|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1096 |
18.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1096
tal-11 ta’ Mejju 2026
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, dwar emenda tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE (Superviżjoni ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji mill-ESMA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (il-“Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Jenħtieġ li r-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2022/804 (3), (UE) 2022/805 (4) u (UE) 2024/1705 (5) li jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ L-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/2894/oj.
(2) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/804 tas-16 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika r-regoli ta’ proċedura għal miżuri applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji (ĠU L 145, 24.5.2022, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/804/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/805 tas-16 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji (ĠU L 145, 24.5.2022, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/805/oj)
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1705 tal-11 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/805 fir-rigward tal-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ċerti amministraturi tal-parametri referenzjarji (ĠU L, 2024/1705, 18.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1705/oj).
ABBOZZ
TA’ DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
ta’ …
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/804 tas-16 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika r-regoli ta’ proċedura għal miżuri applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji (1) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/805 tas-16 ta’ Frar 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika t-tariffi applikabbli għas-superviżjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ta’ ċerti amministraturi ta’ parametri referenzjarji (2) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1705 tal-11 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/805 fir-rigward tal-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tat-tariffi imposti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fuq ċerti amministraturi tal-parametri referenzjarji (3) jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31lzb (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1848):
|
|
2. |
Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31lzc (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/804):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2022/804, (UE) 2022/805 u (UE) 2024/1705 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/ … ta’ (4) li tinkorpora {ir-Regolament (UE) 2019/2175} fil-Ftehim ŻEE, skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu taż-ŻEE.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 145, 24.5.2022, p. 7.
(2) ĠU L 145, 24.5.2022, p. 14.
(3) ĠU L, 2024/1705, 18.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1705/oj
(*1) [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
(4) ĠU L, …, ELI: …
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1096/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)