IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 7.4.2017
COM(2017) 157 final
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Finlandja - FEG/2016/008 FI/Nokia Network Systems
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
KUNTEST TAL-PROPOSTA
1.Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014–2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ir-“Regolament tal-FEG”).
2.Fit-22 ta’ Novembru 2016, il-Finlandja ppreżentat applikazzjoni FEG/2016/008 FI/Nokia Network Systems għal kontribut finanzjarju mill-FEG wara sensji fin-Nokia Oy (Nokia Network Systems) u fi 3 fornituri u produtturi downstream fil-Finlandja.
3.Wara l-valutazzjoni tagħha ta’ din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li, skont id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli tar-Regolament tal-FEG, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG huma ssodisfati.
SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI
|
Applikazzjoni tal-FEG
|
FEG/2016/008 FI/Nokia Network Systems
|
|
Stat Membru
|
Il-Finlandja
|
|
Reġjun(i) ikkonċernat(i) (il-livell NUTS 2)
|
Helsinki-Uusimaa (Uusimaa) (FI1B),
Länsi-Suomi (Pirkanmaa) (FI19)
Pohjois- ja Itä-Suomi (Pohjois-Pohjanmaa) (FI1D)
|
|
Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni:
|
22 ta’ Novembru 2016
|
|
Data ta’ konferma tal-wasla tal-applikazzjoni:
|
22 ta’ Novembru 2016
|
|
Data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali
|
2 ta’ Diċembru 2016
|
|
Data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali
|
13 ta’ Jannar 2017
|
|
Skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni
|
7 ta’ April 2017
|
|
Kriterju ta’ intervent
|
L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG
|
Intrapriża primarja
|
Nokia Oy (Nokia Netwerk Systems)
|
L-għadd ta’ intrapriżi kkonċernati
|
4
|
|
Is-settur(i) tal-attività ekonomika
(Id-Diviżjoni NACE Reviżjoni 2)
|
Diviżjoni 26 - Il-manifattura ta’ kompjuters, prodotti elettroniċi u prodotti ottiċi
|
Numru ta’ sussidjarji, fornituri u produtturi downstream
|
3
|
|
Perjodu ta' referenza
|
02 ta’ Ġunju 2016 – 02 ta’ Ottubru 2016
|
|
L-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza (a)
|
945
|
|
L-għadd ta’ sensji qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza (b)
|
0
|
|
L-għadd totali ta’ sensji
|
945
|
|
Għadd totali ta' benefiċjarji eliġibbli
|
945
|
|
Għadd totali ta’ benefiċjarji fil-mira
|
821
|
|
L-għadd ta’ żgħażagħ fil-mira barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs)
|
0
|
|
Baġit għal servizzi personalizzati (EUR)
|
4 154 000
|
|
Il-baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG (EUR)
|
249 000
|
|
Baġit totali (EUR)
|
4 403 000
|
|
Kontribuzzjoni tal-FEG (60 %) (EUR)
|
2 641 800
|
VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI
Proċedura
4.Fit-22 ta’ Novembru 2016, il-Finlandja ressqet applikazzjoni FEG/2016/008 FI/Nokia Network Systems fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha ġew issodisfati l-kriterji tal-intervent stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-FEG. Il-Kummissjoni kkonfermat il-wasla tal-applikazzjoni fl-istess jum u talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Finlandja fit-2 ta’ Diċembru 2016. Din l-informazzjoni addizzjonali ngħatat fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-talba. L-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni sħiħa li fiha l-Kummissjoni jenħtieġ li tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tiskadi fis-7 ta’ April 2017.
L-eliġibbiltà tal-applikazzjoni
L-intrapriżi u l-benefiċjarji kkonċernati
5.L-applikazzjoni titratta 945 ħaddiem li ngħataw is-sensja fin-Nokia Oy u 3 fornituri. L-intrapriża ewlenija topera fis-settur ekonomiku kklassifikat fid-Diviżjoni 26 ta’ NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta’ kompjuters, prodotti elettroniċi u ottiċi).
6.Nokia Network Systems hija sussidjarja akkwiżita totalment tan-Nokia Oy fil-Finlandja. Nokia Network Systems hija kumpanija ta’ netwerking ta' dejta u tagħmir tal-komunikazzjoni.
|
L-intrapriżi u l-għadd ta’ sensji matul il-perjodu ta’ referenza
|
|
Nokia Oy
|
940
|
Lionbridge Oy
|
1
|
|
Eilakaisla Oy
|
1
|
ManpowerGroup Solutions Oy
|
3
|
|
|
|
|
|
L-għadd totali ta’ intrapriżi: 4
|
L-għadd totali ta’ sensji:
|
945
|
|
L-għadd totali ta’ ħaddiema indipendenti li l-attività tagħhom waqfet:
|
0
|
|
L-għadd totali ta’ ħaddiema eliġibbli u ħaddiema indipendenti:
|
945
|
Kriterji ta’ intervent
7.Il-Finlandja ppreżentat l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-FEG, li jitlob li tal-anqas 500 ħaddiem jingħataw is-sensja matul perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur fi Stat Membru, inklużi ħaddiema li jingħataw is-sensja minn fornituri u produtturi downstream.
8.Il-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur tal-applikazzjoni huwa mit-2 ta’ Ġunju 2016 sat-2 ta’ Ottubru 2016.
9.Is-sensji matul il-perjodu ta' referenza huma kif ġej:
–940 ħaddiem li ngħataw is-sensja fin-Nokia Oy,
–5 ħaddiema li ngħataw is-sensja fit-3 fornituri u produtturi dowstream tan-Nokia Oy.
Kalkolu tas-sensji u tal-waqfien tal-attività
10.Is-sensji mogħtija matul il-perjodu ta' referenza ġew ikkalkulati kif ġej:
–945 mid-data tal-avviż individwali tal-impjegatur biex ikeċċi jew iwaqqaf il-kuntratt ta’ impjieg tal-ħaddiem.
Benefiċjarji eliġibbli
11.L-għadd totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa ta’ 945.
Rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009
12.Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni indirizzati fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, il-Finlandja targumenta li s-settur tal-ICT huwa wieħed minn dawk is-setturi industrijali l-aktar suxxettibbli għal bidliet fl-ekonomija dinjija, minħabba kompetizzjoni kbira, progress teknoloġiku u innovazzjonijiet mgħaġġla, amalgamazzjonijiet, akkwisti u esternalizzazzjoni.
13.Fis-settur tal-ICT, l-esternalizzazzjoni tal-manifattura tal-komponenti u fil-proċessi tal-manifattura ġenerali kienet it-tweġiba tal-manifatturi Ewropej għall-ħtieġa li dejjem qed tikber li jinkiseb vantaġġ kompetittiv fil-kompetizzjoni li qed tinbidel b'rata mgħaġġla, l-aktar mill-Asja tal-Lvant.
14.Kompetituri mill-Asja tal-Lvant s'issa użaw marġnijiet baxxi bħala sors ta’ vantaġġ kompetittiv. Issa qed jinvestu mill-ġdid il-profitti tagħhom fir-riċerka u l-iżvilupp. Rivali mill-Asja tal-Lvant qed jidħlu fis-suq b’mod aggressiv u jimbottaw kumpaniji Ewropej f’pożizzjoni saħansitra aktar diffiċli.
15.Is-settur ntlaqat minn prezzijiet li qed jonqsu u minn domanda aktar baxxa minn operaturi tat-telekomunikazzjoni. Dan ma waqqafx lill-kumpaniji Ċiniżi milli jkomplu jidħlu fis-swieq fl-Ewropa.
16.Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u ta’ soluzzjonijiet ta’ softwer relatati huwa qasir ħafna. L-għarfien dwar il-prodott u/jew is-softwer u l-edukazzjoni meħtieġa fil-qasam malajr jiskadu.
17.Il-kompetizzjoni bejn l-impjegati mill-UE u minn barra l-UE hija waħda ħarxa. L-impjegati tas-settur Ewropew tal-ICT qed jixjieħu u għandhom livell ta’ edukazzjoni inqas mill-kontropartijiet Amerikani u Asjatiċi tagħhom. Il-professjonisti Finlandiżi tal-ICT qed jiffaċċjaw kompetizzjoni dejjem aktar globali meta mqabbla mal-impjegati fi kwalunkwe settur ieħor.
18.Sal-lum, is-settur tal-"Manifattura tal-kompjuters u l-prodotti elettroniċi u ottiċi" għadu s-suġġett ta’ 15-il applikazzjoni tal-FEG, li 12 minnhom kienu bbażati fuq il-globalizzazzjoni relatata mal-kummerċ u 3 fuq il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. Tliet applikazzjonijiet mill-15 ġew sottomessi mill-Finlandja.
Avvenimenti li wasslu għas-sensji u l-waqfien tal-attività
19.Is-settur Finlandiż tal-ICT jista’ jiġi kkaratterizzat fl-aħħar sentejn mill-għadd kbir ta' reklutaġġi u sensji fl-istess ħin. Hemm pressjoni sinifikanti biex tinżamm il-kompetittività tal-prodotti.
20.In-negozju tan-netwerks tal-IT ra xi xejriet importanti fis-snin reċenti. Hemm ħtieġa akbar għall-effiċjenza u għal kamp ta’ applikazzjoni usa’ tas-servizzi.
21.Bħala medja, l-industrija tat-teknoloġija kellha madwar 326 000 impjegat fl-2008. Sal-2015 l-industrija impjegat 289 000 persuna. Fi ħdan l-industrija, in-numru ta’ impjegati fis-settur tal-ICT żdied minn 52 000 (2008) għal 60 000 (2015). Matul dan il-perjodu, ħafna impjiegi ma baqgħux jeżistu u nħolqu ħafna oħrajn fl-ICT.
22.Tul dawn l-aħħar snin, Nokia Oy stabbilixxiet impriża konġunta ma’ Siemens għat-teknoloġiji tan-netwerks, ftiehmet li tbiegħ xi wħud min-negozji tagħha lill-Microsoft u ngħaqdet mal-Alcatel, sabiex tikkompeti ma’ rivali akbar fin-negozju tan-netwerk tal-komunikazzjoni. Fl-2016 Nokia Oy rrappurtat dwar tnaqqis fil-persunal. Nokia Oy qed timmira għal €900 miljun fi tnaqqis annwali fl-ispejjeż operattivi sa tmiem l-2018. Fl-istess ħin, Nokia kienet qed tieħu azzjoni biex tittrasferixxi r-riżorsi tagħha lejn teknoloġiji tal-futur.
23.Il-programm ta’ trasformazzjoni mad-dinja kollha tan-Nokia Oy, inkluż it-tnaqqis fil-persunal, huwa meħtieġ sabiex tkun tista’ tikkompeti ma' rivali fl-Asja tal-Lvant. It-tnaqqis relatat fil-persunal huwa stmat li għandu jitlesta sa tmiem l-2018.
24.Il-persuni li tilfu l-impjieg ma’ Nokia Oy fl-2016 kellhom kwalifiki għoljin (40%) u medji (60%). Kienu jaħdmu fl-ipprogammar u fid-disinn.
L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali u l-impjiegi
Uusimaa
25.F’Uusimaa, il-kundizzjonijiet ekonomiċi ġenerali fis-setturi ewlenin qegħdin jonqsu u l-industriji naqqsu l-persunal tagħhom matul l-aħħar tliet xhur. Il-fatturat totali tal-bejgħ tal-kumpaniji fis-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kien naqas bi 2,5 fil-mija fl-ewwel trimestru tal-2016.
26.Fl-2012-2016, is-sensji estensivi fiż-żona ta’ Espoo, Ħelsinki u Vantaa kienu jikkonċernaw l-aktar l-industriji tal-elettronika u tas-softwer (6 000 impjegat ingħataw is-sensja fil-perjodu partikolari). Negozji iżgħar u s-sottokuntratturi ukoll taw is-sensja lill-persunal.
27.Nokia Oy hija l-akbar kumpanija tal-ICT fil-Finlandja. F’Uusimaa fl-2014, kien hemm 730 kumpanija ġdida tas-settur tal-ICT u 759 kumpanija tal-istess settur ingħalqu. Fl-istess sena, l-għadd ta’ intrapriżi tal-ICT f’Uusimaa kien ta' 7 114 (jiġifieri 51% tat-total nazzjonali).
28.L-impjegati mkeċċija min-Nokia Oy f’Uusimaa huma fil-biċċa l-kbira persuni bi kwalifiki għoljin u medji; nofshom għandhom età ta’ aktar minn 50 sena. Huma jaħdmu fl-ipproggammar u fid-disinn. Il-ħiliiet professjonali tagħhom huma f’ħafna każijiet skaduti.
29.Is-sitwazzjoni f’Uusimaa hija diffiċli għal inġiniera b’livell għoli tal-edukazzjoni u għal impjegati li għandhom aktar minn 50 sena.
30.Il-qgħad ta’ persuni b’livell għoli tal-edukazzjoni huwa ġeneralment f'livell għoli; u mhumiex esklussivament impjegati bi kwalifiki fit-teknoloġija. Ħaddiema tal-uffiċċju, il-kontabilisti u l-iskrivani tal-pagi huma wkoll fl-istatistika tal-qgħad f’Uusimaa.
Pirkanmaa
31.Imkejla skont il-fatturat, l-industrija tal-manifattura hija l-akbar settur ekonomiku f’Pirkanmaa; bl-industrija tat-teknoloġija (48%), l-industrija tal-foresti (25%), u l-industrija tal-kimika, tal-lasktu u tal-plastik (18%) bħala l-oqsma ewlenin.
32.F’Settembru 2016, l-għadd ta’ persuni qiegħda li kienu qed ifittxu impjieg u li kienu rreġistrati fl-Uffiċċju tal-Impjiegi u l-Iżvilupp Ekonomiku f’Pirkanmaa kien ta’ 36 186, li kien 1% iktar mis-sena ta’ qabel. Ir-rata tal-qgħad f’Pirkanmaa ilha ogħla mill-medja nazzjonali għal żmien twil.
33.Ir-raġuni ewlenija għar-rata persistentement għolja ta’ qgħad fl-aħħar snin hija l-kriżi tal-attivitajiet xprunata mill-esportazzjoni u attivitajiet ibbażati fuq l-industrija tal-manifattura fir-reġjun, kif ukoll il-bidliet strutturali drastiċi, speċjalment fis-settur tal-ICT. Fl-2015, il-kumpaniji kbar tal-ICT f’Pirkanmaa keċċew aktar minn 1 000 impjegat.
34.Il-problemi strutturali li issa huma ffaċċjati f’Pirkanmaa huma riflessi fiż-żieda fil-qgħad fost dawk b’edukazzjoni għolja, li żdied aktar mid-doppju fl-2012-2016. Sa nofs l-2016 madwar 33% tal-persuni qiegħda bi gradi akkademiċi kienu qiegħda għal aktar minn sena, mingħajr ebda waqfien.
Pohjois-Pohjanmaa
35.Ir-rata tal-qgħad għadha għolja fir-reġjun ta’ Ostrobothnia tat-Tramuntana. Il-proporzjon ta’ persuni qiegħda li qed ifittxu impjieg baqgħet ogħla mill-medja tal-pajjiż. Fi tmiem April 2016, ir-rata tal-qgħad fil-pajjiż kollu kienet 13.0%, f’Ostrobothnia tat-Tramuntana 14.3% u f’Oulu 16.1%.
36.Il-biċċa l-kbira tas-settur tal-ICT f’Ostrobothnia tat-Tramuntana jinsab fir-reġjun ta’ Oulu. L-ambjent kompetittiv tan-negozju u l-isforzi minn kumpaniji biex jissimplifikaw l-operazzjonijiet tagħhom matul is-snin li għaddew wasslu għal qgħad kbir.
37.L-għadd ta’ impjegati naqas b'mod konsiderevoli mill-figuri fit-tmiem tal-aħħar deċennju f'dan ir-reġjun. Minħabba t-tnaqqis u l-iffrankar, is-settur pubbliku ma jistax jimpjega l-ammont ta’ nies li kien jimpjega qabel. Ir-reċessjoni ekonomika twila u t-tibdil strutturali fi ħdan il-qasam wasslu għal perjodi itwal ta’ qgħad.
38.Is-sensji tan-Nokia Oy komplew aggravaw il-problema tal-qgħad fis-settur tal-ICT f’Oulu, fejn is-sitwazzjoni kienet ħażina saħansitra qabel dan. Oulu huwa post remot; ma hemm l-ebda belt oħra fil-qrib, b’impjiegi alternattivi.
39.Is-sitwazzjoni hija partikolarment diffiċli fir-reġjun għall-maniġers tal-proġetti tal-ICT u l-persunal tal-assemblaġġ. Huma ilhom qiegħda għal żmien twil, u għalhekk il-kompetenza tagħhom ma baqgħetx rilevanti.
40.Fir-reġjun ta’ Oulu hemm opportunitajiet ta’ impjieg f'setturi ġodda ta' tkabbir. Ħafna mill-impjegati mkeċċija għandhom kompetenza solida fid-disinn u fl-iżvilupp tal-prodott, li tista’ tintuża fis-settur tal-ICT jew f’setturi li qegħdin jiżviluppaw applikazzjonijiet tal-ICT.
Benefiċjarji fil-mira u azzjonijiet proposti
Benefiċjarji fil-mira
41.L-għadd stmat ta’ ħaddiema li ħarġu bis-sensja li huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huwa ta' 821. It-tqassim ta' dawn il-ħaddiema skont is-sess, iċ-ċittadinanza u l-grupp ta’ età huwa kif ġej:
|
Kategorija
|
Għadd ta'
benefiċjarji fil-mira
|
|
Sess:
|
Irġiel:
|
608
|
(74,0 %)
|
|
|
Nisa:
|
213
|
(26,0 %)
|
|
Ċittadinanza:
|
Ċittadini tal-UE:
|
800
|
(97,4 %)
|
|
|
ċittadini mhux tal-UE:
|
21
|
(2,6 %)
|
|
Grupp ta’ età:
|
15-24 sena:
|
6
|
(0,7 %)
|
|
|
25-29 sena:
|
12
|
(1,5 %)
|
|
|
30-54 sena:
|
632
|
(77,0 %)
|
|
|
55-64 sena:
|
167
|
(20,3 %)
|
|
|
iktar minn 64 sena:
|
4
|
(0,5 %)
|
(*): Biex jiġu evitati wisq deċimali, iċ-ċifri huma mqarrba għall-eqreb numru sħiħ.
L-eliġibbiltà tal-azzjonijiet proposti
42.Is-servizzi personalizzati li jridu jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jikkonsistu mill-azzjonijiet li ġejjin:
–Il-miżuri ta’ kowċing u miżuri oħrajn ta’ tħejjija
L-għan tat-taħriġ għal min qed ifittex impjieg huwa li jipprovdi lill-parteċipanti b’aktar informazzjoni dwar is-suq tax-xogħol, jgħinhom fl-ippjanar tal-possibbiltajiet tagħhom stess, u jgħinhom itejbu u jaġġornaw il-ħiliet tagħhom fit-tiftix ta’ impjieg. Kowċing għal impjieg: din hija miżura li tappoġġja u tiggwida lill-persuna li tkun qed tfittex xogħol fit-tiftix tax-xogħol u fit-taħriġ fuq il-post tax-xogħol. Tipprovdi gwida għall-persuna li tkun qed tfittex xogħol biex issib impjieg.
–Kowċing għall-karriera: din il-miżura hija mmirata lejn dawk li jfittxu xogħol li jeħtieġu appoġġ funzjonali, intensiv u fit-tul fl-ippjanar tal-karriera tagħhom. Se tkun ibbażata primarjament fuq attivitajiet ibbażati fi gruppi.
–Valutazzjonijiet tal-esperti: din il-miżura tevalwa s-sitwazzjoni u l-ħtieġa għal servizzi tal-persuna li tkun qed tfittex xogħol. Se tiġi organizzata “logħba tal-profili” wkoll biex tgħin lil dawk li qed ifittxu xogħol ħalli jidentifikaw l-oqsma ta’ kompetenza tagħhom.
–Impjiegi u servizzi tan-negozju
Il-persuni li qed ifittxu xogħol se jiġu pprovduti b'servizzi esperti, ta’ informazzjoni, u pariri dwar l-ippjanar tal-impjieg mill-ġdid tagħhom. Is-servizz tan-netwerk tal-EURES se jintuża wkoll, biex jgħaddi avviżi dwar impjiegi barranin lil min qed ifittex xogħol. It-taħriġ se jkun ipprovdut permezz ta’ taħriġ vokazzjonali u taħriġ li jappoġġja l-intraprenditorija. Il-korsijiet offruti huma kklassifikati l-aktar bħala taħriġ speċjalizzat, inklużi diplomi.
–Għotjiet għal negozji ġodda għandhom jippromwovu l-ħolqien ta’ attività ta' negozju u l-impjieg indipendenti ta' persuni individwali. L-għan tal-għotjiet għal negozji ġodda huwa li jiżgura dħul għal intraprendituri aspiranti matul iż-żmien stmat meħtieġ biex jiġi varat u jiġi stabbilit negozju full-time.
–Is-sussidji tal-pagi se jkunu disponibbli għall-ħaddiema li ħarġu bis-sensja biex ikunu ta’ appoġġ għal impjieg f’xogħol ġdid jew għal apprendistat, billi jitnaqqsu l-ispejjeż tal-pagi ta’ impjegatur ġdid għal perjodu ta’ żmien limitat. Is-sussidju tal-pagi huwa bejn 30 u 50% tal-ispejjeż tal-pagi tal-ħaddiema għal perjodu limitat (6 xhur -24 xahar).
–Allowances għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni billejl u l-ġarr
Persuna li tkun qed tfittex xogħol tista’ tingħata allowance għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni waqt it-tiftix tal-impjieg, jew spejjeż ta' vjaġġar u akkomodazzjoni għall-parteċipazzjoni f'miżuri ta’ taħriġ u kumpens għal spejjeż ta' ġarr.
43.L-azzjonijiet proposti deskritti hawnhekk jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fil-qafas tal-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.
44.Il-Finlandja pprovdiet l-informazzjoni meħtieġa dwar azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriża kkonċernata permezz tal-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi. Huma kkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhijiex sejra tieħu post dawn l-azzjonijiet.
Baġit stmat
45.L-ispejjeż totali stmati huma ta' EUR 4 403 000, li jinkludu nefqa ta' EUR 4 154 000 għal servizzi personalizzati u nefqa ta' EUR 249 000 għal attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità, kontroll u rapportar.
46.Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 2 641 800 (60% tal-ispejjeż totali).
|
Azzjonijiet
|
Għadd stmat ta’ parteċipanti
|
Spiża stmata għal kull parteċipant
(EUR)*
|
Spejjeż totali stmati
(f’EUR)
|
|
Servizzi personalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Miżuri ta’ kkowċjar u miżuri preparatorji oħrajn (Valmennukset ja muut valmentavat toimenpiteet)
|
200
|
1 200
|
240 000
|
|
Servizzi ta’ impjieg u tan-negozju (Työllisyys- ja yrityspalvelut)
|
733
|
621
|
455 000
|
|
Taħriġ (Koulutus)
|
420
|
6 500
|
2 730 000
|
|
Għotja għal negozju ġdid (Starttiraha)
|
15
|
9 000
|
135 000
|
|
Valutazzjonijiet tal-esperti (Asiantuntija-arvioinnit)
|
30
|
1 333
|
40 000
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal (a):
Perċentwal tal-pakkett ta' servizzi personalizzati
|
–
|
3 600 000
|
|
|
|
(86,66 %)
|
|
Allowances u inċentivi (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-FEG)
|
|
Sussidju għall-paga (Palkkatuki)
|
60
|
9 000
|
540 000
|
|
Allowances għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni billejl u tal-ġarr (Liikkuvuusavustus)
|
100
|
140
|
14 000
|
|
|
|
|
|
|
Subtotal (b):
Perċentwal tal-pakkett ta' servizzi personalizzati:
|
–
|
554 000
|
|
|
|
(13,34 %)
|
|
Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-FEG
|
|
1. Attivitajiet ta' tħejjija
|
–
|
9 000
|
|
2. Ġestjoni
|
–
|
161 000
|
|
3. Informazzjoni u pubbliċità
|
–
|
59 000
|
|
4. Kontroll u rapportar
|
–
|
20 000
|
|
Subtotal (c):
Perċentwal tal-ispejjeż totali:
|
–
|
249 000
|
|
|
|
(5,66 %)
|
|
Spejjeż totali (a + b + ċ):
|
–
|
4 403 000
|
|
Kontribuzzjoni tal-FEG (60 % tal-ispejjeż totali)
|
–
|
2 641 800
|
(*) Biex jiġu evitati d-deċimali, l-ispejjeż stmati għal kull ħaddiem tqarrbu għall-eqreb numru sħiħ. Madankollu t-tqarrib għall-eqreb numru sħiħ ma għandu l-ebda impatt fuq l-ispiża totali ta’ kull miżura.
47.L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati fit-tabella ta' hawn fuq bħala azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar l-FEG ma jaqbżux il-35 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati. Il-Finlandja kkonfermat li dawn l-azzjonijiet jiddependu fuq il-parteċipazzjoni attiva tal-benefiċjarji fil-mira fl-attivitajiet ta’ tiftix ta’ impjieg jew ta’ taħriġ.
48.Il-Finlandja kkonfermat li l-ispejjeż tal-investimenti għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, il-ftuħ ta’ negozji u l-akkwiżizzjonijiet minn impjegati mhux se jaqbżu l-EUR 15 000 għal kull benefiċjarju.
Perjodu ta' eliġibbiltà tan-nefqa
49.Il-Finlandja bdiet tipprovdi s-servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fit-2 ta’ Ġunju 2016. Għalhekk, in-nefqa fuq l-azzjonijiet se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-2 ta’ Ġunju 2016 sat-22 ta’ Novembru 2018.
50.Il-Finlandja bdiet iġġarrab in-nefqa amministrattiva sabiex timplimenta l-FEG fit-2 ta’ Ġunju 2016. Għalhekk, in-nefqa għall-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, informazzjoni u pubbliċità kif ukoll dawk ta' kontroll u rapportar għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mit-2 ta’ Ġunju 2016 sat-22 ta’ Mejju 2019.
Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati minn fondi nazzjonali jew tal-Unjoni
51.Is-sors ta’ prefinanzjament nazzjonali jew kofinanzjament huwa l-punt tas-servizzi tal-impjieg pubbliku fil-fergħa amministrattiva tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u x-Xogħol (MEE). Xi servizzi se jkunu ffinanzjati wkoll mill-ispejjeż operattivi taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent (Ċentri ELY) u l-Uffiċċji għall-Iżvilupp Ekonomiku u tal-Impjiegi (Uffiċċji TE). Karigi ta’ appoġġ tekniku se jiġu ffinanzjati min-nefqa operattiva taċ-Ċentri MEE u Ely.
52.Il-Finlandja kkonfermat li l-miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se jirċievu wkoll kontribuzzjonijiet finanzjarji minn strumenti finanzjarji oħrajn tal-Unjoni.
Proċeduri għall-konsultazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew l-isħab soċjali kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali
53.Il-Finlandja indikat li l-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati tfassal f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati. Il-MEE sejħet grupp li jindirizza s-sensji fin-Nokia u li jipparteċipa fit-tħejjija tal-applikazzjoni tal-FEG.
54.Dan il-grupp ta’ ħidma jinkludi rappreżentanti miċ-Ċentri ELY u l-uffiċċji TE ta' Uusimaa, Pirkanmaa u Pohjois-Pohjanmaa. Rappreżentanti oħra huma Nokia Oy, Technology Industries of Finland, Trade Union Pro u l-Unjoni tal-Inġiniera Professjonali fil-Finlandja.
Sistemi ta' ġestjoni u kontroll
55.L-applikazzjoni tinkludi deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita mill-MEE, li taġixxi bħala awtorità ta’ ġestjoni u ċertifikazzjoni għall-FEG u bħala korp intermedjarju għat-tqassim tal-fondi tal-FEG. Il-funzjonijiet ta’ ġestjoni għall-FEG ġew assenjati lid-Dipartiment tal-Impjiegi u l-Intraprenditorija.
56.Il-funzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni huma fi ħdan l-Unità tar-Riżorsi Umani u tal-Amministrazzjoni. Il-ħlasijiet lill-benefiċjarji jsiru permezz taċ-Ċentri reġjunali ELY u l-Uffiċċji TE.
57.Fir-rigward tal-verifika, il-korp responsabbli huwa l-Unità tal-Verifika Interna indipendenti, li jopera taħt is-Segretarju Permanenti tal-MEE.
Impenji pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat
58.Il-Finlandja pprovdiet l-assigurazzjonijiet meħtieġa kollha rigward dawn li ġejjin:
–il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u ta' nondiskriminazzjoni sejrin jiġu rispettati fil-kuntest tal-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom,
–ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar is-sensji kollettivi ġew issodisfati,
–l-intrapriżi li taw is-sensji, li komplew bl-attivitajiet tagħhom wara s-sensji, ikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom li jikkontrollaw is-sensji u pprovdew għall-ħaddiema tagħhom kif xieraq,
–l-azzjonijiet proposti mhumiex sejrin jirċievu għajnuna finanzjarja minn fondi oħrajn jew minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat,
–l-azzjonijiet proposti se jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali,
–il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tkun konformi mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.
IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Proposta baġitarja
59.Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
60.Wara li eżaminat l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-FEG, u wara li qieset in-numru ta’ benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont ta’ EUR 2 641 800, li jirrappreżenta 60 % tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.
61.Id-deċiżjoni proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG se tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba.
Atti relatati
62.Fl-istess waqt li tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni sejra tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal trasferiment tal-ammont ta' EUR 2 641 800 għall-intestatura baġitarja rilevanti.
63.Fl-istess waqt li se tadotta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li se jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG.
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni wara
applikazzjoni mill-Finlandja - FEG/2016/008 FI/Nokia Network Systems
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1)Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu l-għan li jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u fil-każ ta' persuni li jaħdmu għal rashom meta l-attività tagħhom tkun intemmet b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u biex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2)Il-FEG ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013.
(3)Fit-22 ta’ Novembru 2016, il-Finlandja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward ta' sensji fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt il-klassifikazzjoni Statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea ("NACE") Reviżjoni 2 Diviżjoni 26 (Manifattura ta' kompjuters, elettroniċi u prodotti ottiċi) fil-Finlandja. Din ġiet issupplimentata b'informazzjoni addizzjonali pprovduta skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Dik l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.
(4)Għaldaqstant, jenħtieġ li l-FEG jiġi mmobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 2 641 800 għall-applikazzjoni ppreżentata mill-Finlandja.
(5)Biex jitnaqqas kemm jista' jkun iż-żmien biex jiġi mmobilizzat il-FEG, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta’ EUR 2 641 800 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija għandha tapplika minn [id-data tal-adozzjoni tagħha].
Magħmul fi Brussell,
Għall-Parlament Ewropew
Għall-Kunsill
Il-President
Il-President