<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-201/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0201</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:805">EU:C:2017:805</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza Tal-<DATE ISO="20171025">25.10.2017</DATE> – Kawża C-201/16</P><P>Shiri</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru°604/2013</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 27</KEYWORD><KEYWORD>Rimedju ġudizzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 29</KEYWORD><KEYWORD>Terminu sabiex isir it-trasferiment</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ eżekuzzjoni tat-trasferiment fit-terminu stabbilit</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi tal-Istat Membru responsabbli</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ responsabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ deċiżjoni tal-Istat Membru responsabbli</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑201/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20160331">31 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20160412">12 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Majid Shiri, magħruf ukoll bħala Madzhdi Shiri,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, A. Tizzano, Viċi President, L. Bay Larsen (Relatur), T. von Danwitz, J. L. da Cruz Vilaça u A. Rosas, Presidenti ta’ Awla, E. Juhász, A. Borg Barthet, M. Safjan, D. Šváby, A. Prechal, E. Jarašiūnas u M. Vilaras, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20170314">14 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal M. Shiri, minn W. Weh u S. Harg, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Hesse, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek u J. Vláčil, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C. Crane u S. Brandon, bħala aġenti, assistiti minn D. Blundell u minn M. Gray, barristers,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Svizzeru, minn E. Bichet, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Wils u M. Condou-Durande, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 27(1) u tal-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 31</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Dublin III<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest tal-eżami tal-appell ippreżentat minn Majid Shiri, magħruf ukoll bħala Madzhdi Shiri, ċittadin Iranjan, id-deċiżjoni tal-Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl (uffiċċju federali għall-immigrazzjoni u l-ażil, l-Awstrija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li tiddikjara l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiegħu inammissibbli, tordna d-deportazzjoni tiegħu u tikkonstata li t-trasferiment tiegħu lejn il-Bulgarija huwa leċitu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament (KE) Nru 1560/2003</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003, tat‑<DATE ISO="20030902">2 ta’ Settembru 2003</DATE>, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109), kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2014, tat‑<DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="039" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 39, p. 1</REF.DOC.OJ>), jiddefinixxi serje ta’ regoli dwar kif għandu jitwettaq it-trasferiment tal-persuna kkonċernata lejn l-Istat Membru responsabbli fis-sens tar-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Hija l-obbligazzjoni ta’ l-Istat Membru responsabbli li jħalli t-trasferiment tal-persuna li qed tfittex asil isseħħ malajr kemm jista’ jkun u li jiżguraw li l-ebda ostakli jitqiegħdu fi triqtu. Dak l-Istat Membru għandu jistabbilixxi, meta approprjat, il-lok fuq it-territorju tiegħu li lejh il-persuna li qed tfittex asil se tkun trasferita jew mgħoddija lill-awtoritajiet kompetenti, b’konsiderazzjoni għal restrizzjonijiet ġeografiċi u mezzi ta’ trasport disponibbli lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-trasferiment. […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Dublin III</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 5 u 19 tar-Regolament Dublin III huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(4)</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet [tal-Kunsill Ewropew, waqt il-laqgħa speċjali tiegħu] ta’ Tampere [fil-15 u fis-<DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE>] ddikjaraw ukoll li [s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil] għandha tinkludi, fit-terminu qasir, metodu ċar u li jiffunzjona biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Metodu tali għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u ġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni kkonċernati. B’mod partikolari, dan il-metodu għandu jiddetermina minnufih l-Istat Membru responsabbli, biex ikun iggarantit aċċess effettiv għall-proċeduri għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali u ma jkunx kompromess l-għan tal-ipproċessar bil-ħeffa ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>Sabiex tkun garantita il-protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-individwi kkonċernati„ għandhom ikun stabbiliti salvagwardji legali u d-dritt għal rimedju effettiv fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar it-trasferimenti lejn l-Istat Membru responsabbli, f’konformità, b’mod partikolari mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex jiġi żgurat li jiġi rispettat id-dritt internazzjonali, rimedju effettiv kontra tali deċiżjonijiet għandu jkopri kemm l-analiżi tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-eżami tas-sitwazzjoni legali u fattwali fl-Istat Membru li għalih jiġi ttrasferit l-applikant.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-Istati Membri għandhom jeżaminaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li japplika fit-territorju ta’ xi wieħed minnhom, inkluż fil-konfini jew fiż-żoni ta’ transitu. L-applikazzjoni għandha tkun eżaminata minn Stat Membru wieħed, li għandu jkun dak li l-kriterji ddikjarati fil-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament juru li huwa responsabbli.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17(1) tal-imsemmi regolament jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 3(1), kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għandu minn ċittadin ta’ pajjiż terz, ukoll jekk it-tali eżami ma jaqax taħt ir-responsabbilta tiegħu taħt il-kriterji preskritti f’dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikoli 22 u 25 tal-istess regolament jistabbilixxu r-regoli dwar it-tweġiba għal talba għat-teħid tal-inkarigu u t-tweġiba għal talba għat-teħid lura, rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) u (3) tar-Regolament Dublin III huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikant […] għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv, fil-forma ta’ appell jew reviżjoni, fil-fatt u fil-liġi, mid-deċiżjoni tat-trasferiment, quddiem qorti jew tribunal.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="027.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ appelli kontra, jew reviżjonijiet ta’, -deċiżjonijiet ta’ trasferiment, l-Istati Membri għandhom jipprevedu fil-liġi nazzjonali tagħhom li:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-appell jew ir-reviżjoni tagħti lill-applikant id-dritt li jibqa’ fl-Istat Membru kkonċernat sakemm jintlaħaq l-eżitu tal-appell jew ir-reviżjoni; jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-trasferiment huwa sospiż awtomatikament u tali sospensjoni tiskadi wara ċertu perijodu ta’ żmien raġonevoli, f’liema żmien qorti jew tribunal, wara skrutinju mill-qrib u rigoruż, tkun ħadet deċiżjoni dwar jekk għandux jingħata effett sospensiv lil appell jew reviżjoni; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-persuna kkonċernata jkollha l-opportunità li titlob f’perijodu ta’ żmien raġonevoli lil qorti jew tribunal biex jissospendi l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment sakemm jintlaħaq l-eżitu tal-appell jew reviżjoni tiegħu/tagħha L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm rimedju effettiv billi jissospendu t-trasferiment sakemm tittieħed deċiżjoni rigward l-ewwel talba għal sospensjoni. Kwalunkwe deċiżjoni dwar jekk l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment għandhiex tiġi sospiża għandha tittieħed f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, filwaqt li tippermetti skrutinju mill-qrib u rigoruż tat-talba għal sospensjoni. Deċiżjoni li l-implimentazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment ma tiġix sospiża għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(1) u (2) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="029.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-trasferiment tal-applikant jew persuna oħra kif imsemmi fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 18(1) mill-Istat Membru rikjedenti lejn l-Istat Membru responsabbli, għandu jkun eżegwit skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru rikjedenti, wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, mill-aktar fis li jkun prattikament possibbli, u l-aktar tard fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni tat-talba minn Stat Membru ieħor biex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata jew tad-deċiżjoni finali wara appell jew reviżjoni fejn ikun hemm effett sospensiv skont l-Artikolu 27(3).</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="029.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn it-trasferiment ma jsirx fiż-żmien limitu ta’ sitt xhur, l-Istat Membru responsabbli għandu jitneħħewlu l-obbligi biex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata u r-responsabbiltà għandha tkun trasferita lill-Istat Membru rikjedenti. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jkun estiż sa massimu ta’ sena jekk it-trasferiment ma setax ikun eżegwit minħabba priġunerija tal-persuna kkonċernata jew sa massimu ta’ tmintax-il xahar jekk il-persuna kkonċernata tkun ħarbet.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>M. Shiri daħal fit-territorju tal-Istati Membri mill-Bulgarija, Stat Membru li fih ippreżenta, fid‑<DATE ISO="20150219">19 ta’ Frar 2015</DATE>, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Sussegwentement huwa ppreżenta, fis‑<DATE ISO="20150307">7 ta’ Marzu 2015</DATE>, applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fl-Awstrija. L-uffiċċju talab, fid‑<DATE ISO="20150309">9 ta’ Marzu 2015</DATE>, lill-awtoritajiet Bulgari sabiex jieħdu lil M. Shiri lura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150323">23 ta’ Marzu 2015</DATE>, l-awtoritajiet Bulgari laqgħu din it-talba għat-teħid lura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE>, l-uffiċċju ddikjara l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn M. Shiri inammissibbli, ordna d-deportazzjoni tiegħu u kkonstata li t-trasferiment tiegħu lejn il-Bulgarija kien leċitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>M. Shiri kkontesta din id-deċiżjoni quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (qorti federali amministrattiva, l-Awstrija) filwaqt li, flimkien ma’ dak l-appell, ressaq talba sabiex jiġi rrikonoxxut l-effett sospensiv tal-imsemmi appell. Mingħajr ma tat deċiżjoni fuq din it-talba tal-aħħar, dik il-qorti annullat, fl‑<DATE ISO="20150720">20 ta’ Lulju 2015</DATE>, l-imsemmija deċiżjoni, għar-raġuni li, minħabba l-vulnerabbiltà ta’ M. Shiri minħabba l-istat ta’ saħħa tiegħu, l-uffiċċju missu eżamina jekk kienx obbligat jeżerċità s-setgħa prevista fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament Dublin III.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Wara dan l-annullament, permezz ta’ deċiżjoni ġdida tat‑<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, l-uffiċċju ddikjara l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn M. Shiri inammissibbli, ordna d-deportazzjoni tiegħu u kkonstata li t-trasferiment tiegħu lejn il-Bulgarija kien leċitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>M. Shiri kkontesta din id-deċiżjoni quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (qorti federali amministrattiva) permezz ta’ appell li wasal għand dik il-qorti fis‑<DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, filwaqt li, flimkien ma’ dak l-appell, ressaq talba sabiex jiġi rrikonoxxut l-effett sospensiv tal-imsemmi appell. Permezz ta’ osservazzjonijiet komplementari tat‑<DATE ISO="20150923">23 ta’ Settembru 2015</DATE>, M. Shiri argumenta li r-Repubblika tal-Awstrija kienet saret l-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tiegħu minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ trasferiment ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament Dublin III, li seħħet f’din l-istess data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Bundesverwaltungsgericht (qorti federali amministrattiva) ċaħdet l-appell b’sentenza tat‑<DATE ISO="20150930">30 ta’ Settembru 2015</DATE>, mingħajr ma tat deċiżjoni dwar it-talba għall-finijiet tar-rikonoxximent tal-effett sospensiv tal-istess appell. Fir-rigward tal-argument żviluppat minn M. Shiri fis-sottomissjonijiet komplementari tiegħu tat‑<DATE ISO="20150923">23 ta’ Settembru 2015</DATE> u bbażat fuq l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) tar-Regolament Dublin III, hija ddeċidiet li, wara l-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tat‑<DATE ISO="20150702">2 ta’ Lulju 2015</DATE> u wara li l-kawża ntbagħtet lura lil dan tal-aħħar għall-finijiet ta’ deċiżjoni ġdida, beda jiddekorri terminu ġdid ta’ sitt xhur minn meta t-trasferiment ta’ M. Shiri reġa’ sar possibbli, jiġifieri mis-seba’ jum wara r-riċezzjoni tal-appell ippreżentat minnu, jiġifieri mill‑<DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>. Għaldaqstant, il-Bundesverwaltungsgericht (qorti federali amministrattiva) qieset li r-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn M. Shiri kienet għadha taqa’ fuq ir-Repubblika tal-Bulgarija u ma kinitx ġiet ittrasferita sa dak iż-żmien lir-Repubblika tal-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>M Shiri għaldaqstant ippreżenta appell għal <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Dik il-qorti tqis li, qabel tagħti deċiżjoni fuq eventwali skadenza tat-terminu ta’ trasferiment applikabbli għal M. Shiri, għandu jiġi vverifikat jekk applikant għal protezzjoni internazzjonali jistax jinvoka eventwali trasferiment tar-responsabbiltà sabiex tiġi eżaminata l-applikazzjoni għal protezzjoni tiegħu minħabba l-iskadenza ta’ dan it-terminu u jekk tali skadenza hijiex biżżejjed, fiha nfisha, sabiex twassal għal tali trasferiment ta’ responsabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgerichtshof (qorti amministrattiva, l-Awstrija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet dwar id-dritt għal rimedju effettiv kontra d-deċiżjonijiet ta’ trasferiment, previsti fir-Regolament [Dublin III], b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tal-imsemmi regolament għandhom, fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan l-istess regolament, jiġu interpretati fis-sens li applikant għall-ażil jista’ jinvoka trasferiment tar-responsabbiltà tal-Istat Membru rikorrent minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur għat-twettiq tat-trasferiment (dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikolu 29(2) u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament [Dublin III]?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dekorrenza ta’ terminu ta’ trasferiment li ma ġiex implementat hija suffiċjenti sabiex timplika t-trasferiment tar-responsabbiltà previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament [Dublin III], jew tali trasferiment tar-responsabbiltà minħabba l-iskadenza tat-terminu jippreżupponi wkoll li l-Istat Membru responsabbli jirrifjuta li jinkariga ruħu minn jew li jieħu lura l-persuna kkonċernata?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq it-talba għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Wara l-qari tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal‑<DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, M. Shiri, permezz ta’ ittra li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20170906">6 ta’ Settembru 2017</DATE>, talab li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura. Insostenn ta’ din it-talba, M. Shiri argumenta li l-konklużjonijiet kienu jindirizzaw kwistjoni ta’ liġi dwar id-dekorrenza tat-terminu msemmi fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III li ma kinitx ġiet sottomessa lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju u li għaldaqstant ma setax jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja jippermettulha, wara li jkun instema’ l-Avukat Ġenerali, tordna f’kull ħin il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument ta’ liġi li ma kienx ġie indirizzat mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu madankollu jiġi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ma hemmx lok li tieħu pożizzjoni fuq il-kwistjoni ta’ liġi dwar id-dekorrenza tat-terminu msemmi fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III msemmija minn M. Shiri. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstemgħet l-Avukat Ġenerali, li hija għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tagħti deċiżjoni u li dawn l-elementi kienu s-suġġett tad-dibattiti li seħħew quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata l-ewwel, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 29(2) tar-Regolament Dublin III għandux jiġi interpretat fis-sens li, jekk it-trasferiment ma jiġix eżegwit fit-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, ir-responsabbiltà tiġi ttrasferita <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> lill-Istat Membru rikjedent, mingħajr ma jkun neċessarju li l-Istat Membru responsabbli jirrifjuta li jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel subpagrafu tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament Dublin III, it-trasferiment tal-persuna kkonċernata għandu jsir hekk kif dan ikun prattikament possibbli, u l-iktar tard fi żmien sitt xhur mill-aċċettazzjoni tat-talba minn Stat Membru ieħor sabiex jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura din il-persuna jew mid-deċiżjoni finali wara appell jew reviżjoni fejn ikun hemm effett sospensiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward tal-aħħar, mill-Artikolu 27(3)(c) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li, meta d-dritt nazzjonali jipprevedi li l-persuna kkonċernata għandha l-opportunità titlob lil qorti tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment sal-eżitu tal-appell jew tat-talba għal reviżjoni tagħha, il-qorti adita għandha tagħti deċiżjoni fuq din it-talba f’terminu raġonevoli u timmotiva d-deċiżjoni tagħha jekk hija tiċħad l-imsemmija talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(2) tal-imsemmi regolament jispeċifika li, fejn it-trasferiment ma jsirx fit-terminu ta’ sitt xhur, l-Istat Membru responsabbli għandu jitneħħewlu l-obbligi li jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata u r-responsabbiltà għandha tkun ittrasferita lill-Istat Membru rikjedent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li din tipprevedi trasferiment <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> tar-responsabbiltà lill-Istat Membru rikjedent, mingħajr ma tissuġġetta dan it-trasferiment għal kwalunkwe reazzjoni mill-Istat Membru responsabbli (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mengesteab</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:587">EU:C:2017:587</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija, barra minn hekk, koerenti mal-għan tal-ipproċessar bil-ħeffa tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, imsemmi fil-premessa 5 tar-Regolament Dublin III, billi tiggarantixxi, fil-każ ta’ dewmien fit-twettiq tal-proċedura ta’ teħid ta’ inkarigu jew ta’ teħid lura, li l-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jseħħ fl-Istat Membru fejn qiegħed l-applikant għal protezzjoni internazzjonali, sabiex dan l-eżami ma jiġix imdewwem iktar (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mengesteab</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:587">EU:C:2017:587</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-imsemmija interpretazzjoni hija wkoll riflessa mir-regoli dwar it-twettiq tat-trasferiment stipulati fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1560/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li l-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament jobbliga lill-Istat Membru responsabbli jippermetti t-trasferiment tal-applikant mill-iktar fis possibbli, ebda dispożizzjoni tal-imsemmi regolament ma tagħti lil dan l-Istat Membru l-possibbiltà, wara li jkun aċċetta, espressament jew impliċitament, talba għat-teħid tal-inkarigu jew għat-teħid lura skont l-Artikoli 22 jew 25 tar-Regolament Dublin III, li jiddeċiedi mill-ġdid dwar ir-rieda tiegħu li jieħu inkarigu ta’ jew li jieħu lura l-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan kollu preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 29(2) tar-Regolament Dublin III għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk it-trasferiment ma jiġix eżegwit fit-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, ir-responsabbiltà tiġi ttrasferita <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> lill-Istat Membru rikjedent, mingħajr ma jkun neċessarju li l-Istat Membru responsabbli jirrifjuta li jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Dublin III, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, għandux jiġi interpretat fis-sens li applikant għal protezzjoni internazzjonali jista’ jinvoka, fil-kuntest ta’ appell minn deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fil-konfront tiegħu, l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Dublin III jipprevedi li l-applikant għal protezzjoni internazzjonali għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv, fil-forma ta’ appell jew reviżjoni, fil-fatt u fil-liġi, mid-deċiżjoni tat-trasferiment quddiem qorti jew tribunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-portata tal-appell miftuħ lill-applikant għal protezzjoni internazzjonali kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fil-konfront tiegħu hija ppreċiżata fil-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, li tindika li, sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tad-dritt internazzjonali, ir-rimedju effettiv stabbilit mill-imsemmi regolament kontra deċiżjonijiet ta’ trasferiment għandu jkopri, minn naħa, l-eżami tal-applikazzjoni tal-istess regolament u, min-naħa l-oħra, l-eżami tas-sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ liġi fl-Istat Membru li lejh l-applikant jiġi ttrasferit (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mengesteab</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:587">EU:C:2017:587</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-iżvilupp ġenerali li għaddiet minnu s-sistema ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli minn applikazzjoni għall-ażil ippreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minħabba l-adozzjoni tar-Regolament Dublin III u tal-għanijiet koperti b’dan ir-regolament, l-Artikolu 27(1) tal-imsemmi regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-appell li huwa jipprevedi għandu jkun jista’ jirrigwarda, b’mod partikolari, l-osservanza tal-garanziji proċedurali previsti minnu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mengesteab</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:587">EU:C:2017:587</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, il-proċeduri ta’ teħid ta’ inkarigu jew ta’ teħid lura stabbiliti bir-Regolament Dublin III għandhom, b’mod partikolari, jitmexxew b’osservanza ta’ numru ta’ termini imperattivi, li fosthom hemm it-terminu ta’ sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 29(1) u (2) ta’ dan ir-regolament. Filwaqt li dawn<?PAGE NO="8"?> id-dispożizzjonijiet huma intiżi li jipprovdu qafas għal dawn il-proċeduri, huma jikkontribwixxu wkoll, bl-istess mod bħall-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III tal-imsemmi regolament, sabiex jiġi stabbilit l-Istat Membru responsabbli. Fil-fatt, bħalma jirriżulta mill-punti 30 sa 34 ta’ din is-sentenza, l-iskadenza ta’ dan it-terminu, mingħajr ma jkun sar it-trasferiment tal-applikant tal-Istat Membru rikjedent lejn l-Istat Membru responsabbli, iwassal għal trasferiment <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> tar-responsabbiltà mit-tieni Stat Membru lejn dak tal-ewwel (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mengesteab</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:587">EU:C:2017:587</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, sabiex tiżgura li d-deċiżjoni ta’ trasferiment ikkontestata ġiet adottata wara applikazzjoni korretta tal-imsemmija proċeduri, il-qorti adita b’appell minn deċiżjoni ta’ trasferiment għandha tkun tista’ teżamina l-allegazzjonijiet ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali li jipprovdu li din id-deċiżjoni ġiet adottata bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament Dublin III, sa fejn l-Istat Membru rikjedent ikun diġà sar l-Istat Membru responsabbli fil-ġurnata tal-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni minħabba l-iskadenza minn qabel tat-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) ta’ dan ir-regolament (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mengesteab</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑670/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:587">EU:C:2017:587</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Dan ingħad, għandu jiġi rrilevat li, bid-differenza għat-termini inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Mengesteab</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑670/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:587">EU:C:2017:587</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li jipprovdu qafas għall-formulazzjoni ta’ appell għall-finijiet ta’ teħid ta’ inkarigu, it-termini stipulati fl-Artikolu 29 tar-Regolament Dublin III għandhom l-għan li jipprovdu qafas mhux biss għall-adozzjoni iżda wkoll għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li dawn it-termini jistgħu jiskadu wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment. Hemm lok li jiġi rrilevat barra minn hekk li, fil-kawża inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-persuna kkonċernata targumenta li t-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) ta’ dan ir-regolament skada f’data sussegwenti għal dik tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rikjedent ma jistgħux, f’tali sitwazzjoni, jipproċedu għat-trasferiment tal-persuna kkonċernata lejn Stat Membru ieħor u huma, għall-kuntrarju, obbligati li jieħdu <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-miżuri meħtieġa sabiex jirrikonoxxu r-responsabbiltà tal-ewwel Stat Membru u sabiex jibdew mingħajr dewmien l-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Dan ingħad, fid-dawl, minn naħa, tal-għan, imsemmi fil-premessa 19 tar-Regolament Dublin III, li tkun iggarantita, konformement mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, protezzjoni effettiva tal-persuni kkonċernati u, min-naħa l-oħra, tal-għan, imfakkar fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, li tiġi żgurata b’ħeffa d-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, fl-interess kemm tal-applikanti għal tali protezzjoni kif ukoll tal-funzjonament ġenerali tajjeb tas-sistema stabbilita b’dan ir-regolament, l-applikant għandu jkollu rimedju ġudizzjarju effettiv u rapidu li jippermettilu jinvoka l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) tal-imsemmi regolament li seħħet sussegwentement għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, f’dan il-każ, id-dritt li l-leġiżlazzjoni Awstrijaka tirrikonoxxi lill-applikant għal protezzjoni internazzjonali li jinvoka ċirkustanzi sussegwenti għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fil-konfront tiegħu, fil-kuntest ta’ appell minn din id-deċiżjoni, jissodisfa dan l-obbligu li jiġi previst rimedju ġudizzjarju effettiv u rapidu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Dublin III, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li applikant għal protezzjoni internazzjonali għandu jkollu rimedju ġudizzjarju effettiv u rapidu li jippermettilu jinvoka l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) tal-imsemmi regolament li seħħet sussegwentement għall-adozzjoni<?PAGE NO="9"?> tad-deċiżjoni ta’ trasferiment. Id-dritt li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrikonoxxi lil tali applikant li jinvoka ċirkustanzi sussegwenti għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, fil-kuntest ta’ appell minnha, jissodisfa dan l-obbligu li jiġi previst rimedju ġudizzjarju effettiv u rapidu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk it-trasferiment ma jiġix eżegwit fit-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, ir-responsabbiltà tiġi ttrasferita <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT></HT> <HT TYPE="BOLD">lill-Istat Membru rikjedent, mingħajr ma jkun neċessarju li l-Istat Membru responsabbli jirrifjuta li jieħu inkarigu ta’ jew jieħu lura l-persuna kkonċernata</HT>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, kif ukoll l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li applikant għal protezzjoni internazzjonali għandu jkollu rimedju ġudizzjarju effettiv u rapidu li jippermettilu jinvoka l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur kif iddefinit fl-Artikolu 29(1) u (2) tal-imsemmi regolament li seħħet sussegwentement għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ trasferiment. Id-dritt li leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tirrikonoxxi lil tali applikant li jinvoka ċirkustanzi sussegwenti għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, fil-kuntest ta’ appell minnha, jissodisfa dan l-obbligu li jiġi previst rimedju ġudizzjarju effettiv u rapidu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>