasijiet ta’ konformità mad-DPR mill-impjegati għall-attenzjoni tal-awtorità tal-ħatra kompetenti u jirrakkomanda t-tnedija ta’ investigazzjoni amministrattiva biex jiġi ddeterminat jekk hijiex meħtieġa azzjoni dixxiplinari jew azzjoni oħra (248). Kwalunkwe impjegat li jonqos milli jikkonforma mad-DPR, kemm jekk intenzjonalment jew inkella b’negliġenza, jista’ jkun soġġett għal sanzjonijiet dixxiplinari jew azzjoni oħra skont ir-Regolamenti dwar is-Servizzi (249).

(87)

L-eżitu tal-awditi u l-investigazzjonijiet irid jiġi kkomunikat lid-DPB (250). Ir-rapport tal-awditjar jew tal-investigazzjoni jrid jiġi kondiviż mad-DPB fuq talba. Id-DPB jista’ jikkummenta dwar ir-rapport tal-UPD, inkluż dwar is-sejbiet tal-UPD fir-rigward ta’ jekk seħħx ksur tad-DPR jew le, dwar il-miżuri ta’ rimedju proposti, u jista’ jitlob miżuri investigattivi addizzjonali (251). Jekk awditu jew spezzjoni mill-UPD tikkonkludi li kien hemm nuqqas ta’ konformità (jiġifieri ksur tad-DPR), ir-rapport tal-UPD irid jiġi ppreżentat lid-DPB għall-validazzjoni tal-konklużjonijiet u tal-miżuri ta’ rimedju rakkomandati. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil mid-DPB mal-konklużjonijiet jew mal-miżuri ta’ rimedju rakkomandati tal-UPD, id-DPB jikkondividi l-kummenti tiegħu mal-UPD, inkluż biex jemenda l-konklużjonijiet proposti u l-miżuri ta’ rimedju rakkomandati, li jenħtieġ li jiġu implimentati kif xieraq. Il-miżuri ta’ rimedju li huma vvalidati mid-DPB huma vinkolanti għall-kontrollur u għall-kontrolluri delegati u jistgħu jiġu invokati minn individwi qabel il-mekkaniżmi ta’ rimedju deskritti fil-premessa 95 (252). Il-UPD irid jivverifika l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju (fil-prinċipju wara sitt xhur mill-komunikazzjoni tagħhom) u jirrapporta kull sena lill-President dwar l-istatus tal-implimentazzjoni (253).

(88)

Minbarra r-rwol tiegħu li jinforza l-konformità mad-DPR, kompiti oħra tad-DPB jinkludu l-għoti ta’ pariri lill-President dwar l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ adegwatezza, l-għoti ta’ pariri lill-kontrollur dwar il-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data u r-rieżami tal-ilmenti minn individwi (ara l-premessi 92 sa 96) (254).

2.6.   Rimedju

(89)

Sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata u b’mod partikolari l-infurzar tad-drittijiet individwali, jenħtieġ li s-suġġett tad-data jingħata rimedju effettiv, inkluż kumpens għad-danni.

(90)

Il-qafas legali tal-EPO joffri rimedju lill-individwi permezz ta’ taħlita ta’ mezzi differenti.

(91)

L-ewwel nett, is-suġġetti tad-data li jemmnu li l-ipproċessar tad-data personali tagħhom mill-EPO jikser id-drittijiet tagħhom (jiġifieri jikser id-DPR) jistgħu jippreżentaw talba għal rieżami mill-kontrollur delegat f’konformità mal-Artikolu 49 tad-DPR. Il-kontrollur delegat jirrieżamina l-ilment u jieħu deċiżjoni (255). Qabel ma jieħu deċiżjoni, il-kontrollur delegat irid jikkonsulta lill-UPD, li jipprovdi opinjoni bil-miktub mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju wara li jirċievi t-talba għal rieżami (256). Il-kontrollur delegat irid iwieġeb lill-individwu fi żmien xahar mid-data tal-wasla tat-talba (257). Id-deċiżjoni trid tiġi kkomunikata lill-individwu, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-possibbiltà li jinkiseb rimedju ulterjuri (258). Jekk il-kontrollur delegat jonqos milli jieħu xi azzjoni fi żmien tliet xhur, dan jitqies bħala rifjut impliċitu tat-talba.

(92)

It-tieni, l-individwi jistgħu jikkontestaw deċiżjoni jew ċaħda impliċita ta’ talba għal rieżami minn kontrollur delegat billi jressqu lment quddiem id-DPB (259).

(93)

Meta jeżamina lment, id-DPB irid jistieden lis-suġġett tad-data, lill-kontrollur u, meta applikabbli, lill-proċessur biex jistabbilixxu bil-miktub il-pożizzjoni tagħhom dwar il-pretensjonijiet u l-fatti inkwistjoni u biex jipprovdu evidenza jew kummenti u argumenti dwar l-evidenza disponibbli (260). F’dak il-kuntest, id-DPB jista’ jitlob kwalunkwe informazzjoni li jkun jeħtieġ mill-partijiet biex jittratta l-ilment u jista’, barra minn hekk, jikseb informazzjoni ulterjuri permezz tal-UPD (261). Meta jiddeċiedi dwar is-segwitu meħtieġ għal ilment, id-DPB irid iqis, fost affarijiet oħra, in-natura u l-gravità tal-ksur allegat, l-għadd ta’ suġġetti tad-data affettwati, il-kategoriji ta’ data affettwati u d-durata tal-ksur (262). Id-DPB jista’ jistieden lill-partijiet biex ifittxu ftehim bonarju u jinkoraġġixxi u jiffaċilita b’mod attiv din is-soluzzjoni (263). L-ilmentatur jista’ jitlob ukoll lid-DPB japplika proċedura ta’ urġenza, għal raġunijiet ta’ gravità tal-ksur allegat jew minħabba s-severità tar-riskju impost fuq id-drittijiet tal-individwi (264).

(94)

Wara li jeżamina lment, id-DPB joħroġ opinjoni motivata lill-kontrollur, li għandha tinkludi dikjarazzjoni tal-fatti, l-argumenti prinċipali tal-partijiet, il-kunsiderazzjonijiet tad-DPB u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu (265). F’każ ta’ proċedura ta’ urġenza, id-DPB irid formalment joħroġ opinjoni motivata fi żmien xahrejn minn meta jitressaq l-ilment (266). Fl-opinjoni motivata tiegħu, id-DPB jista’ joħroġ kwalunkwe rakkomandazzjoni li jqis meħtieġa, inkluż rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni (pereżempju t-terminazzjoni tal-ipproċessar illegali ta’ data, it-tħassir ta’ data pproċessata illegalment), il-kumpens għal dannu materjali jew mhux materjali (267). L-opinjoni motivata għandha tiġi kkomunikata lis-suġġett tad-data u lill-kontrollur (jiġifieri l-President tal-Uffiċċju, il-President tal-Bordijiet tal-Appell, il-President tal-Kunsill Amministrattiv, jew il-President tal-Kumitat Magħżul skont jekk l-ilment kienx jikkonċerna l-Uffiċċju, il-Bordijiet tal-Appell, il-Kunsill jew il-Kumitat Magħżul). Il-kontrollur imbagħad jieħu deċiżjoni vinkolanti finali, wara l-opinjoni motivata tad-DPB (268). Id-deċiżjoni finali tiġi kkomunikata lis-suġġett tad-data, lid-DPB, u lill-UPD (269). Jekk il-kontrollur kellu jiddeċiedi li ma jsegwix aspett wieħed jew aktar tal-opinjoni motivata, huwa għandu jispjegaha bil-miktub fid-deċiżjoni (270).

(95)

Suġġett tad-data li ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni mill-kontrollur jista’ jappellaha ulterjorment u jirreferenzja l-opinjoni motivata tad-DPB fl-appell. L-impjegati tal-EPO jistgħu jikkontestaw id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal Amministrattiv tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (271). Kwalunkwe suġġett tad-data ieħor li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-kontrollur jista’, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi d-deċiżjoni, jippreżenta talba lill-President għal arbitraġġ ad hoc (272). Id-DPR jipprevedu proċedura speċifika li għandha tiġi segwita f’każ ta’ arbitraġġ ad hoc (273). B’mod partikolari, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba mis-suġġett tad-data, arbitru wieħed irid jinħatar mis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-DPR (274). L-arbitru jrid ikun legalment kwalifikat, ammess biex jipprattika d-dritt f’wieħed mill-Istati kontraenti tal-EPO, ikun jista’ juri għarfien espert rilevanti fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data u jkun familjari mad-dritt li jirregola l-organizzazzjonijiet internazzjonali (275). Minbarra li jissodisfaw dawk il-kriterji, jistgħu jinħatru biss individwi li ma jkunux ħadmu għall-EPO jew inkella għas-suġġett tad-data jew għas-servizz tagħhom. Id-DPR jipprovdu li l-arbitru jrid jaġixxi b’mod indipendenti u imparzjali (276), jittratta lil kull parti bl-istess mod u jagħtihom l-opportunità li jippreżentaw il-każ tagħhom f’kull stadju tal-proċedimenti (277). Il-proċedimenti ta’ arbitraġġ mhumiex pubbliċi (278) u huma rregolati mill-KEP, id-DPR, inkluża kwalunkwe leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni, id-dritt ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali pubbliku (279). Filwaqt li kull parti trid tħallas il-kostijiet u l-ispejjeż proprji tagħha għar-rappreżentanza legali (sakemm l-arbitru ma jiddeċidix mod ieħor), it-tariffi u l-ispejjeż tal-arbitru, il-kost tal-parir espert possibbli u x-xhieda jitħallsu mill-EPO (280). Soluzzjoni trid tiġi konkluża fil-forma ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ bil-miktub b’formulazzjoni miftiehma, li tkun finali u vinkolanti (281).

(96)

Kwalunkwe individwu li jkun sofra dannu bħala riżultat ta’ ksur tad-DPR jista’ jitlob kumpens mill-EPO billi juża l-proċeduri deskritti fil-premessi 91 sa 95 (282). Il-EPO ma jitqiesx responsabbli jekk juri li ma kienx responsabbli għall-avveniment li wassal għad-dannu.

3.   AĊĊESS U UŻU TA’ DATA PERSONALI TTRASFERITA MILL-UNJONI LILL-UFFIĊĊJU EWROPEW TAL-PRIVATTIVI MINN AWTORITAJIET PUBBLIĊI

(97)

Il-qafas legali li skontu l-EPO jivvaluta u jwieġeb għal talbiet minn awtoritajiet pubbliċi – fl-Istati kontraenti tiegħu u f’pajjiżi terzi – dwar data personali pproċessata mill-EPO isegwi mill-Protokoll tal-EPO dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet (PPI, Protocol on Privileges and Immunities) (283), ir-rekwiżiti tad-DPR dwar it-trażmissjonijiet u t-trasferimenti ta’ data personali, u d-dritt internazzjonali pubbliku.

(98)

L-ewwel nett, l-ipproċessar ta’ data personali mill-EPO għall-fini tal-attivitajiet uffiċjali tiegħu huwa kopert mill-immunitajiet tal-Organizzazzjoni. L-immunitajiet tal-EPO huma kkomplementati minn dmir ta’ kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 20 tal-PPI. Konsegwentement, kwalunkwe talba minn awtorità pubblika ta’ Stat kontraenti biex tinkiseb data pproċessata mill-EPO għandha tiġi vvalutata mill-President f’konformità mal-(Artikolu 20(1)) tal-PPI, li tipprevedi li l-Organizzazzjoni “għandha tikkoopera f’kull ħin mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Kontraenti sabiex tiffaċilita l-amministrazzjoni xierqa tal-ġustizzja, tiżgura l-osservanza tar-regolamenti tal-pulizija u r-regolamenti dwar is-saħħa pubblika, l-ispezzjoni tax-xogħol jew leġiżlazzjoni nazzjonali simili oħra, u tipprevjeni kwalunkwe abbuż tal-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet previsti f’dan il-Protokoll.” Bħala eċċezzjoni, l-Organizzazzjoni tista’ tneħħi l-immunità tagħha mill-ġuriżdizzjoni u l-eżekuzzjoni (284). Meta jiddeċiedi dwar talba għal kooperazzjoni, il-President jeżerċita diskrezzjoni, filwaqt li jqis il-konformità tat-talba mal-qafas legali tal-Organizzazzjoni (285). Il-konklużjoni tista’ tkun li l-Uffiċċju jista’ jwieġeb għal talba skont il-PPI u jista’ jiżvela biss data personali f’konformità mar-rekwiżiti għat-trażmissjonijiet ta’ data previsti fid-DPR (ara l-premessi 62 sa 67). Skont id-DPR, ir-riċevitur irid jipprovdi evidenza li huwa meħtieġ li d-data tiġi trażmessa għal fini speċifiku li jirriżulta mill-obbligi ta’ kooperazzjoni mal-Istat(i) kontraenti tal-EPO (286). Il-kontrollur irid, għal kull trażmissjoni, ikun jista’ juri li din it-trażmissjoni hija meħtieġa u proporzjonata għall-fini speċifiku li titwettaq għalih (287). Kwalunkwe trażmissjoni ta’ data trid titwettaq b’mod li jiżgura li jinżamm il-livell ta’ protezzjoni mogħti mid-DPR (288). Skont il-gwida maħruġa mill-UPD, dan ifisser li għandu jkun hemm fis-seħħ salvagwardji xierqa, inkluż billi jiġi żgurat li d-data li għandha tiġi kondiviża tiġi minimizzata u limitata għal dak li huwa adegwat, rilevanti u strettament meħtieġ biex jintlaħaq dak il-fini (289). Jekk ikun hemm xi raġuni biex wieħed jassumi li d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwu kkonċernat jistgħu jiġu affettwati, il-kontrollur irid jistabbilixxi li huwa proporzjonat li tiġi trażmessa d-data personali għal dak il-fini speċifiku, wara li jkun ibbilanċja l-interessi differenti inkwistjoni (290).

(99)

It-tieni, ma hemm l-ebda strument legali applikabbli għall-EPO li jirregola speċifikament it-trattament ta’ talbiet minn awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi terzi (jiġifieri li mhumiex parti kontraenti għall-EPO) biex tinkiseb data pproċessata mill-EPO. B’riżultat ta’ dan, kwalunkwe żvelar bi tweġiba għal din it-talba jista’ jsir biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għat-trasferimenti internazzjonali tad-data skont id-DPR (kif deskritt fil-premessi 68 sa 73). Dan ikun il-każ biss jekk tkun ġiet adottata deċiżjoni ta’ adegwatezza għall-pajjiż rilevanti li tkopri t-trasferiment, jekk ikunu fis-seħħ salvagwardji xierqa, jew jekk tkun tapplika deroga.

(100)

Il-konformità tal-President mal-PPI, inkluż il-mod kif rikjesti għal kooperazzjoni minn awtoritajiet pubbliċi jkunu ġew indirizzati, hija soġġetta għas-superviżjoni tal-Kunsill Amministrattiv, filwaqt li l-konformità mar-rekwiżiti dwar it-trażmissjonijiet u t-trasferimenti ta’ data personali fid-DPR hija soġġetta għas-sorveljanza tal-UPD u d-DPB, kif deskritt fil-premessi 84 sa 88. L-individwi jistgħu jagħmlu użu mill-mezzi ta’ rimedju deskritti fil-premessi 90 sa 96 rigward it-trażmissjonijiet jew it-trasferimenti tad-data personali tagħhom bi ksur tad-DPR.

4.   KONKLUŻJONIJIET

(101)

Il-Kummissjoni tqis li l-EPO tiżgura livell ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni, li huwa essenzjalment ekwivalenti għal dak garantit mir-Regolament (UE) 2016/679.

(102)

Fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li jiġi deċiż li l-EPO tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, interpretat fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni lill-EPO.

5.   EFFETTI TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI U AZZJONI TAL-AWTORITAJIET GĦALL-PROTEZZJONI TAD-DATA

(103)

L-Istati Membri u l-organi tagħhom huma meħtieġa jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, peress li dawn tal-aħħar huma preżunti li huma legali u, għalhekk, jipproduċu effetti legali sakemm jiġu rtirati, annullati f’rikors għal annullament jew iddikjarati invalidi wara rinviju għal deċiżjoni preliminari jew għal eċċezzjoni ta’ illeġittimità.

(104)

Konsegwentement, deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 hija vinkolanti fuq l-organi kollha tal-Istati Membri li lilhom hija indirizzata, inklużi l-awtoritajiet superviżorji indipendenti tagħhom. B’mod partikolari, it-trasferimenti minn kontrollur jew proċessur fl-Unjoni lill-EPO jistgħu jsiru mingħajr il-ħtieġa li tinkiseb awtorizzazzjoni ulterjuri.

(105)

Ta’ min ifakkar li, skont l-Artikolu 58(5) tar-Regolament (UE) 2016/679 u kif spjegat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-362/14 (291), meta awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data tistaqsi, inkluż fuq ilment, dwar il-kompatibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni mad-drittijiet fundamentali tal-individwu għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data, id-dritt nazzjonali irid jipprovdilha rimedju legali biex tressaq dawk l-oġġezzjonijiet quddiem qorti nazzjonali li tista’ tkun meħtieġa tagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja.

6.   MONITORAĠĠ, SOSPENSJONI, TĦASSIR JEW EMENDA TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI

(106)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-iżviluppi rilevanti fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza sabiex tivvaluta jekk għadhiex tiżgura livell essenzjalment ekwivalenti ta’ protezzjoni. Dan il-kontroll huwa meħtieġ, fi kwalunkwe każ, meta l-Kummissjoni tirċievi informazzjoni li twassal għal dubju ġustifikat f’dak ir-rigward.

(107)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fuq bażi kontinwa, timmonitorja s-sitwazzjoni fir-rigward tal-qafas legali u l-prattika reali tal-EPO għall-ipproċessar ta’ data personali, kif ivvalutat f’din id-Deċiżjoni. Sabiex jiġi ffaċilitat dan il-proċess, l-EPO hija mistiedna tinforma lill-Kummissjoni dwar l-iżviluppi materjali rilevanti għal din id-Deċiżjoni, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali kif ukoll il-limitazzjonijiet u s-salvagwardji applikabbli għall-aċċess għad-data personali mill-awtoritajiet pubbliċi.

(108)

Barra minn hekk, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-funzjoni ta’ monitoraġġ tagħha b’mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni rilevanti meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari rigward mistoqsijiet jew ilmenti mis-suġġetti tad-data tal-Unjoni rigward it-trasferiment ta’ data personali mill-Unjoni lill-EPO.

(109)

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, u fid-dawl tal-fatt li l-livell ta’ protezzjoni mogħti mill-qafas legali tal-EPO jista’ jinbidel, il-Kummissjoni, wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jenħtieġ li tirrieżamina perjodikament jekk is-sejbiet relatati mal-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni żgurat mill-EPO għadhomx fattwalment u legalment ġustifikati. Jenħtieġ li dawn l-evalwazzjonijiet jenħtieġ isiru mill-inqas kull erba’ snin u jenħtieġ li jkopru l-aspetti kollha tal-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni, inkluż il-funzjonament tal-mekkaniżmi rilevanti ta’ sorveljanza u infurzar.

(110)

Biex twettaq ir-rieżami, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiltaqa’ mal-EPO, inkluż il-UPD tagħha u d-DPB. Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni f’dik il-laqgħa tkun miftuħa għar-rappreżentanti tal-membri tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Fil-qafas tar-rieżami, jenħtieġ li l-Kummissjoni titlob lill-EPO tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar l-aspetti kollha rilevanti għas-sejba tal-adegwatezza. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfittex ukoll spjegazzjonijiet dwar kwalunkwe informazzjoni rilevanti għal din id-Deċiżjoni li tkun irċeviet, inkluż mingħand l-EDPB, l-awtoritajiet individwali għall-protezzjoni tad-data, il-gruppi tas-soċjetà ċivili, ir-rapporti pubbliċi jew tal-media, jew kwalunkwe sors ieħor ta’ informazzjoni disponibbli.

(111)

Fuq il-bażi tar-rieżami, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħejji rapport pubbliku li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(112)

Meta informazzjoni disponibbli, b’mod partikolari informazzjoni li tirriżulta mill-monitoraġġ tal-Kummissjoni ta’ żviluppi li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew ipprovduta mill-EPO jew mill-awtoritajiet tal-Istati Membri tiżvela li l-livell ta’ protezzjoni mogħti mill-EPO jista’ ma jibqax adegwat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinforma lill-EPO b’dan u titlob li jittieħdu miżuri xierqa f’perjodu ta’ żmien speċifikat, raġonevoli.

(113)

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perjodu ta’ żmien speċifikat, l-EPO tonqos milli tieħu dik il-miżura jew inkella juri b’mod sodisfaċenti li din id-Deċiżjoni tkompli tkun ibbażata fuq livell adegwat ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 bil-ħsieb li tissospendi jew tħassar parzjalment jew kompletament din id-Deċiżjoni.

(114)

Alternattivament, il-Kummissjoni se tibda dik il-proċedura bil-ħsieb li temenda din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari billi tissoġġetta t-trasferimenti ta’ data għal kundizzjonijiet addizzjonali jew billi tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sejba tal-adegwatezza biss għal trasferimenti ta’ data li għalihom għadu jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni.

(115)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll li tibda l-proċedura li twassal għall-emenda, is-sospensjoni jew it-tħassir ta’ din id-Deċiżjoni jekk, fil-kuntest tar-rieżami jew mod ieħor, l-EPO tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni jew il-kjarifiki meħtieġa għall-valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni mogħti lil data personali ttrasferita mill-Unjoni, jew fir-rigward tal-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-punt sa fejn l-informazzjoni rilevanti tista’ tinkiseb minn sorsi oħra.

(116)

Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati, il-Kummissjoni se tagħmel użu mill-possibbiltà li tadotta, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 93(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament li jissospendu, iħassru jew jemendaw id-Deċiżjoni.

7.   KUNSIDERAZZJONIJIET FINALI

(117)

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ppubblika l-opinjoni tiegħu (292), li tqieset fit-tħejjija ta’ din id-Deċiżjoni.

(118)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 93(1) tar-Regolament (UE) 2016/679,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-fini tal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali ttrasferita mill-Unjoni lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi.

Artikolu 2

Kull meta l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, sabiex jipproteġu lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali tagħhom, jeżerċitaw is-setgħat tagħhom skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2016/679 fir-rigward tat-trasferimenti ta’ data li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 1, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan mingħajr dewmien.

Artikolu 3

1.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kontinwament l-applikazzjoni tal-qafas legali tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi li fuqu hija bbażata din id-Deċiżjoni bil-ħsieb li tivvaluta jekk l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi tkomplix tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 1.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-każijiet fejn l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi tonqos milli tiżgura l-konformità mal-qafas legali li fuqu hija bbażata din id-Deċiżjoni.

3.   Mill-inqas kull erba’ snin, il-Kummissjoni għandha tevalwa s-sejba msemmija fl-Artikolu 1 fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inkluża l-informazzjoni riċevuta bħala parti minn rieżami mwettaq flimkien mal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi.

4.   Meta l-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li livell adegwat ta’ protezzjoni ma għadux żgurat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi dwar dan. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi, temenda jew tħassar din id-Deċiżjoni, jew tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, f’konformità mal-Artikolu 45(5) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Il-Kummissjoni tista’ wkoll tissospendi, tħassar jew temenda din id-Deċiżjoni jekk in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tiddetermina jekk il-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni hijiex affettwata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Michael MCGRATH

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj.

(2)  Ara l-premessa 101 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(3)  Ara l-premessa 104 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(4)  Ara l-Każ C-311/18, Facebook Ireland u Schrems (“Schrems II”) ECLI:EU:C:2020:559, il-paragrafu 94.

(5)  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Ir-Referenzjali tal-Adegwatezza, WP 254 rev. 01, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/newsroom/article29/item-detail.cfm?item_id=614108.

(6)  Il-Każ C-362/14, Schrems (“Schrems I”), ECLI:EU:C:2015:650, il-paragrafu 73.

(7)  Schrems I, il-paragrafu 74.

(8)  Schrems I, il-paragrafu 75.

(9)  Dan jirrifletti l-għadd ta’ Stati kontraenti minn Frar 2025.

(10)  L-Artikolu 5(1) tal-KEP.

(11)  L-Artikolu 4(2) tal-KEP.

(12)  F’kull wieħed mill-Istati kontraenti li għalihom tingħata, privattiva Ewropea fil-prinċipju għandha l-effett tal-istess kundizzjonijiet bħall-privattiva nazzjonali mogħtija minn dak l-Istat u hija soġġetta għall-istess kundizzjonijiet (ara l-Artikolu 2(2) tal-KEP).

(13)  L-Artikoli 26 u 33 tal-KEP.

(14)  Il-President jinħatar mill-Kunsill Amministrattiv u jirrappreżenta lill-EPO esternament (l-Artikolu 5(3) tal-KEP).

(15)  L-Artikolu 10(1) tal-KEP.

(16)  L-Artikolu 10(2) tal-KEP.

(17)  Il-membri tal-Bordijiet tal-Appell jinħatru mill-Kunsill Amministrattiv (fuq proposta mill-President) u joperaw b’mod indipendenti (l-Artikoli 11(3) u 23 tal-KEP).

(18)  Dan jinkludi pereżempju l-isem, l-indirizz, in-nazzjonalità, u n-numru tat-telefown tal-applikanti; l-isem u l-indirizz tal-inventuri u tar-rappreżentanti tal-privattivi; l-isem u l-informazzjoni finanzjarja tal-persuna li tagħmel il-pagamenti, eċċ. L-EPO tista’ tikseb data personali addizzjonali jekk parti terza topponi l-għoti ta’ privattiva, f’liema każ informazzjoni addizzjonali, bħal osservazzjonijiet ta’ partijiet terzi, evidenza u dikjarazzjonijiet bil-miktub jistgħu jiġu kondiviżi mal-EPO (ara r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-KEP, pereżempju R41(2), R143(1)(h), R92(2)(c), R19(1), R53(1), eċċ.). Ara wkoll l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-President dwar il-proċedura ta’ għoti tal-privattivi.

(19)  Applikazzjoni għal privattiva Ewropea tista’ tiġi ppreżentata lill-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali jew lil awtorità kompetenti oħra ta’ Stat kontraenti. Wara li tiċċekkja l-applikazzjoni għas-sigurtà jew rekwiżiti nazzjonali oħra, l-awtorità nazzjonali tgħaddiha lill-EPO.

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1257/oj).

(21)  Il-Privattivi Unitarji li għandhom effett unitarju għall-Istati Membri parteċipanti kollha huma rreġistrati ċentralment fl-EPO, mingħajr il-ħtieġa għal passi amministrattivi ulterjuri fil-livell nazzjonali (kif huwa meħtieġ għall-privattivi Ewropej).

(22)  F’Diċembru 2024, l-EPO adottat regola dwar mekkaniżmu ta’ sorveljanza indipendenti għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Bord tal-Appell fil-kapaċità ġudizzjarja tiegħu. Disponibbli fuq https://www.epo.org/en/about-us/transparency-portal?search_description=CA%2FD+19%2F24&op=&sort_by=most&items_per_page=10.

(23)  Il-QUP ġiet stabbilita fuq il-bażi tal-Ftehim dwar il-Qorti Unifikata tal-Privattivi (ĠU C 175, 20.6.2013, p. 1) u għandha ġuriżdizzjoni esklużiva inter alia fir-rigward ta’ privattivi Ewropej (soġġetti għal perjodu tranżitorju) u privattivi Ewropej b’effett unitarju (pereżempju fir-rigward ta’ azzjonijiet għal ksur reali jew mhedded u difiżi relatati, azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ ksur, azzjonijiet għal miżuri proviżorji u protettivi u mandati ta’ inibizzzjoni, azzjonijiet għal revoka u kontrotalbiet għal revoka). Il-QUP għandha wkoll ġuriżdizzjoni esklużiva fir-rigward ta’ deċiżjonijiet tal-EPO fit-twettiq tal-kompiti tagħha dwar il-Protezzjoni tal-Privattivi Unitarji.

(24)  Għal ħarsa ġenerali lejn il-proċedura tal-PCT, ara l-PCT Applicant’s Guide – Introduction to the International Phase, disponibbli fuq https://www.wipo.int/pct/en/guide/index.html, b’mod partikolari l-kapitolu 3, u l-Guide for applicants: PCT procedure before the EPO (Euro-PCT Guide), is-16-il edizzjoni, l-1 ta’ Jannar 2023, disponibbli fuq https://www.epo.org/en/legal/guide-europct/2023/index.html. Għall-kategoriji ta’ data personali pproċessata mill-EPO fil-kuntest ta’ proċedimenti skont il-PCT ara, b’mod partikolari, it-Taqsima 9(a), (d), (h), (i), (j), (l), (m), (n) u (p) tal-Anness għad-Decision of the President of the European Patent Office dated 13 December 2021 concerning the processing of personal data in patent-grant and related proceedings (OJ European Patent Office 2021, A98).

(25)  Barra minn hekk, hawnhekk applikazzjoni għal privattiva jista’ jkollha tiġi ttrasferita mill-uffiċċju ċentrali tal-proprjetà industrijali jew minn awtorità kompetenti oħra ta’ Stat kontraenti tal-PCT għall-EPO.

(26)  L-Artikolu 33 tal-KEP.

(27)  Ara b’mod partikolari l-Artikolu 1B(1) tar-Regolamenti dwar is-Servizz, li jipprovdi li “l-Uffiċċju jagħmel ħiltu biex jiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali tal-individwi kollha li d-data tagħhom tiġi pproċessata mill-Uffiċċju, u sabiex jiggarantixxi r-responsabbiltà f’dan ir-rigward.” Ara wkoll l-Artikolu 1(1) tad-DPR, li jispjega li d-DPR jipprovdi l-qafas legali meħtieġ biex jiġi żgurat li “d-drittijiet fundamentali tal-persuni fiżiċi għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali tagħhom ipproċessata mill-Uffiċċju jiġu osservati”.

(28)  Ara wkoll l-Artikoli 47 u 48 tad-DPR.

(29)  Ir-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data (minn p. 495), disponibbli fuq https://report-archive.epo.org/files/babylon/service_regulations_en.pdf. Id-DPR japplika wkoll għall-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta’ rimedju quddiem il-Bord għall-Protezzjoni tad-Data, li ma tapplikax għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Bordijiet fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom (l-Artikolu 2(6) tad-DPR). Għal dawk l-attivitajiet, id-DPR jirrikjedi li l-Bordijiet jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ rieżami indipendenti separat.

(30)  Ir-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill Amministrattiv, disponibbli fuq https://link.epo.org/ac-document/CA/D%202/23%20-%20En.pdf. L-uniku aspett li fuqu r-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill Amministrattiv huma differenti mid-DPR jirrigwarda adattamenti għall-istruttura speċifika tal-Kunsill Amministrattiv, jiġifieri billi r-referenzi għall-President jiġu sostitwiti b’referenzi għall-President tal-Kunsill Amministrattiv. Barra minn hekk, ġew adottati regoli separati - ir-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Kumitat Magħżul (SC DPR) - għall-hekk imsejjaħ Kumitat Magħżul tal-Kunsill Amministrattiv. Dan il-Kumitat huwa magħmul mill-Istati kontraenti u l-organizzazzjonijiet tal-utenti tal-EPO u ġie stabbilit bl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 u l-Artikolu 145 tal-KEP biex jissorvelja l-attivitajiet tal-Uffiċċju fil-kuntest tal-proċedura ta’ privattivi unitarja. Ir-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Kumitat Magħżul japplikaw ir-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Kunsill Amministrattiv (li min-naħa tagħhom japplikaw id-DPR) għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Kumitat Magħżul (ara https://link.epo.org/web/about-us/governance/SC_D_1_23_en.pdf). Hawnhekk ukoll, ir-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-Kumitat Magħżul ivarjaw biss mir-regoli għall-Kunsill Amministrattiv u l-Uffiċċju billi jirreferu lill-President tal-Kumitat (minflok il-President tal-Kunsill jew il-President).

(31)  Ir-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data tal-EPO: https://www.epo.org/en/about-us/office/data-protection-and-privacy.

(32)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).

(33)  L-Artikolu 10 tal-KEP. Ara wkoll l-Artikolu 1(2)(a) tad-DPR.

(34)   https://www.epo.org/en/legal/official-journal/2021/12/a98.html. Deċiżjoni simili ġiet adottata fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data fi proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bordijiet tal-Appell mill-President tal-Bordijiet tal-Appell, jiġifieri d-Deċiżjoni tal-14 ta’ Lulju 2023 dwar l-ipproċessar ta’ data personali fi proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bordijiet tal-Appell, disponibbli hawnhekk https://www.epo.org/en/legal/official-journal/2023/07/a73.html.

(35)  Id-Deċiżjoni tas-7 ta’ Diċembru 2022 dwar l-ipproċessar ta’ data personali fi proċedimenti relatati ma’ privattivi Ewropej b’effett unitarju, disponibbli fuq https://www.epo.org/en/legal/official-journal/2022/12/a112.html.

(36)   https://epo.org/en/legal/official-journal/2022/12/a111.html. Kif emendata bid-Deċiżjoni tal-11 ta’ Mejju 2023, (ĠU European Patent Office 2023, A57) disponibbli fuq https://www.epo.org/en/legal/official-journal/2023/06/a57.html.

(37)   https://link.epo.org/web/en-decision-of-the-president-on-delegated-controllers.pdf. Din id-Deċiżjoni tiġi aġġornata mill-inqas darba fis-sena.

(38)  Iċ-Ċirkolari 420 li timplimenta l-Artikolu 25 tar-Regoli dwar il-Protezzjoni tad-Data, disponibbli fuq https://link.epo.org/web/circular_420_en.pdf.

(39)  Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Bordijiet tal-Appell fi proċedimenti ta’ appell, din l-interazzjoni hija ċċarata fid-Deċiżjoni tal-President tal-Bordijiet tal-Appell dwar l-ipproċessar ta’ data personali fi proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bordijiet tal-Appell.

(40)  Ara pereżempju r-referenza għal dokumenti operazzjonali maħruġa mill-UPD fl-Artikolu 1(2)(c) tad-DPR, li ġew approvati mill-President u b’hekk saru vinkolanti.

(41)  Ara l-Artikolu 1(6) u l-Artikolu 12(5) tad-DPR tal-Kunsill Amministrattiv.

(42)  L-Artikolu 2(2) tad-DPR u l-Artikolu 1 tar-Regolamenti dwar is-Servizzi.

(43)  L-Artikolu 3(1)(a) u (b) tad-DPR u l-Artikolu 4(1) u (2) tal-GDPR.

(44)  L-Artikolu 1bB(2) tar-Regolamenti dwar is-Servizzi u l-Artikolu 2(2) u (3) tad-DPR. Ara wkoll id-definizzjoni ta’ “suġġett tad-data” (l-Artikolu 3(1)(w) tad-DPR), jiġifieri “kwalunkwe persuna fiżika identifikata jew identifikabbli, irrispettivament minn jekk dik il-persuna hijiex impjegata tal-Uffiċċju jew le”. Sabiex jiġi ddeterminat jekk individwu huwiex identifikabbli, iridu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-mezzi kollha li raġonevolment jistgħu jintużaw, bħall-individwazzjoni, jew mill-kontrollur jew inkella minn persuna oħra, sabiex il-persuna fiżika tiġi identifikata direttament jew indirettament.

(45)  Jiġifieri “l-ipproċessar ta’ data personali b’tali mod li d-data personali ma tkunx tista’ tibqa’ tiġi attribwita għal suġġett tad-data speċifiku mingħajr l-użu ta’ informazzjoni addizzjonali, dment li din l-informazzjoni addizzjonali tinżamm separatament u tkun soġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi żgurat li d-data personali ma tiġix attribwita għal persuna fiżika identifikata jew identifikabbli”, ara l-Artikolu 3(1)(e) tad-DPR.

(46)  Jiġifieri “informazzjoni li mhijiex relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli, jew ma’ data personali li ssir anonima b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jkunx jew ma jkunx għadu identifikabbli”, ara l-Artikolu 3(1)(r) tad-DPR. Skont l-Artikolu 13(1) tad-DPR, il-kontrollur mhuwiex obbligat li jżomm, jakkwista jew jipproċessa informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika individwu għall-fini uniku li jikkonforma mad-DPR, meta l-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data ma jkunux jirrikjedu jew ma jkunux għadhom jirrikjedu l-identifikazzjoni ta’ individwu.

(47)  L-Artikolu 2(4) tad-DPR. Fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għal finijiet ta’ arkivjar (fl-eżerċitar leġittimu tal-awtorità uffiċjali tal-EPO), għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika, id-DPR jirrikjedi li jkun hemm fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi, inter alia biex jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data u, meta l-fini tal-ipproċessar jista’ jinkiseb b’dak il-mod, tiġi pproċessata d-data b’mod li ma jkunx għadu jippermetti l-identifikazzjoni tal-individwu (l-Artikolu 14 tad-DPR).

(48)  L-Artikolu 1B(3) tar-Regolamenti dwar is-Servizzi u l-Artikolu 2(1) tad-DPR. “Sistema ta’ arkivjar” hija definita bħala “kwalunkwe sett strutturat ta’ data personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, sew jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika”, ara l-Artikolu 3(1)(f) tad-DPR.

(49)  L-Artikolu 3(1)(g) tad-DPR. Meta jintuża t-terminu “kontrollur” f’din id-Deċiżjoni, dan jirreferi jew għall-EPO nnifisha jew għall-kontrolluri delegati.

(50)  L-Artikolu 10(2) tal-KEP u l-Artikolu 28(1) tad-DPR.

(51)  L-Artikolu 28(2) tad-DPR. Dan jirriżulta speċifikament minn delega ta’ setgħa mill-President tal-Uffiċċju, ara https://www.epo.org/en/legal/official-journal/2021/etc/se1/p175.html. Għal attivitajiet oħra (meta l-Bordijiet ma jaġixxux fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom), il-President tal-Bordijiet jaġixxi bħala kontrollur delegat għall-President tal-Uffiċċju.

(52)  Ara l-Artikolu 1(4)(5) tal-AC DPR u l-Artikolu 13a(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat Magħżul.

(53)  L-Artikolu 28(3) tad-DPR.

(54)  Ara l-Artikolu 3(1)(h) tad-DPR. Il-persuna li tirrappreżenta l-unità operazzjonali trid tkun maniġer f’livell għoli, normalment tal-anqas direttur prinċipali. Il-lista ta’ kontrolluri delegati ssir pubblika (ara pereżempju, https://link.epo.org/web/decision_of_the_president_on_delegated_controllers_en.pdf u https://link.epo.org/web/decision_of_the_president_of_the_boards_of_appeal_appointing_a_delegated_controller_en.pdf) u tiġi aġġornata regolarment.

(55)  Meta din id-Deċiżjoni tirreferi għal “kontrollur”, din tinkludi kontrolluri delegati rilevanti.

(56)  F’dan il-każ, l-Artikolu 29 tad-DPR jirrikjedi li l-kontrollur (delegat) jiddetermina, b’mod trasparenti, ir-responsabbiltajiet rispettivi taż-żewġ partijiet għall-konformità mal-obbligi tagħhom ta’ protezzjoni tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-individwi u l-obbligi ta’ trasparenza.

(57)  L-Artikolu 3(1)(j) tad-DPR.

(58)  L-Artikolu 30(1) tad-DPR.

(59)  L-Artikolu 30(3) tad-DPR.

(60)  L-Artikolu 30(2)-(3) tad-DPR. Proċessur li jinvolvi sottoproċessur huwa (kuntrattwalment) meħtieġ jimponi l-istess obbligi ta’ protezzjoni tad-data fuq is-sottoproċessur bħal dawk ipprovduti fil-kuntratt bejn il-kontrollur u l-proċessur (l-Artikolu 30(4) tad-DPR).

(61)  L-Anness E tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt għall-EPO, https://link.epo.org/web/general_conditions_of_contract_en.pdf.

(62)  L-Artikolu 8(1), (2) u (5), flimkien mal-Artikolu 9(1) tad-DPR.

(63)  Dan jirreferi għall-kompiti mwettqa skont il-KEP u l-PCT jew ir-regoli adottati fuq dik il-bażi (pereżempju r-Regolamenti dwar is-Servizzi) li huma meħtieġa biex jitwettqu l-kompiti tal-EPO fil-proċedura ta’ għoti tal-privattivi. Ara wkoll il-paragrafu 5(1) tal-Anness għad-Deċiżjoni dwar il-PGP u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-KEP, bħall-Parti IV u V tiegħu. Għat-twettiq tal-kompiti tal-EPO fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-privattivi, l-EPO tipproċessa d-data personali għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u l-privattivi; imexxi proċedimenti ta’ oppożizzjoni; jikkomunika mal-partijiet fil-proċedimenti (u fejn applikabbli, ma’ partijiet terzi); iżomm ir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi; tfassal rapporti u statistika u tiskambja data mal-Istati kontraenti u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (il-paragrafu 6 tal-Anness għad-Deċiżjoni dwar il-PGP).

(64)  Dan ikopri l-kompiti assenjati lill-President tal-Uffiċċju biex jiżgura l-funzjonament u l-ġestjoni effettivi tal-Uffiċċju. Ara pereżempju l-Artikolu 10 tal-KEP, li jiddeskrivi l-kompiti tal-President fir-rigward tal-persunal, (l-aċċess għal) il-bini u l-ġestjoni tat-tagħmir. Dan l-approċċ huwa konformi mal-Artikolu 5(1)(a) u l-premessa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Bl-istess mod, dan jirreferi għall-kompiti tal-Kunsill Amministrattiv skont il-KEP, pereżempju biex jiġu stabbiliti regoli dwar il-pensjonijiet u r-regolamenti finanzjarji, ara l-Artikolu 33 tal-KEP, ir-Regoli 9(2), 12(c) u 122(4) tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-KEP. Fir-rigward tal-Kumitat Magħżul, dan jirreferi għall-kompiti superviżorji skont l-Artikolu 145 tal-KEP. Fl-aħħar nett, għall-Bordijiet tal-Appell, dan pereżempju jirreferi għar-responsabbiltà tiegħu li jeżamina appelli kontra deċiżjonijiet ta’ partijiet oħra tal-Uffiċċju, ara l-Artikolu 21(1) tal-KEP.

(65)  Ara pereżempju r-Regola 20 tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-KEP.

(66)  L-Artikolu 3(1)(m) tad-DPR. Ara wkoll l-Artikolu 7(2) tad-DPR.

(67)  L-Artikolu 7(1) tad-DPR.

(68)  L-Artikolu 7(1), (5), (6) u (7) tad-DPR.

(69)  L-Artikolu 7(4) tad-DPR.

(70)  L-Artikolu 7(4) tad-DPR.

(71)  L-Artikolu 7(5) tad-DPR.

(72)  Ara pereżempju l-Artikolu 11 tad-DPR.

(73)  Definita bħala “data personali relatata mal-karatteristiċi ġenetiċi li ntirtu jew li nkisbu ta’ persuna fiżika li tagħti informazzjoni unika dwar il-fiżjoloġija jew is-saħħa ta’ dik il-persuna fiżika u li tirriżulta, b’mod partikolari, minn analiżi ta’ kampjun bijoloġiku minn dik il-persuna fiżika”, ara l-Artikolu 3(1)(o) tad-DPR.

(74)  Definita bħala “data personali li tirriżulta mill-ipproċessar tekniku speċifiku relatat mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew komportamentali ta’ persuna fiżika, li tippermetti jew tikkonferma l-identifikazzjoni unika ta’ dik il-persuna fiżika, bħal immaġnijiet tal-wiċċ jew data dattiloskopika”, ara l-Artikolu 3(1)(p) tad-DPR.

(75)  Jiġifieri data personali relatata mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ persuna fiżika, inkluża l-provvista ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa, li tiżvela informazzjoni dwar l-istat tas-saħħa tagħha, ara l-Artikolu 3(1)(q) tad-DPR.

(76)  L-Artikolu 11(1) tad-DPR.

(77)  L-Artikolu 11(1) u (2) tad-DPR.

(78)  Id-DPR jippermettu wkoll l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data f’xenarji speċifiċi li jirrigwardaw l-aktar lill-persunal tal-EPO u għalhekk huma anqas rilevanti għad-data ttrasferita fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni. B’mod partikolari, kategoriji speċjali ta’ data jistgħu jiġu pproċessati meta awtorizzati minn dispożizzjoni legalment vinkolanti li tapplika għall-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi (pereżempju l-KEP u l-istrumenti adottati mill-Kunsill Amministrattiv u l-President, ara l-Artikolu 3(1)(y) tad-DPR) li tipprevedi salvagwardji xierqa għad-drittijiet u l-interessi fundamentali tas-suġġett tad-data (l-Artikolu 11(2)(b) tad-DPR) u hija meħtieġa għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi u l-eżerċitar ta’ drittijiet speċifiċi tal-kontrollur jew tas-suġġett tad-data fil-qasam tad-dritt dwar l-impjiegi u s-sigurtà soċjali. Bl-istess mod, l-ipproċessar jista’ jsir fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika (bħall-protezzjoni kontra theddid transfruntier serju għas-saħħa jew l-iżgurar ta’ standards għoljin ta’ kwalità u s-sikurezza tal-kura tas-saħħa, fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali li jipprevedi miżuri adattati u speċifiċi għas-salvagwardja tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, b’mod partikolari s-sigriet professjonali, ara l-Artikolu 11(2)(g) tad-DPR). Fl-aħħar nett, l-ipproċessar jista’ jkun meħtieġ għal mediċina preventiva jew okkupazzjonali, l-evalwazzjoni tal-kapaċità għax-xogħol ta’ impjegat, id-dijanjosi medika, il-forniment ta’ kura tas-saħħa jew soċjali jew trattament, il-ġestjoni ta’ sistemi u servizzi tal-kura tas-saħħa jew soċjali jew eżamijiet u opinjonijiet mediċi, meta dik id-data tiġi pproċessata minn professjonist tas-saħħa soġġett għall-obbligu tas-segretezza professjonali jew minn persuna oħra soġġetta għal obbligu ekwivalenti ta’ segretezza (l-Artikolu 11(3) tad-DPR).

(79)  Pereżempju, fil-kuntest ta’ appelli kontra privattiva mogħtija, data sensittiva tista’ tiġi inkluża f’dikjarazzjonijiet ta’ xhieda jew f’evidenza ppreżentata. L-ipproċessar skont din id-dispożizzjoni jista’ jseħħ ukoll jekk ikun sostanzjalment meħtieġ għall-ġestjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju u għall-obbligi li jirriżultaw mill-obbligu tal-EPO ta’ kooperazzjoni mal-Istati kontraenti (pereżempju l-ħtieġa li tiġi pproċessata informazzjoni dwar is-saħħa tal-persunal jew tal-viżitaturi f’konformità mar-rekwiżiti imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika tal-Istat ospitanti tal-EPO). Fi kwalunkwe każ, l-istrument legali li fuqu huwa bbażat l-ipproċessar irid ikun proporzjonat mal-għan segwit, jirrispetta l-essenza tad-dritt għall-protezzjoni tad-data u jipprevedi miżuri adattati u speċifiċi biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet fundamentali u l-interessi tas-suġġett tad-data (l-Artikolu 11(2)(f) tad-DPR).

(80)  L-Artikolu 12 tad-DPR. Xenarju possibbli fejn din id-data tiġi pproċessata jinkludi proċedimenti dixxiplinari li jirrigwardaw avukati tal-privattivi quddiem il-Bord tad-Dixxiplina tal-EPO (ara pereżempju l-paragrafu A.7 tal-Anness għad-Deċiżjoni dwar il-PGP).

(81)  L-Artikolu 6(2) tad-DPR.

(82)  Pereżempju, is-sigurtà tal-Organizzazzjoni; il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali; id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, eċċ. (ara l-Artikolu 25(1) tad-DPR).

(83)  L-Artikolu 6(3) tad-DPR.

(84)  B’mod partikolari, kwalunkwe rabta bejn l-fini tal-ġbir u l-fini tal-ipproċessar ulterjuri maħsub; il-kuntest li fih inġabret id-data; in-natura tad-data; u l-konsegwenzi possibbli tal-ipproċessar ulterjuri għall-individwi, ara l-Artikolu 6(3) tad-DPR.

(85)   “Ksur tad-data” huwa definit bħala “ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bidliet, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, data personali trażmessa, maħżuna jew inkella pproċessata”, ara l-Artikolu 3(1)(n) tad-DPR.

(86)  L-Artikolu 34(1) tad-DPR.

(87)  L-Artikolu 34(2) tad-DPR.

(88)  L-Artikolu 34(1) u 3 tad-DPR.

(89)  L-Artikolu 34(6) tad-DPR.

(90)  L-Artikolu 34(6) tad-DPR.

(91)  L-Artikolu 34(8) tad-DPR.

(92)  L-Artikolu 16(1)-(2) tad-DPR.

(93)  L-Artikolu 16(3) tad-DPR.

(94)  L-Artikolu 16(4) tad-DPR.

(95)  L-Artikolu 17(1) u (2) tad-DPR.

(96)  L-Artikolu 17(3)(a) tad-DPR.

(97)  L-Artikolu 17(3)(b) tad-DPR.

(98)  L-Artikolu 17(3)(c) u (4) tad-DPR. Parti terza hija definita fl-Artikolu 3(1)(l) tad-DPR bħala kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija, jew korp għajr is-suġġett tad-data, il-kontrollur, il-proċessur, u l-persuni li, taħt l-awtorità diretta tal-kontrollur jew tal-proċessur, huma awtorizzati jipproċessaw data personali.

(99)  L-Artikolu 17(4) tad-DPR. Dawn ir-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità pereżempju japplikaw fil-kuntest tal-ipproċessar ta’ data personali tal-persunal tas-servizz mediku tal-EPO (f’liema każ il-prattikanti mediċi rilevanti jistgħu jkunu taħt obbligu ta’ segretezza professjonali, ara pereżempju l-Artiklu 11(3) tad-DPR u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni għall-Artikoli 83a, 84 u 84a tar-Regolamenti dwar is-Servizzi, il-paragrafu E) jew fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ reklutaġġ (it-Taqsima 6 tal-Anness II – Proċeduri tal-Kompetizzjoni għall-Postijiet li għalihom il-President huwa l-Awtorità tal-Ħatra).

(100)  Jiġifieri meta l-KEP jew l-istrumenti legali adottati fuq il-bażijiet tagħha jirregolaw speċifikament l-informazzjoni li għandha tiġi żvelata lill-individwi jew lill-pubbliku, ara f’aktar dettall it-Taqsima 1.4.6.7 hawn taħt.

(101)  L-Artikolu 15(1) tad-DPR.

(102)  L-Artikolu 15(2) tad-DPR.

(103)  L-Artikolu 15(4) tad-DPR. Barra minn hekk, l-Artikolu 13(2) tad-DPR jispeċifika li, jekk il-kontrollur ikun jista’ juri li mhuwiex f’pożizzjoni li jidentifika s-suġġett tad-data, id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet individwali ma japplikawx (sakemm is-suġġett tad-data ma jipprovdix informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom).

(104)  L-Artikolu 15(3) tad-DPR.

(105)  B’mod partikolari, il-kontrollur irid jipprovdi kopja f’forma intelliġibbli tad-data li tkun qed tiġi pproċessata u tal-informazzjoni kollha disponibbli (ta’ kwalunkwe tip, irrispettivament min-natura tagħha (oġġettiva jew suġġettiva), il-kontenut (inkluż kwalunkwe tip ta’ attività mwettqa), jew il-format (fajl stampat, rekords tal-kompjuter, emails), ara l-Artikolu 18(3) tad-DPR. Fl-istess ħin, id-dritt li tinkiseb kopja tad-data ma jistax jaffettwa b’mod vers id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn (l-Artikolu 18(5) tad-DPR).

(106)  L-Artikolu 18(1) tad-DPR.

(107)  L-Artikolu 18(2)-(3) tad-DPR.

(108)  L-Artikolu 19(1) tad-DPR.

(109)  L-Artikolu 19(3) tad-DPR. Jekk is-suġġett tad-data jitlobha, il-kontrollur għandu jinforma dwar dawk ir-riċevituri.

(110)  Din l-interpretazzjoni ġiet adottata f’konformità mal-EDPS Guidelines on the Rights of Individuals with regard to the Processing of Personal Data. https://www.edps.europa.eu/sites/default/files/publication/14-02-25_gl_ds_rights_en.pdf Ara b’mod partikolari, p. 18, il-gwida dwar id-dritt ta’ rettifika li tirreferi għal “data oġġettiva u fattwali” u “dikjarazzjonijiet suġġettivi”.

(111)  L-Artikolu 19(2) tad-DPR.

(112)  It-tħassir tad-data huwa definit bħala “t-tħassir tad-data maħżuna b’tali mod li r-rikostruzzjoni ma tkunx possibbli” (l-Artikolu 3(1)(v) tad-DPR). Ir-referenza għal “data maħżuna” tkopri d-data kollha miġbura u miżmuma mill-kontrollur (u kwalunkwe parti terza f’isem il-kontrollur).

(113)  L-Artikolu 20(1) tad-DPR.

(114)  L-Artikolu 20(4) tad-DPR.

(115)  L-Artikolu 20(2) tad-DPR.

(116)  Skont l-Artikolu 20 tal-Protokoll tal-EPO dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet, l-EPO jista’ ikun meħtieġ jipprovdi data personali lill-Istati kontraenti tiegħu fil-kuntest ta’ proċedimenti amministrattivi jew legali, pereżempju għall-kalkolu u t-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni tal-persunal, għal investigazzjonijiet tat-taxxa, jew fil-kuntest ta’ proċessi ċivili li jirrigwardaw il-persunal tal-EPO.

(117)  Dan jirreferi għal sitwazzjonijiet meta l-EPO tkun meħtieġa skont il-KEP, il-PCT jew l-istrumenti legali adottati fuq dik il-bażi tipproċessa data personali fir-rigward tal-proċedura ta’ għoti tal-privattivi (pereżempju ż-żamma ta’ informazzjoni fir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi u l-Bullettin Ewropew tal-Privattivi skont l-Artikolu 127 u 129 tal-KEP).

(118)  L-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa għal raġunijiet ta’ interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika jrid ikun f’konformità mal-Artikolu 11(2)(g) tad-DPR.

(119)  L-Artikolu 20(3) tad-DPR.

(120)  L-Artikolu 3(1)(c) tad-DPR.

(121)  L-Artikolu 21(1) tad-DPR.

(122)  L-Artikolu 21(2) tad-DPR.

(123)  Meta l-EPO tkun legalment meħtieġa tipproċessa data personali fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-privattivi, jiġifieri skont il-KEP u l-PCT, l-individwi ma jistgħux joġġezzjonaw għall-ipproċessar, ara l-paragrafu 28 tal-Anness għad-Deċiżjoni dwar il-PGP. Meta d-data personali tiġi pproċessata għal finijiet ta’ riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta’ statistika, is-suġġetti tad-data għandhom id-dritt li joġġezzjonaw, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tagħhom, għall-ipproċessar ta’ data personali sakemm l-ipproċessar ma jkunx meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq fl-eżerċitar leġittimu tal-awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur, li jinkludi l-ipproċessar meħtieġ għall-ġestjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju (l-Artikolu 23(4) tad-DPR).

(124)  L-Artikolu 23(2) tad-DPR.

(125)  L-Artikolu 23(1) tad-DPR.

(126)  L-Artikolu 22(1) tad-DPR.

(127)  Peress li l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-proċedura ta’ għoti tal-privattivi ma huwa bbażat fuq l-ebda waħda minn dawk ir-raġunijiet, id-dritt għall-portabbiltà tad-data ma japplikax f’dan il-kuntest, ara l-paragrafi 29-30 tal-Anness għad-Deċiżjoni dwar il-PGP.

(128)  L-Artikolu 24(1) tad-DPR. It-tfassil ta’ profili huwa definit fl-Artikolu 3(1)(d) tad-DPR bħala kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali li jikkonsisti fl-użu ta’ data personali għall-evalwazzjoni ta’ ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika, b’mod partikolari biex jiġu analizzati jew previsti aspetti li jirrigwardaw il-prestazzjoni fuq il-post tax-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-interessi, l-affidabbiltà, l-imġiba, il-lokalizzazzjoni jew il-movimenti ta’ dik il-persuna fiżika.

(129)  L-Artikolu 24(3) tad-DPR.

(130)  L-Artikolu 24(2)(b) tad-DPR.

(131)  Ara l-Artikolu 16(2)(f) u 17(2)(f) tad-DPR.

(132)  L-Artikolu 18(1)(h) tad-DPR.

(133)  Bl-eċċezzjoni tad-dritt ta’ oġġezzjoni, li għalih iċ-Ċirkolari 420 ma tipprevedi l-ebda restrizzjoni, ara l-Artikolu 3(3). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 9 taċ-Ċirkolari 420, l-EPO jista’ jirrestrinġi l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data lil individwu.

(134)  Ara d-definizzjoni ta’ restrizzjonijiet fl-Artikolu 2 taċ-Ċirkolari 420.

(135)  Restrizzjonijiet tant estensivi u intrużivi li, fil-fatt, iċaħħdu dritt fundamentali mis-sustanza bażika tiegħu u jipprevjenu lill-individwu milli jeżerċitah, ma jistgħux jiġu ġġustifikati, ara l-Artikolu 4(3) taċ-Ċirkolari 420.

(136)  Jiġifieri s-sigurtà tal-EPO, is-sigurtà pubblika jew id-difiża tal-Istati kontraenti; il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-infurzar ta’ pieni kriminali, inkluża s-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika; interessi sostanzjali oħra tal-EPO li jappartjenu għall-missjoni ċentrali tagħha, jew minħabba obbligi li jirriżultaw mid-dmir ta’ kooperazzjoni mal-Istati kontraenti, inklużi kwistjonijiet monetarji, baġitarji u ta’ tassazzjoni, is-saħħa pubblika u s-sigurtà soċjali; is-sigurtà interna tal-Uffiċċju, inkluż tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika tiegħu; il-protezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja u semiġudizzjarja u tal-proċedimenti ġudizzjarji u semiġudizzjarji; il-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-identifikazzjoni u s-sanzjoni ta’ ksur tal-etika għall-professjonijiet regolati; funzjoni ta’ monitoraġġ, spezzjoni jew regolatorja marbuta, anke okkażjonalment, mal-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali; il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn u l-infurzar ta’ pretensjonijiet tad-dritt ċivili (l-Artikolu 25(1) tad-DPR).

(137)  L-Artikolu 25(3) tad-DPR.

(138)  L-Artikolu 25(2) tad-DPR.

(139)  L-Artikolu 1 taċ-Ċirkolari 420.

(140)  L-Artikolu 4(1)(a)-(b) taċ-Ċirkolari 420.

(141)  Dan jirrigwarda biss l-ipproċessar ta’ data dwar is-saħħa tal-persunal tal-EPO (u mhuwiex direttament rilevanti għall-finijiet ta’ sejba ta’ adegwatezza li tirrigwarda l-ipproċessar ta’ data ttrasferita minn kontrollur jew proċessur soġġett għall-GDPR). L-Artikolu 8 taċ-Ċirkolari 420 jikkjarifika aktar kif jistgħu jiġu applikati r-restrizzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal data/fajls mediċi. B’mod partikolari, huwa jispeċifika li din ir-restrizzjoni tista’ tiġi applikata biss għad-dritt ta’ aċċess dirett għad-data medika personali tagħhom u/jew għall-fajls ta’ natura psikoloġika jew psikjatrika li jiġu pproċessati mill-Uffiċċju iżda biss jekk l-aċċess għal dik id-data x’aktarx li jaffettwa b’mod avvers u joħloq periklu immedjat għall-ħajja u s-saħħa tas-suġġett tad-data jew ta’ oħrajn.

(142)  L-Artikolu 4(1) taċ-Ċirkolari 420. Din id-dispożizzjoni ġeneralment tirrigwarda biss data personali tal-persunal tal-EPO. Hija tirreferi għal każijiet meta l-EPO tkun meħtieġa tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati kontraenti skont l-Artikolu 131 tal-KEP (li jirregola l-kooperazzjoni bejn l-EPO u l-qrati nazzjonali tal-Istati kontraenti f’investigazzjonijiet/proċedimenti relatati mal-għoti ta’ privattivi) u skont l-Artikolu 20(1) tal-Protokoll tiegħu dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet (ara wkoll il-paragrafu 95). Dan jista’ pereżempju jkun il-każ meta l-persunal tal-EPO tintalab tixhed f’qorti nazzjonali ta’ Stat kontraenti fil-kuntest ta’ proċedimenti kriminali nazzjonali, jew l-EPO tintalab tipprovdi informazzjoni dwar is-salarju tal-persunal tiegħu fi proċedimenti ċivili (tal-liġi tal-familja), eċċ.

(143)  L-Artikolu 2 taċ-Ċirkolari 420.

(144)  L-Artikolu 25(3)(a) tad-DPR. Ara wkoll l-Artikolu 6 taċ-Ċirkolari 420.

(145)  L-Artikolu 5(5) taċ-Ċirkolari 420.

(146)  L-Artikolu 4(4) taċ-Ċirkolari 420. Dawn ir-rekords iridu jkunu disponibbli għad-DPB fuq talba (l-Artikolu 4(7) taċ-Ċirkolari 420).

(147)  Il-miżuri jridu jinkludu pereżempju ħżin sigur, ambjent elettroniku sigur li jipprevjeni l-aċċess illegali u aċċidentali għal jew it-trasferiment ta’ data elettronika lil persuni mhux awtorizzati u l-monitoraġġ ta’ restrizzjonijiet u rieżami perjodiku tal-applikazzjoni tagħhom, ara l-Artikolu 5(2) taċ-Ċirkolari 420.

(148)  L-Artikolu 4(5) u 5 (3) taċ-Ċirkolari 420.

(149)  L-Artikolu 25(3)(b) tad-DPR. Din l-informazzjoni tista’ tiġi differita, titħalla barra, jew miċħuda jekk tikkanċella l-effett tar-restrizzjoni, ara l-Artikolu 25(4) tad-DPR. Din ir-restrizzjoni ulterjuri tista’ tiġi applikata biss f’każijiet debitament ġustifikati u sakemm u sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat (l-Artikolu 7(4) taċ-Ċirkolari 420). Il-ġustifikazzjoni għal din ir-restrizzjoni trid tiġi vvalutata mill-ġdid fuq bażi regolari. Minbarra r-rekwiżit speċifiku li l-individwi jiġu infurmati dwar restrizzjoni tad-drittijiet tagħhom, l-EPO trid tipprovdi informazzjoni ġenerali fuq l-intranet u/jew is-sit web tiegħu dwar l-attivitajiet li jistgħu jinvolvu restrizzjonijiet tad-drittijiet (l-Artikolu 7(1) taċ-Ċirkolari 420).

(150)  L-Artikolu 2 taċ-Ċirkolari 420 (dispożizzjonijiet legali tal-EPO).

(151)  L-Artikolu 1 u l-Anness tad-Deċiżjoni dwar il-PGP.

(152)  L-Artikolu 2 taċ-Ċirkolari 420.

(153)  Il-paragrafi C.13 u C.14 tal-Anness għad-Deċiżjoni dwar il-PGP u l-Artikolu 128 tal-KEP. Ċerti partijiet tal-fajls huma esklużi mill-ispezzjoni tal-fajl skont l-Artikolu 128(4) u r-Regola 144 tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-KEP u d-deċiżjoni tal-President tal-EPO tat-12.7.2007 dwar dokumenti esklużi mill-ispezzjoni tal-fajl (Special edition No. 3, OJ EPO 2007, J.3). Dawk il-partijiet esklużi huma dawn li ġejjin: dokumenti relatati mal-esklużjoni ta’ jew oġġezzjonijiet għal membri tal-Bordijiet tal-Appell jew tal-Bord tal-Appell Estiż; abbozzi ta’ deċiżjonijiet u avviżi, u d-dokumenti l-oħra kollha, użati għat-tħejjija ta’ deċiżjonijiet u avviżi, li ma jiġux ikkomunikati lill-partijiet; id-deżinjazzjoni tal-inventur, jekk ikun irrinunzja għad-dritt tiegħu li jissemma u kwalunkwe dokument ieħor eskluż mill-ispezzjoni mill-President tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi għar-raġuni li din l-ispezzjoni ma sservix l-iskop li tinforma lill-pubbliku dwar l-applikazzjoni għal privattiva Ewropea jew il-privattiva Ewropea, bħal: ċertifikati mediċi; talbiet għal esklużjoni mill-ispezzjoni tal-fajl u korrispondenza relatata; informazzjoni li l-pubblikazzjoni tagħha tkun ta’ preġudizzju għall-interessi personali jew ekonomiċi leġittimi u ma tkunx tinkludi informazzjoni ta’ rilevanza għall-applikazzjoni jew għall-proċedura ta’ privattiva jew ta’ għotja.

(154)  Ara l-Artikolu 3 tad-Decision of the President of the EPO of 20.02.2019 concerning online file inspection of documents contained in the held by the EPO as receiving Office, International Searching Authority or Authority specified for supplementary search (OJ European Patent Office 2019, A17). Ara f’dan ir-rigward l-Artikolu 30 tal-PCT fir-rigward tal-aċċess pubbliku għall-fajls, kif ukoll ir-Regoli 94 u 48 tal-PCT. Dawk id-dispożizzjonijiet huma invokati mill-EPO meta taġixxi bħala uffiċċju jew awtorità kompetenti skont il-PCT skont l-Artikoli 151-153 tal-KEP.

(155)  Korrezzjoni jew rettifika skont dawn id-dispożizzjonijiet tista’ tirriżulta fl-aġġornament tal-entrati fir-Reġistru Ewropew tal-Privattivi u l-Bullettin Ewropew tal-Privattivi u tal-pubblikazzjonijiet tal-applikazzjoni jew tal-privattiva. Madankollu, mhux se tbiddel b’mod retroattiv il-kontenut tal-fajl (li se jkompli jkun fih il-preżentazzjonijiet kollha tal-partijiet u l-komunikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet mill-EPO). Lanqas mhi se tirriżulta fl-irtirar jew it-tħassir ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti (il-paragrafu C.19 tal-Anness għad-Deċiżjoni dwar il-PGP). Dan japplika wkoll skont l-Artikolu 19 u 34 tal-PCT, meta l-EPO taġixxi bħala awtorità/uffiċċju kompetenti fuq il-bażi tal-Artikolu 151-153 tal-KEP.

(156)  Ir-Regola 139 tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-KEP.

(157)  Ir-Regola 140 tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-KEP. Fid-deċiżjonijiet tal-EPO, jistgħu jiġu kkoreġuti biss żbalji lingwistiċi, żbalji ta’ traskrizzjoni u żbalji ovvji.

(158)  L-Artikolu 14(2), it-tieni sentenza, tal-KEP.

(159)  Ir-Regola 21 tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-KEP. Deżinjazzjoni inkorretta ta’ inventur tista’ tiġi rettifikata fuq talba u biss bil-kunsens tal-persuna ddeżinjata b’mod żbaljat u, meta din it-talba tiġi ppreżentata minn parti terza, il-kunsens tal-applikant għal privattiva jew tal-proprjetarju tagħha.

(160)  Il-Paragrafu C.25 tal-Anness għad-Deċiżjoni dwar il-PGP.

(161)  Il-Paragrafi C.22-C.23 tal-Anness għad-Deċiżjoni dwar il-PGP.

(162)  L-Artikolu 129 tal-KEP.

(163)  L-Artikolu 147 (4) u (5) tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni għall-KEP.

(164)  L-Artikolu 3(1)(s) u (t) tad-DPR.

(165)  L-Artikolu 8(2) tad-DPR.

(166)  Ara b’mod partikolari l-Artikolu 130, 131 u 135 tal-KEP, kif ukoll ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni rilevanti taħt il-KEP (pereżempju R 148-150). Ara wkoll l-Artikolu 12, 18, 20 u 36 tal-PCT, kif ukoll ir-Regoli 22, 23, 23 bis, 44, 47 u 71 tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni.

(167)  Pereżempju, awtorità nazzjonali jew lokali, kif ukoll korp ieħor irregolat mid-dritt pubbliku, bħal sptar jew università.

(168)  L-Artikolu 8(1) tad-DPR.

(169)  Ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżit tal-mudell tal-klawżola tal-protezzjoni tad-data tal-EPO għal memoranda ta’ qbil, disponibbli fuq https://link.epo.org/web/office/data-protection-and-privacy/en-outline-of-the-template-data-protection-clause-for-mous.pdf.

(170)  L-Artikolu 8(3) tad-DPR.

(171)  L-Artikolu 8(4) tad-DPR.

(172)  In-Nota ta’ Spjegazzjoni “EPO transmission and transfer of personal data” (Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment), disponibbli fuq https://link.epo.org/web/office/data-protection-and-privacy/en-explanatory-note-on-epo-transmission-and-transfer-of-personal-data.pdf, p. 4. Ara b’mod partikolari, “The EPO DPR […] lay down the general principle of adequate protection, especially applicable to international data stream”.

(173)  In-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment, disponibbli fin-nota 12 f’qiegħ il-paġna.

(174)  L-Artikolu 8(3) tad-DPR.

(175)  L-Artikolu 8(1), (2) u (5) tad-DPR.

(176)  L-Artikolu 9(1) tad-DPR.

(177)  L-Artikolu 9(1) tad-DPR.

(178)  In-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment, p. 11 u n-nota 8 f’qiegħ il-paġna. “Pajjiż terz” huwa definit mid-DPR bħala pajjiż li mhuwiex Stat kontraenti għall-KEP, ara l-Artikolu 3(1)(u) tad-DPR.

(179)  L-Artikolu 9(2) tad-DPR.

(180)  Ara l-Artikolu 1(2)a tad-DPR, flimkien mal-Artikolu 10(2)(a) tal-KEP u l-Artikolu 9(2) tad-DPR.

(181)  L-Artikolu 9(3) tad-DPR.

(182)  Deskrizzjoni tar-referenzjali tal-adegwatezza tal-EPO, disponibbli fuq https://link.epo.org/web/office/data-protection-and-privacy/en-outline-of-the-adequacy-referential-methodology.pdf.

(183)  In-Nota 49 f’qiegħ il-paġna tan-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment.

(184)  Bl-eċċezzjoni tal-Qafas tal-Privatezza tad-Data bejn l-UE u l-Istati Uniti.

(185)  Ara d-Decision of the President of the European Patent Office of 17 November 2022 concerning countries and entities considered to ensure adequate protection of personal data, disponibbli fuq https://www.epo.org/en/legal/official-journal/2022/12/a111.html.

(186)  L-Artikolu 9(4) u (5) tad-DPR.

(187)  F’dan ir-rigward, il-gwida tal-UPD tirreferi għall-klawżoli kuntrattwali standard li ġew adottati mill-Kummissjoni Ewropea bħala li jipprovdu ħarsa ġenerali tajba tas-salvagwardji li għandhom jiġu inklużi, ara n-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment, p. 8.

(188)  L-Artikolu 9(5) tad-DPR. Ara wkoll in-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment, p. 8.

(189)  Overview of the requirements of the EPO’s Administrative Arrangement models, disponibbli fuq https://link.epo.org/web/office/data-protection-and-privacy/en-outline-of-the-epo's-administrative-arrangements-modules.pdf.

(190)  Ara l-Anness E għall-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt għall-EPO, disponibbli fuq https://link.epo.org/web/general_conditions_of_contract_en.pdf.

(191)  In-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment, p. 9.

(192)  In-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment, p. 9.

(193)  L-Artikolu 9(6) tad-DPR. F’każ li jkun hemm xi raġuni biex wieħed jassumi li l-interess leġittimu tas-suġġett tad-data jista’ jiġi ppreġudikat, il-kontrollur irid jistabbilixxi li huwa proporzjonali għat-trasferiment għal dak il-fini speċifiku wara li jkun ġie bbilanċjat fid-diversi interessi konkorrenti.

(194)  L-Artikolu 9(6) tad-DPR.

(195)  L-Artikolu 9(6) tad-DPR.

(196)  Ara l-Artikolu 10 tad-DPR, kif ukoll in-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment, p. 9-11.

(197)  L-Artikolu 10(1)(a) tad-DPR. F’dan il-każ, l-individwu jrid jiġi infurmat dwar ir-riskji possibbli minħabba n-nuqqas ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni u salvagwardji xierqa. Din id-deroga ma tistax tiġi invokata mill-EPO fl-eżerċitar tal-attivitajiet uffiċjali tagħha (l-Artikolu 10(2) tad-DPR).

(198)  L-Artikolu 10(1)(b)-(c) u (2) tad-DPR. Dawn id-derogi ma jistgħux jiġu invokati mill-EPO fl-eżerċitar tal-attivitajiet uffiċjali tagħha (l-Artikolu 10(2) tad-DPR).

(199)  L-Artikolu 10(1)(d) tad-DPR. Tali attivitajiet jew awtorità uffiċjali jridu jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-KEP jew ta’ dispożizzjonijiet legali applikabbli oħra tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi (l-Artikolu 10(4) tad-DPR). Dan jinkludi l-ipproċessar meħtieġ għall-ġestjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju jew għat-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mid-dmir ta’ kooperazzjoni mal-Istati kontraenti tal-EPO. Pereżempju, it-trasferimenti jistgħu jsiru biex jiġu ssodisfati l-obbligi, pereżempju, bejn l-Uffiċċju u l-korpi nazzjonali, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jew doganali, l-awtoritajiet superviżorji finanzjarji, u s-servizzi kompetenti għal kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali jew għas-saħħa pubblika, pereżempju fil-każ ta’ traċċar tal-kuntatti għal mard li jittieħed (l-Artikolu 10(6) tad-DPR).

(200)  L-Artikolu 10(1)(e) u (2) tad-DPR.

(201)  L-Artikolu 10(1)(f) tad-DPR.

(202)  L-Artikolu 10(1)(g) tad-DPR. Dan it-trasferiment jista’ ma jinvolvix id-data personali kollha jew kategoriji sħaħ tad-data li tinsab fir-reġistru, sakemm ma jkunx awtorizzat mid-dispożizzjonijiet legali tal-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi, u, meta r-reġistru jkun maħsub għall-konsultazzjoni minn persuni li jkollhom interess leġittimu, jenħtieġ li t-trasferiment isir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew, jekk għandhom ikunu r-riċevituri, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-interessi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data (l-Artikolu 10(2) u (5) tad-DPR).

(203)  In-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment, p. 10.

(204)  Li, kif imsemmi qabel, jinkludi l-ipproċessar meħtieġ għall-ġestjoni u l-funzjonament tiegħu, jew minħabba obbligi li jirriżultaw mid-dmir tiegħu ta’ kooperazzjoni mal-Istati kontraenti. Ara l-Artikolu 10(6) tad-DPR.

(205)  L-Artikolu 26(1) tad-DPR.

(206)  L-Artikolu 27(1) u (2) tad-DPR.

(207)  L-Artikolu 32(1) u (2) tad-DPR. Skont l-Artikolu 4(1) tad-DPR, il-kontrollur irid isegwi “approċċ strutturat u bbażat fuq ir-riskju għat-tfassil u d-dokumentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar”. Il-kontrollur irid ikun ukoll kapaċi juri lis-suġġetti tad-data f’kull ħin li l-impenji u l-kundizzjonijiet dokumentati huma osservati meta jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

(208)  L-Artikolu 32(4), (5) u (6) tad-DPR.

(209)  L-Artikolu 45 tad-DPR.

(210)  L-Artikolu 26(3) tad-DPR.

(211)  Il-kontrollur irid ifittex il-parir tal-UPD dwar il-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt, li min-naħa tiegħu jista’ jikkonsulta lid-DPB f’każ ta’ dubju. Ara l-Artikolu 38(1)-(2) tad-DPR.

(212)  L-Artikolu 38(4) tad-DPR.

(213)  L-Artikolu 38(6) tad-DPR.

(214)  L-Artikolu 38(7) u (8) u l-Artikolu 39 tad-DPR.

(215)  L-Artikolu 40(2) tad-DPR.

(216)  L-Artikolu 32A(1)-(2) tar-Regolamenti dwar is-Servizzi, li jipprovdi li r-rwol tal-UPD huwa li jimmonitorja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali, jagħti pariri lid-diversi unitajiet operazzjonali tal-EPO dwar l-issodisfar tal-obbligi tagħhom u jipprovdilhom id-dokumentazzjoni operazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni prattika tar-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-data. Id-DPB huwa meħtieġ li jiżgura “sorveljanza indipendenti, effettiva u imparzjali tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-protezzjoni tad-data personali”. Jista’ jeżisti mekkaniżmu ta’ sorveljanza indipendenti differenti biex jissorvelja l-konformità mill-Bordijiet tal-Appell meta jipproċessaw data personali fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom (ara wkoll l-Artikolu 2(6) tad-DPR).

(217)  L-Artikolu 32A(4) u (5) tar-Regolamenti dwar is-Servizzi.

(218)  L-Artikolu 41 tad-DPR.

(219)  L-Artikolu 42(8) tad-DPR. Din il-konsultazzjoni ssir irrispettivament mir-raġuni invokata għal xi tneħħija jew tkeċċija proposta.

(220)  L-Artikolu 50 tar-Regolamenti dwar is-Servizzi.

(221)  Ara l-Artikolu 53(1) tar-Regolamenti dwar is-Servizzi, li jgħid li “[l]-Awtorità tal-Ħatra tista’ tiddeċiedi li ttemm is-servizz ta’ impjegat: (a) jekk l-Istat kontraenti li tiegħu l-impjegat huwa ċittadin ma jibqax parti mill-Konvenzjoni; (b) jekk l-impjegat jirrifjuta li jiġi ttrasferit lejn pajjiż għajr dak li fih ikun qed iservi; (c) jekk, fil-każ ta’ impjegat maħtur mill-Kunsill Amministrattiv f’konformità mal-Artikolu 11, il-paragrafi 1 u 2, tal-Konvenzjoni, il-Kunsill Amministrattiv jiddeċiedi hekk fl-interessi tal-Organizzazzjoni; (d) li kien f’servizz kontinwu għal sena jew inqas b’ħatra għal perjodu fiss; (e) jekk bħala riżultat tal-azzjonijiet proprji tiegħu, ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, is-subparagrafu (a) jew (b) [jiġifieri li jkun ċittadin ta’ wieħed mill-Istati kontraenti tal-EPO, sakemm ma tkunx awtorizzata eċċezzjoni mill-awtorità tal-ħatra, u li jgawdi d-drittijiet kollha bħala ċittadin]; jew (f) fil-każijiet l-oħra espressament previsti f’dawn ir-Regolamenti dwar is-Servizzi”.

Ara wkoll l-Artikolu 13(4)(b) tar-Regolamenti dwar is-Servizzi, li jgħid li “Rapport dwar l-impjegat taħt prova jista’ jsir fi kwalunkwe ħin matul il-perijodu ta’ prova, jekk l-issodisfar tad-dmirijiet tiegħu, l-effiċjenza tiegħu u l-imġiba tiegħu jkunu qed jidhru li huma inadegwati. Fuq il-bażi tar-rapport jew tar-rapporti ta’ prova, l-awtorità tal-ħatra tista’:

- tkeċċi rekluta ġdid li jkun taħt prova,

- tiddeċiedi li l-impjegat taħt prova li jkun ġie ttrasferit, promoss jew assenjat mill-ġdid għandu jirritorna għall-pożizzjoni preċedenti tiegħu jew, jekk din tkun imtliet, għal pożizzjoni li tkun tikkorrispondi għal-livell tal-pożizzjoni preċedenti tiegħu li għaliha huwa jissodisfa r-rekwiżiti”.

(222)  L-Artikolu 52 tar-Regolamenti dwar is-Servizzi jipprevedi l-kriterji u l-proċessi li għandhom jiġu segwiti f’każ ta’ “inkompetenza professjonali” identifikata.

(223)  L-Artikolu 94 tar-Regolamenti dwar is-Servizzi.

(224)  L-Artikolu 42(3) tad-DPR. Filwaqt li l-UPD jista’ jwettaq ukoll kompiti oħra, dawn il-kompiti jistgħu ma jirriżultawx f’kunflitt ta’ interess (l-Artikolu 42(6) tad-DPR).

(225)  L-Artikolu 42(1) u (3) tad-DPR.

(226)  L-Artikolu 42(2) tad-DPR.

(227)  L-Artikolu 48(1) tad-DPR.

(228)  L-Artikolu 48(1) u (3) tad-DPR.

(229)  L-Artikolu 48(2) tad-DPR.

(230)  L-Artikolu 1(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord għall-Protezzjoni tad-Data, CA/26/21 Add. 1, adottat fil-11 ta’ Ġunju 2021. Disponibbli fuq https://link.epo.org/web/data_protection_board-rules_of_procedure_en.pdf.

(231)  B’mod partikolari, il-ftehim jipprovdi li dan “jista’ [biss] jiġi tterminat, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ terminazzjoni għal kawża serja, mill-[Membru tal-DPB] b’avviż bil-miktub ta’ sitt (6) xhur”. Peress li l-ftehim ta’ servizz huwa rregolat mid-dritt Ġermaniż, il-kunċett ta’ kawża serja jrid jiġi interpretat f’konformità mal-Artikolu 626 tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż. Skont il-ġurisprudenza, dan jista’ pereżempju jiġi ssodisfat f’każ ta’ ksur ripetut u persistenti tal-obbligi applikabbli (pereżempju fir-rigward ta’ kunflitt ta’ interess) jew priġunerija.

(232)  L-Artikolu 48(5) tad-DPR.

(233)  L-Artikolu 48(7) tad-DPR.

(234)  L-Artikolu 48(10) tad-DPR. Is-Segretarjat iwettaq il-kompiti tiegħu indipendentement minn kwalunkwe interferenza mhux dovuta u esklużivament skont l-istruzzjonijiet tal-President tad-DPB. Huwa jipprovdi appoġġ legali, amministrattiv u loġistiku lill-Bord. Ara l-Artikolu 2 tar-Regoli ta’ Proċedura tad-DPB.

(235)  L-Artikolu 43(1) tad-DPR.

(236)  L-Artikolu 43(1)(k) tad-DPR.

(237)  L-Artikolu 42(4) u (7) tad-DPR.

(238)  L-Artikolu 43(1)(d) tad-DPR. Ara wkoll in-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data “How the Data Protection Office Conducts DP Audits and DP Inspections”, disponibbli fuq https://link.epo.org/web/office/data-protection-and-privacy/en-outline-of-the-data-protection-oversight-mechanism.pdf.

(239)  Id-DPB jista’ jifformula suġġerimenti dwar oqsma li fuqhom għandhom jitwettqu awditi, ara n-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data, p. 4.

(240)  In-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data, p. 4.

(241)  In-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data, p. 7.

(242)  In-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data, p. 6.

(243)  In-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data, p. 6.

(244)  L-Artikolu 43(5) tad-DPR.

(245)  L-Artikolu 46 tad-DPR.

(246)  In-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data.

(247)  In-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data, p. 2 (definizzjoni ta’ “rakkomandazzjonijiet”).

(248)  L-Artikolu 43(6) tad-DPR.

(249)  L-Artikolu 54 tad-DPR. Sanzjonijiet dixxiplinari huma imposti mill-President, li jeżerċita awtorità dixxiplinarja u għandu setgħat dixxiplinari fir-rigward tal-persunal tal-EPO, ara l-Artikolu 10 tal-KEP u l-Artikolu 93 et seq. tar-Regolamenti dwar is-Servizzi.

(250)  In-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data, p. 7.

(251)  In-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data, p. 3-4 u p. 8.

(252)  Decision of the President of the European Patent Office dated 12.07.2024 on the Enforceability of DPO Recommendations endorsed by the Data Protection Board in the framework of Data Protection Audits and Inspections, https://link.epo.org/web/office/data-protection-and-privacy/en-decision-of-the-president-on-enforceability-of-dpo-conclusions-and-recommendations.pdf.

(253)  In-Nota ta’ sorveljanza tal-protezzjoni tad-data, p. 5 u 9.

(254)  L-Artikolu 47 tad-DPR.

(255)  L-Artikolu 49(1) tad-DPR. Talba trid tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn tliet xhur mill-jum li fih is-suġġett tad-data jkun ġie infurmat jew inkella jkun sar jaf bl-ipproċessar ta’ data personali li allegatament jikser id-drittijiet tiegħu.

(256)  L-Artikolu 49(2) tad-DPR. Jekk il-UPD ma jagħtix opinjoni sa tmiem dan il-perjodu, l-opinjoni ma tibqax meħtieġa.

(257)  L-Artikolu 49(3) tad-DPR. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż b’xahrejn oħra fejn meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-kumplessità u l-għadd ta’ talbiet. F’każ ta’ estensjoni, il-kontrollur delegat irid jinnotifika lis-suġġett tad-data dwar dan u r-raġunijiet għad-dewmien fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba għal rieżami.

(258)  L-Artikolu 49(3) tad-DPR.

(259)  L-Artikolu 50(1) tad-DPR. Ilment quddiem id-DPB irid jiġi ppreżentat fi żmien tliet xhur mill-wasla tad-deċiżjoni jew, f’każ ta’ rifjut impliċitu, mid-data tal-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għat-tweġiba għat-talba.

(260)  L-Artikolu 50(2) tad-DPR.

(261)  B’mod partikolari, il-UPD għandu l-obbligu li jwieġeb għat-talbiet mid-DPB u jikkoopera miegħu (l-Artikolu 43(i) tad-DPR). L-UPD huwa meħtieġ ukoll jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn id-DPB u l-Uffiċċju u f’dak il-kuntest ikollu aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti (l-Artikolu 43(j), l-Artikolu 46(a) u (b) tad-DPR).

(262)  L-Artikolu 4(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tad-DPB.

(263)  L-Artikolu 8 tar-Regoli ta’ Proċedura tad-DPB.

(264)  L-Artikolu 11(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tad-DPB.

(265)  L-Artikolu 10(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tad-DPB.

(266)  L-Artikolu 11(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tad-DPB.

(267)  L-Artikolu 50(3) tad-DPR.

(268)  L-Artikolu 50(4) tad-DPR u l-Artikolu 10(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tad-DPB.

(269)  L-Artikolu 50(6) tad-DPR.

(270)  L-Artikolu 50(4) tad-DPR. Jekk ir-rakkomandazzjonijiet tad-DPB ma jkunux direttament rilevanti għas-suġġetti tad-data, kwalunkwe devjazzjoni għandha tiġi stabbilita bil-miktub mill-kontrollur permezz ta’ dokument sottomess lid-DPB.

(271)  L-Artikolu 50(7) tad-DPR. Ara l-Artikolu 13 tal-KEP u l-Artikolu 113 tar-Regolamenti dwar is-Servizzi.

(272)  L-Artikoli 50(8) u 52(2) tad-DPR. Skont l-AC DPR u l-SC DPR, l-arbitraġġ jista’ jintalab mill-President tal-Kunsill Amministrattiv.

(273)  L-Artikolu 52(1) tad-DPR.

(274)  L-Artikolu 52(4) tad-DPR.

(275)  L-Artikolu 52(4) tad-DPR.

(276)  L-Artikolu 52(4) tad-DPR.

(277)  L-Artikolu 52(8) tad-DPR.

(278)  L-Artikolu 52(9) tad-DPR.

(279)  L-Artikolu 52(6) tad-DPR. Il-post tal-arbitraġġ huwa The Hague (l-Artikolu 52(5) tad-DPR) u l-lingwa użata matul il-proċedimenti trid tintgħażel mill-arbitru, li madankollu trid tkun waħda mil-lingwi uffiċjali tal-EPO (l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż) (l-Artikolu 52(7) tad-DPR).

(280)  L-Artikolu 52(13) tad-DPR.

(281)  L-Artikolu 52(10) tad-DPR. Ara wkoll l-Artikolu 3 u 34 (2) tar-Regoli tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ.

(282)  L-Artikolu 53 tad-DPR. Taħt ċerti kundizzjonijiet (b’mod partikolari r-rekwiżiti applikabbli skont id-dritt Ġermaniż), l-individwi jistgħu jiksbu wkoll kumpens għad-danni kkawżati mill-persunal tal-EPO fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, skont l-Artikolu 9(2) tal-KEP.

(283)  Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-EPO. Disponibbli fuq https://www.epo.org/en/legal/epc/2020/proprim.html.

(284)  L-Artikolu 3(1)(a) tal-PPI.

(285)  Dan jinkludi l-possibbiltà li talba tiġi rrifjutata.

(286)  L-Artikolu 8(3) tad-DPR.

(287)  L-Artikolu 8(4) tad-DPR.

(288)  In-Nota ta’ Spjegazzjoni “EPO transmission and transfer of personal data” (Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment), disponibbli fuq https://link.epo.org/web/office/data-protection-and-privacy/en-explanatory-note-on-epo-transmission-and-transfer-of-personal-data.pdf, p. 4. Ara b’mod partikolari, “The EPO DPR […] lay down the general principle of adequate protection, especially applicable to international data stream”.

(289)  In-Nota ta’ trażmissjoni u trasferiment, in-nota 12 f’qiegħ il-paġna.

(290)  L-Artikolu 8(3) tad-DPR.

(291)  Il-Każ C-362/14, Schrems (“Schrems I”), ECLI:EU:C:2015:650, il-punt 65.

(292)  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-Opinjoni 07/2025 dwar l-Abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont ir-Regolament (UE) 2016-679 dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mill-Organizzazzjoni Ewropea tal-Privattivi. Disponibbli fuq: https://www.edpb.europa.eu/system/files/2025-05/edpb-opinion-202507-epo-adequacydecision_en.pdf.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1382/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)