|
19.12.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2022
tas-17 ta' Diċembru 2018
li tfassal lista ta' esperti kwalifikati għall-Bordijiet tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji
(notifikata bid-dokument C(2018) 8561)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 55(3)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/796 jagħti s-setgħa lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (“l-Aġenzija”) li tieħu deċiżjonijiet individwali fl-oqsma tal-awtorizzazzjoni tal-vetturi, taċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza u tal-iżgurar tal-implimentazzjoni armonizzata maġenb il-binarji tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (“ERTMS”). Jistabbilixxi wkoll il-Bordijiet tal-Appell li quddiemhom jistgħu jiġu appellati tali deċiżjonijiet individwali tal-Aġenzija. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ppubblikat sejħa għal espressjonijiet ta' interess fil-25 ta' Mejju 2018 fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport, bi skadenza għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet stabbilita għat-30 ta' Ġunju 2018. Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjonijiet minn 46 kandidat. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat dawk l-applikazzjonijiet mal-kriterji speċifikati fis-sejħa għal espressjonijiet ta' interess. Dawk kienu jinkludu l-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kriterji marbuta mal-kapaċità teknika u professjonali, ir-rekwiżiti tal-għarfien u l-kriterji għad-dixxiplini soġġetti għad-deċiżjoni tal-Aġenzija, jiġifieri l-awtorizzazzjoni tal-vetturi, iċ-ċertifikazzjoni unika tas-sikurezza u l-ERTMS. Sabiex jiġu evitati kunflitti potenzjali ta' interess, il-kandidati li ħadmu fl-Aġenzija fis-sentejn ta' qabel kienu esklużi mill-proċedura tal-għażla. Wara l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, 40 kandidat ġew magħżula bħala esperti kwalifikati għall-Bordijiet tal-Appell u tqiegħdu fuq il-lista, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta' esperti kwalifikati għall-Bordijiet tal-Appell tal-Aġenzija hija stabbilita fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-President tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.
Artikolu 3
Id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport għandu jinforma lill-kandidati dwar il-kwistjoni tal-proċedura tal-għażla.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.
Għall-Kummissjoni
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
LISTA TA' ESPERTI KWALIFIKATI GĦALL-BORDIJIET TAL-APPELL TAL-AĠENZIJA TAL-UNJONI EWROPEA GĦALL-FERROVIJI
Isem
(f'ordni alfabetiku)
Is-Sur Filip ADAMKIEWICZ
Is-Sur Ulrik BERGMAN
Is-Sur Alain BERTRAND
Is-Sur Denis BIASIN
Is-Sur Daniele BOZZOLO
Is-Sur Angelo Carlo CHIAPPINI
Is-Sinjura Monika CHRAPUSTA
Is-Sinjura Katarzyna CHRUZIK
Is-Sinjura Carole COUNE
Is-Sur Gilles DALMAS
Is-Sur Alessio GAGGELLI
Is-Sur Johannes GRÄBER
Is-Sinjura Marzena GRABOŃ-CHAŁUPCZAK
Is-Sur Luca Maria GRANIERI
Is-Sur Patrizio GRILLO
Is-Sur Joaquim José Martins GUERRA
Is-Sur Stefano GUIDI
Is-Sur Przemysław ILCZUK
Is-Sur Adam JABŁOŃSKI
Is-Sur Marek JABŁOŃSKI
Is-Sur Konstantinos KAPETANIDIS
Is-Sur Philippe LALUC
Is-Sur Dariusz LISZEWSKI
Is-Sinjura Joanna MARCINKOWSKA
Is-Sur Maciej MICHNEJ
Is-Sur Juha PIIRONEN
Is-Sur Witold PORANKIEWICZ
Is-Sur Frank Bernhard PTOK
Is-Sinjura Daniela RANDT
Is-Sur Renato RE
Is-Sur Gabriele RIDOLFI
Is-Sinjura Friederike ROER
Is-Sinjura Kaisa SAINIO
Is-Sur Jean-Baptiste SIMONNET
Is-Sur Andreas THOMASCH
Is-Sur Ad TOET
Is-Sinjura Une Elina TYYNILÄ
Is-Sur Rob VAN DER BURG
Is-Sur Marcel VERSLYPE
Is-Sur Marcin ZALEWSKI