31990L0604



Official Journal L 317 , 16/11/1990 P. 0057 - 0059
Finnish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0105
Swedish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0105


ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tat-8 ta' Novembru tal-1990 li temenda Direttiva 78/660/KEE dwar il-kontijiet annwali u d-Direttiva 83/349/KEE dwar il-kontijiet ikkonsolidati kif jirrigwardaw l-eżenzjonijiet għall-kumpanniji żgħar u ta' daqs medju u l-pubblikazzjoni tal kontijiet fl-ecu

(90/604/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ([1]

[2]),

B'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew ([3]),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ([4]),

Billi l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-preżentazzjoni u l-kontenut tal-kontijiet annwali u tar-rapport annwali, il-metodi tal-valutazzjoni u l-pubblikazzjoni ta' dawn id-dokumenti bħala negozji, b'mod partikolari, kumpanniji pubbliċi u privati ta' responsabbiltà limitata kienet is-suġġett ta' Direttiva 78/660/KEE ([5]), kif l-aħħar emendata bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall;

Billi l-proċeduri amministrattivi imposti fuq l-impriżi żgħar u ta' daqs medju għandhom jiġu ssimplifikati skond ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta' Novembru 1986 dwar il-programm ta' azzjoni għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMUs) ([6]) u r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju tal-1988 dwar it-titjib ta' l-ambjent kummerċjali u l-azzjoni sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta' l-intrapriżi, speċjalment l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fil-Komunità ([7]), li ssejjaħ b'mod iktar speċjali għal simplifikazzjoni sostanzjali ta' l-obbligi li joħorġu mid-Direttiva 78/660/KEE;

Billi, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 78/660/KEE, huwa approprjat li titwettaq it-tieni rivista tal-għetiebi li jiddefinixxu l-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju;

Billi d-derogi dwar kif jiġu stabbiliti, ivverifikati u ppubblikati l-kontijiet li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu skond id-Direttiva 78/660/KEE għandhom jiżdiedu safejn u sakemm jinteressaw lill-kumpanniji ż-żgħar;

Billi l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jippermettu lill-kumpanniji li ma jinkludux fin-noti dwar il-kontijiet ċertu tagħrif dwar ir-rimunerazzjoni konċessa lill-membri tal-korp amministrattiv jew tal-ġestjoni tal-kumpannija meta dan it-tagħrif jgħin li tiġi identifikata l-pożizzjoni ta' ċertu membru ta' dawn il-korpi;

Billi huwa wkoll approprjat illi l-Istati Membri jkunu jistgħu jirrendu inqas restrinġenti l-obbligi imposti fuq il-kumpanniji ż-żgħar rigward it-tfassil u l-pubblikazzjoni tan-noti dwar il-kontijiet; billi l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lil dawn il-kumpanniji mill-obbligu li jfornu, fin-noti dwar il-kontijiet, ċerta informazzjoni li tista' titqies ta' inqas importanza għall-kumpanniji ż-żgħar; billi, fid-dawl ta' l-istess interessi, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jeżentaw lil dawn il-kumpanniji mill-obbligu li jfasslu rapport annwali sakemm huma jinkludu, fin-noti dwar il-kontijiet, l-informazzjoni riferita fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 77/91/KEE ([8]) dwar il-kisba ta' l-ishma tagħhom stess;

Billi huwa importanti għall-promozzjoni ta' l-integrazzjoni monetarja Ewropea li l-kumpanniji jitħallew li, għall-inqas, jippubblikaw il-kontijiet tagħhom fl-ecu; billi din hija sempliċement faċilità addizzjonali li ma tbiddilx il-pożizzjoni tal-kumpanniji li diġjistgħu fil-preżent ifasslu u jippubblikaw il-kontijiet fl-ecu; billi, fuq dan il-punt, id-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 78/660/KEE u 83/349/KEE ([9]), kif emendati bl-Att ta' l-Adeżjoni ta' Spanja u tal-Portugall għandhom jiġu ċċarati billi l-kumpanniji jiġu obbligati li jagħmlu rikors għal din il-faċilit sabiex jindikaw ir-rata tal-kambju fin-noti dwar il-kontijiet,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Artikolu 11 tad-Direttiva 78/660/EEC huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. it-total tal-karta tal-bilanċ: ta' 1 550 000 ECU' huwa hawnhekk mibdul bi it-total tal-karta tal-bilanċ: ta' 2 000 000 ECU';

2. il-valur tal-bejgħ nett: ta' 3 200 000 ECU' huwa hawnhekk mibdul bi il-valur tal-bejgħ nett: ta' 4 000 000 ECU';

3. il-paragrafu li ġej huwa hawnhekk miżjud:

L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw li japplikaw l-Artikolu 15(3)(a) u (4) għall-karta tal-bilanċ imqassra'.

Ir-reviżjoni ta' l-ammonti ta' hawn fuq fl-ecu għandha tikkostitwixxi t-tieni reviżjoni ta' kull ħames snin ipprovvduta fl-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 78/660/KEE.

Artikolu 2

L-Artikolu 27 tad- Direttiva 78/660/EEC huwa hawnhekk emendat kif ġej:

1. it-total tal-karta tal-bilanċ: ta' 6 200 000 ECU' tinbidel hawnhekk bi it-total tal-karta tal-bilanċ: ta' ECU 8 000 000';

2. il-valur tal-bejgħ nett: ta' 12 800 000 ECU' huwa hawnhekk mibdul bi il-valur tal-bejgħ nett: ta' 16 000 000 ECU'.

Ir-reviżjoni ta' l-ammonti ta' hawn fuq fl-ecu għandha tikkostitwixxi t-tieni reviżjoni ta' kull ħames snin ipprovvduta fl-Artikolu 53(2) tad-Direttiva 78/660/KEE.

Artikolu 3

L-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 78/660/KEE għandu jiġi mibdul b'li ġej:

1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-ecu għandu jkun dak iddefinit fir-Regolament (KEE) Nru 3180/78 (*), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2626/84 (**), u bir-Regolament (KEE) Nru 1971/89 (***).

L-ekwivalenti fil-munita korrenti nazzjonali għandu jkun dak li jkun japplika fit-8 ta' Novembru tal-1990.

_______________

(*) ĠU L 379, tat-30.12.1978, p. 1.

(**) ĠU L 247, tas-16.9.1984, p. 1.

(***) ĠU L 189, ta' l-4.7.1989, p. 1.'

Artikolu 4

Il-paragrafu li ġej jiġi hawnhekk miżjud ma' l-Artikolu 43 tad-Direttiva 78/660/KEE:

3. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-ħtieġa li jiġi pprovvdut it-tagħrif riferit fil-punt 12 tal-paragrafu 1 meta dan it-tagħrif jagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-pożizzjoni ta' membru speċifiku ta' dan il-korp.'

Artikolu 5

L-Artikolu 44 tad-Direttiva 78/660/KEE jiġi hawnhekk mibdul b'li ġej:

L-Artikolu 44

1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kumpanniji koperti bl-Artikolu 11 li jfasslu noti mqassra dwar il-kontijiet tagħhom mingħajr it-tagħrif stabbilit fil-punti minn 5 sa l2 ta' l-Artikolu 43(1). Madankollu, in-noti jridu jiżvelaw it-tagħrif stabbilit fil-punt 6 ta' l-Artikolu 43(1) fit-total għall-entraturi kollha interessati.

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll lill-kumpanniji riferiti fil-paragrafu 1 li jiġu eżentati mill-obbligu li jiżvelaw fin-noti dwar il-kontijiet tagħhom it-tagħrif stabbilit fl-Artikolu 15(3)(a) u (4), l-Artikoli 18, 21 u 29 (2), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 30, l-Artikolu 34(2), l-Artikolu 40(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 42.

3. Għandu japplika l-Artikolu 12.'

Artikolu 6

Il-paragrafu li ġej huwa hawnhekk miżjud ma' l-Artikolu 46 tad-Direttiva 78/660/KEE;

3. L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għall-obbligu fuq il-kumpanniji koperti bl-Artikolu 11 li jħejju rapporti annwali, sakemm it-tagħrif riferit fl-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 77/91/KEE li tirigwarda l-kisba minn kumpannija ta' l-ishma tagħha stess tingħata fin-noti dwar il-kontijiet tagħhom.'

Artikolu 7

L-Artikolu 47(2)(b) ta' Direttiva 78/660/KEE huwa hawnhekk mibdul b'li ġej:

'(b) in-noti mqassra mal-kontijiet tagħhom skond l-Artikolu 44.'

Artikolu 8

L-Artikolu li ġej huwa hawnhekk imdaħħal fid-Direttiva 78/660/KEE:

L-Artikolu 50a

Il-kontijiet annwali jistgħu jiġu ppubblikati fil-munita korrenti li fihom ikunu ġew imfassla u fl-ecu, maqlub bir-rata tal-kambju li tkun tipprevali fid-data tal-karta tal-bilanċ. Din ir-rata għandha tiġi żvelata fin-noti dwar il-kontijiet.'

Artikolu 9

L-Artikolu li ġej huwa hawnhekk imdaħħal fid-Direttiva 83/349/KEE:

L-Artikolu 38a

Il-kontijiet ikkonsolidati jistgħu jiġu ppubblikati fil-munita korrenti li fihom tfasslu u fl-ecu, maqlub bir-rata tal-kambju li tkun tipprevali fid-data tal-karta tal-bilanċ ikkonsolidat. Din ir-rata għandha tiġi żvelta fin-noti dwar il-kontijiet.'

Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalihom sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar tal-1993. Huma għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni b'dan.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-ewwel darba għall-kontijiet tas-sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' Jannar 1995 jew matul is-sena kalendarja 1995.

3. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 11

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

P. ROMITA

[1] ĠU C 287, tal-11.11.1986, p. 5;

[2] ĠU C 318, tal-20.12.1989, p. 12.

[3] ĠU C 158, tas-26.6.1989, p. 257; Deciżjoni ta' l-24 ta' Ottubru 1990 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[4] ĠU C 139, tal-5. 6, 1989, p. 42.

[5] ĠU L 222, ta' l-14.8.1978, p. 11.

[6] ĠU C 287, ta' l-1. 14, 1986, p. 1.

[7] ĠU C 197, tas-27. 7, 1988, p. 6.

[8] ĠU L 26, tal-31. 1977, p. 1.

[9] ĠU L 193, tat-18.7.1983, p. 1.