|
28.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/70 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/325
tal-24 ta’ Frar 2022
li temenda d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/698, (UE) 2017/2448, (UE) 2017/2452, (UE) 2018/1109, (UE) 2018/1110, (UE) 2019/1304, (UE) 2019/1306 u (UE) 2021/1388 fir-rigward tad-detentur tal-awtorizzazzjoni u tar-rappreżentant tiegħu fl-Unjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu, jew li huma prodotti minn ċerti organiżmi ġenetikament modifikati
(notifikata bid-dokument C(2022) 1049)
(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Pioneer Overseas Corporation, ibbażata fil-Belġju, hija r-rappreżentant fl-Unjoni ta’ Pioneer Hi-Bred International Inc., ibbażata fl-Istati Uniti, fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti minn ċerti organiżmi ġenetikament modifikati, mogħtija bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/698 (2), (UE) 2017/2448 (3), (UE) 2017/2452 (4), (UE) 2018/1109 (5), (UE) 2018/1110 (6), (UE) 2019/1304 (7), (UE) 2019/1306 (8) u (UE) 2021/1388 (9). |
|
(2) |
Dow AgroSciences Distribution SAS, ibbażata fi Franza, hija r-rappreżentant fl-Unjoni ta’ Dow AgroSciences LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu jew li huma prodotti minn ċerti organiżmi ġenetikament modifikati, mogħtija bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2452, (UE) 2018/1109 u (UE) 2019/1306. |
|
(3) |
Permezz ta’ ittra bid-data tat-22 ta’ Marzu 2021, Corteva Agriscience LLC infurmat lill-Kummissjoni li, mill-1 ta’ Jannar 2021, Dow AgroSciences LLC bidlet isimha għal Corteva Agriscience LLC. |
|
(4) |
Permezz ta’ ittra bid-data tal-1 ta’ Novembru 2021, Pioneer Hi-Bred International, Inc. talbet li l-Kummissjoni tittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi ta’ Pioneer Hi-Bred International, Inc. li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet kollha u l-applikazzjonijiet pendenti għall-prodotti ġenetikament modifikati, lil Corteva Agriscience LLC. |
|
(5) |
Permezz ta’ ittra bid-data tal-1 ta’ Novembru 2021, Corteva Agriscience LLC informat lill-Kummissjoni li, mill-1 ta’ Novembru 2021, ir-rappreżentant tagħha fl-Unjoni kienet se tkun Corteva Agriscience Belgium BV, ibbażata fil-Belġju. |
|
(6) |
Il-bidliet mitluba huma purament amministrattivi fin-natura tagħhom u għalhekk ma jeħtiġux valutazzjoni ġdida tal-prodotti kkonċernati. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/698, (UE) 2017/2448, (UE) 2017/2452, (UE) 2018/1109, (UE) 2018/1110, (UE) 2019/1304, (UE) 2019/1306 u (UE) 2021/1388 jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/698
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/698 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
Artikolu 2
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2448
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2448 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
Artikolu 3
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2452
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2452 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
Artikolu 4
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1109
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1109 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
Artikolu 5
Emendi għad-Deċiżjoni ta Implimentazzjoni (UE) 2018/1110
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1110 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 10 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
Artikolu 6
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1304
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1304 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
Artikolu 7
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1306
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1306 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
Artikolu 8
Emendi għad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1388
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1388 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Detentur tal-awtorizzazzjoni Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Corteva Agriscience LLC, l-Istati Uniti, rappreżentat fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV.” |
|
(2) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Destinatarju Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
|
(3) |
fl-Anness, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.” |
Artikolu 9
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Corteva Agriscience LLC, 9330 Zionsville Road Indianapolis, Indiana 46268-1054, l-Istati Uniti, rappreżentata fl-Unjoni minn Corteva Agriscience Belgium BV, Bedrijvenlaan 9, 2800 Mechelen, il-Belġju.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/698 tal-24 ta’ April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament 305423 (DP-3Ø5423-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 71).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2448 tal-21 ta’ Diċembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), jew li jikkonsistu minnha jew jiġu prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 346, 28.12.2017, p. 6).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2452 tal-21 ta’ Diċembru 2017 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, li jkunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 346, 28.12.2017, p. 25).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1109 tat-1 ta’ Awwissu 2018 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 7).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1110 tat-3 ta’ Awwissu 2018 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum immodifikat ġenetikament 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, jew li jikkonsistu minnu jew huma magħmulin minnu, u l-qamħirrum immodifikat ġenetikament magħmul minn taħlitiet ta’ tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE (ĠU L 203, 10.8.2018, p. 13).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1304 tas-26 ta’ Lulju 2019 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 (DP-ØØ4114-3), li jikkonsistu minnu jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 65).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1306 tas-26 ta’ Lulju 2019 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × NK603 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6), li jkunu jikkonsistu minnu, jew li jkunu magħmulin minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 75).
(9) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1388 tas-17 ta’ Awwissu 2021 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu magħmulin mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × MIR162 × MON810 × NK603, u mill-qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, MIR162, MON810 u NK603 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 300, 24.8.2021, p. 22).